Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #15695 Sitting 352 2020-07-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Visa lil studenti — spot checks

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11462 u jgħid kemm-il spot check saret f’istituzzjonijiet edukattivi biex jiġi assigurat li kull student li ngħata visa biex jistudja f’Malta fil-fatt beda u baqa’ jsegwi l-kors edukattiv li applika għalih? X’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispot checks? Kemm studenti fil-fatt ingħataw visa u qatt ma bdew jew spiċċaw il-kors li ngħataw il-visa għalih?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #15340 Sitting 351 2020-07-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IAID — ħidma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’ħidma saret mid-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet (IAID) tul is-sena li għaddiet 2019 u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat li skont l-Artiklu 22 (2) tal-Kapitolu 461, ir-rapporti interni dwar l-awditjar u r-rapporti ta’ investigazzjonijiet finanzjarji ma jistgħux ikunu aċċessibbli u ħlief għall-iskop ta’ xi investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali, id-Dipartiment ghandu “jikxef biss x’ikun fihom lis-Segretarju Permanenti jew, skont il-każ, lill-President tal-Kumitat ta’ Awditjar tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u, jekk ikun meħtieġ, lill-Bord, jew lill-Awditur Ġenerali.” Għaldaqstant, kopji tar-rapporti ma jistgħux jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #15636 Sitting 351 2020-07-01 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wind farms fil-Montenegro — investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħidilna fiex waslu l-investigazzjonijiet rigward il-wind farms fil-Montenegro, min ġie interrogat u min huma l-uffiċjali fuq il-każ?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #15335 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Resource Support Services — ħidma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’ħidma saret mir-Resource Support Services tul is-sena li għaddiet 2019 u kemm din ġiet tiswa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ħidma tal-RSSL matul it-2019 Il-Kumpanija Resource Support & Services Limited, li twaqqfet fl-2003 kompliet toffri xogħol alternattiv lill-ħaddiema li jiġu iddikjarati “surplus” fl-entitajiet governattivi. Il-ħaddiema qed jiġu rilokati f’entitajiet tal-Gvern, Dipartimenti u Kunsilli Lokali. Il-Kumpanija toffri wkoll opportunitajiet ta’ taħriġ lil dawk il-ħaddiema li jkunu jridu j¿idu fil-ħiliet tagħhom u hekk ikollhom opportunitajiet li jsibu xogħol alternattiv permanenti. Barra mix-xogħol li semmejna, matul is-sena li għaddiet l-RSSL: 1. iffirmat Ftehim Kollettiv mal-GWU għall-perjodu 1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2024, li permezz tiegħu l-ħaddiema ngħataw ¿idiet fil-pagi u titjib fil-kundizzjonijiet. 2. Kompliet bil-proċess ta’ mpjieg ta’ numru ta’ ħaddiema tal-Airmalta li applikaw wara li ġew offruti skema biex jieħdu mpjieg mal-RSSL. Din l-iskema kienet waħda volontarja u kienu ġew rilokati 38 ex impjegati ta’ l-Airmalta plc. Finanzi L-operat tal-Kumpanija matul is-sena 2019 sewa s-somma ta’ €11,751,689 li minnhom €11,621,102 kienu pagi.
Leg 13 PQ #15605 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diretturi u Assistenti Diretturi tas-servizz pubbliku – performance bonus

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex id-diretturi u assistenti diretturi li jaħdmu fis-Servizz Pubbliku llum ma tħallsux il-performance bonus imwiegħed lilhom f’Diċembru 2019 u jgħid ukoll meta huwa ppjanat li jiġi mħallas dan il-performance bonus?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-aħħar perjodu li għalih ingħata performance bonus ikopri x-xhur ta’ bejn Lulju u Diċembru 2019. Informat ukoll li l-performance reviews li waslu kompluti u fil-ħin tħallsu.
Leg 13 PQ #15626 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema li għandhom diżabilità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6302, jista’ l-Prim Ministru jindika kemm hemm persuni b’diżabilità li huma ħaddiema fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15630 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-Aħbarijiet — Spiża

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15527 u 15381 u jgħid kemm kienet l-ispiża tas-setup tal-Konferenza tal-Aħbarijiet immexxija minnu nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2020, bi break down tal-ispejjeż u min kien il-kuntrattur jew kuntratturi ingaġġati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-attività, li qed jirreferi għaliha, nediet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun, ibbażat fuq tliet pilastri ewlenin, jiġifieri li jitnaqqsu l-ispejjeż għan-negozji u jagħtu aktar finanzjament, li tingħata spinta lid-domanda domestika u li jingħata sostenn dirett lill-industrija filwaqt li ninċentivaw ix-xogħol. L-ispiża biex ġiet ippreżentata lill-poplu din l-akbar injezzjoni ekonomika li qatt ta Gvern fl-istorja ta’ pajjiżna ammontat għal €24,411.50. L-ispiża relatata kienet imqassma kif indikat: €10,000 għal stage u platforms; €7,000 għal LED screens; €2,489.00 għad-dwal; €2,420 għal tapit; €1,495.50 għas-sound u €1,007 għal siġġijiet. Il-kuntratturi ingaġġati kienu RVC Ltd; Nexos Lighting & Video; TEC Ltd; iCreate Ltd; Besteam Audio Ltd u iStage Ltd.
Leg 13 PQ #15648 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju tas-Saħħa

Question

B’referenza għar-Rapport Annwali tal-Ombudsman 2019, il-Kummissarju tas-Saħħa jiġbed l-attenzjoni li hemm seba’ rakkomandazzjonijiet li qed jistennew li jiġu implimentati mill-Prim Ministru u/jew mill-Uffiċċju tiegħu, għaldaqstant jista’ l-Prim Ministru jgħid, għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Ombudsman qed jiġu injorati jew x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15649 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet pendenti għall-promozzjoni ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm talbiet/applikazzjonijiet pendenti għall-promozzjoni minn ħaddiema fis-settur pubbliku? Kemm minn dawn it-talbiet huma pendent wara li l-applikanti għaddew mill-eżamijiet neċessarji biex tali promozzjoni tingħata? Kemm minn dawn it-talbiet huma ta’ nisa u kemm huma ta’ irġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15650 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fis-settur pubbliku – applikazzjonijiet għal transfers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm talbiet/applikazzjonijiet pendenti għal transfer minn ħaddiema fis-settur pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15663 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fis-servizz pubbliku — salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15591 u jgħid in-numru ta’ persuni fis-servizz pubbliku li huma impjegati skont l-iskala ta’ salarju tagħhom? Jista’ jgħid kemm jintefqu flus fuq kull skala ta’ salarju bħala total fis-sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #14947 Sitting 347 2020-06-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat li ebda entità, dipartiment eċċ fid-dekasteru tal-Prim Ministru ma ta’ flus għall-programm msemmi mill-Onor Interpellant .
Leg 13 PQ #15317 Sitting 347 2020-06-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif mitlub jinsab fil-lista annessa hawn taħt: BORD MEMBRI SPIŻA TOTALI TAL-BORD FIS-SENA 2019 € Grievances Board 13,000.00 Chairperson Membru Membru Membru sostitut Educators Board for the Institute for Public Services (IPS) 15,862.95 Chairperson Membru Membru Membru Institute for Public Services (IPS) Board (sal- 01/11/2019) 2,513.02 Chairperson Co-Chairperson Membru Membru Membru Membru Membru Membru Segretarju Medical Board 7,454.00 Uffiċċju Elettorali) Chairperson Membru Street Naming Committee Malta 1,663.00 (Uffiċċju Elettorali) Chairperson Segretarju Membru Membru Membru Membru Membru Membru Membru Membru Membru RSSL 50,667.90 Chairperson Membru Membru Membru Board of Governors 35,007 (NDSF) Chairperson Membru / Deputy Chairperson Membru Membru Advisory Board 7,629 (NDSF) Membru Membru Membru
Leg 13 PQ #15573 Sitting 347 2020-06-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Family Friendly Measures — pubblikazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15280, jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn dawn ir-rapporti ma baqgħux jiġu ppubblikati? Jista' jgħid ukoll meta se jiġu ppubblikati l-imsemmija rapporti għas-snin 2015, 2017, 2018 u 2019?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill- Onor. Interpellanta li ma għandi xejn x’nżid mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 15280.
Leg 13 PQ #15591 Sitting 347 2020-06-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fis-servizz pubbliku — salarji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid in-numru ta’ persuni fis-servizz pubbliku li huma impjegati skont l-iskala ta’ salarju tagħhom? Jista’ jgħid kemm jintefqu flus fuq kull skala ta’ salarju bħala total fis-sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #77 Sitting 346 2020-06-22 Written · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Open Data - datasets

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?

Response (ABELA, ROBERT)

Hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna. F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avviż legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.
Leg 13 PQ #14783 Sitting 346 2020-06-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EPPO – tliet kandidati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser jassumi r-responsabilità għad-dewmien biex Malta tibgħat l-ismijiet ta’ tliet kandidati eleġibbli biex ikunu fuq il-College of Prosecutors tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14784 Sitting 346 2020-06-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EPPO — kandidati

Question

Jista' l-Prim Ministru issa jgħid għala qed jippermetti li Malta tibqa’ żżomm u tkun ta’ xkiel biex l-operational set-up tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO) jibda jiffunzjona stante li l-Gvern tiegħu huwa l-uniku li għadu ma bagħatx l-ismijiet tal-kandidati eleġibbli biex ikunu fuq il-College of Prosecutors tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.