Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Taqsima tal-physiotherapy – xiri ta’ apparat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’investiment sar f’xiri ta’ apparat, sena b’sena, mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum, ġewwa t-taqsima tal-physiotherapy fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u x'apparat hemm ippjanat li jinxtara matul is-sena 2018 għal din it-taqsima?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2013 sal lum inxtara diversi apparat għat-taqsima tal-physiotherapy fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fosthom laser therapy unit, shockwave therapy unit, Transcutaneous Nerve Stimulators, Wheelchairs, sodod, Biofeedback machine & software with weight distribution board, pressure plates for gait analysis, Interferential units, Lateral transfer systems u Walking Frames- Bariatric with wheels. Ninfurmaha ukoll illi hemm diversi apparat li huwa ppjanat li jinxtara matul din is-sena għal l-imsemmija taqsima.
Deputat Prim Ministru u Mnistru għas-Saħħa – billboard advertising — nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika in-nefqa għall-billboard advertising li sar mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard.
Sena
Kampanja relatata mar-reklam
Nefqa: (
VAT
inkluż
)
2013
World Aids Day
€2,500.00
2013
Antibiotics Day
€1,652.00
2013
Influenza Campaign
€311
2014
Sexual Health Campaign
€1,416.00
2014
Antibiotics Day
€590
2014
Antibiotics Day
€708
2015
Sexual Health Campaign
€6,195.00
Ministeru għas-Saħħa — mobile phones imħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephoneimħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif mitlub mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif jinqasmu l-kategoriji dwar l-istandards ta’ djar tal-Anzjani? Jista’ jgħid x’inhuma l-kriterji li jiddefinixxu kategorija ta’ standards? Jista’ jekk jogħġbu l-Ministru jikklassifikahom u jsemmi kull dar residenzjali? X’monitoraġġ isir biex l-istandard jinżamm?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-djar tal-anzjani huma kklassifikati bħala tal-gvern; tal-privat u tal-knisja. Biex dawn jiġu lliċenzjati, id-djar kollha jiġu spezzjonati minn tal-inqas darba fis-sena mid-Direttorat għall-istandards fil-kura tas-saħħa li jaqa’ taħt is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika. Minn din s-sena dawn l-ispezzjonijiet bdew isiru għal għarrieda biex wieħed ikun jista' jsir jaf aktar x’inhuma l-prattiċi normali. Qabel ma tinħareġ l-liċenzja jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet imposti jkunu saru. Analiżi ta’ riskju jiddetermina jekk tkunx meħtieġa spezzjoni oħra. Spezzjonijiet oħra jsiru fis-sajf kif ukoll fix-xitwa biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm konsegwenzi b’temperatura baxxa jew għolja ħafna. Id-Direttorat jirċievi numru ta’ lmenti minn individwi, pazjenti kif ukoll minn Ministeri oħra. Dawn jiġu nvestigati b’mod immedjat, u fejn hemm bżonn issir spezzjoni fi żmien 3 ijiem. F'ċerti każijiet u fejn jinħass l-bżonn l-maniġment jiġi msejjaħ biex jattendi għal-laqgħa li tinżamm fid-Direttorat. Il-kwestjonarju li jintuża waqt l-ispezzjonijiet jirreflettu l-istandards minimi għad-djar tal-anzjani ppubblikati fl-2015 iżda aspetti oħra jiġu ndirizzati bħal per eżempju intervisti mal-pazjenti nfushom u seminars li jiġu organizzati mid-Direttorat b’mod regolari biex l-impjegati u l-management jiġi nfurmat bi prattiċi tajba li jissalvagwardjaw is-saħħa tar-residenti. Għall-ismijiet tad-djar illiċenzjati jista’ jirreferi għal-website ta’ dan id-Direttorat li tiġi aġġornata b’mod regolari.
Ninfurmah ukoll illi l-kategoriji dwar l-istandards ta’ djar tal-Anzjani jinqassmu kif ġej:
Standard 1 - Informazzjoni
Standard 2 - Kuntratt
Standard 3 – Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet
Standard 4 – Issodisfar Kontinwu tal-Ħtiġijiet
Standard 5 – Żjarat bi Prova
KAPITOLU 2 – Kura tas-Saħħa u Kura Personali
Standard 6 – Pjan ta’ Kura Individwali tal-Persuna Residenti
Standard 7 – Kura tas-Saħħa
Standard 8 - Medikazzjoni
Standard 9 - Privatezza u Dinjità
Standard 10 – Waqt il-Mewt u Wara
KAPITOLU 3 – Ħajja ta’ Kuljum u Attivitajiet Soċjali
Standard 11 – Kuntatti u Attivitajiet Soċjali
Standard 12 – Programm ta’ attivitajiet u avvenimenti
Standard 13 – Kuntatt mal-Komunità
Standard 14 – Awtonomija u Għażla
Standard 15 – Ikliet u Ħinijiet tal-Ikel
Standard 16 - Ilmenti
Standard 17 - Drittijiet
Standard 18 - Protezzjoni
KAPITOLU 5 - L-Ambjent
Standard 19 - Binjiet
Standard 20 – Faċilitajiet Komuni
Standard 21 -
Toilets
u Faċilitajiet għall-Ħasil
Standard 22 – Adattamenti u Tagħmir
Standard 23 – Akkomodazzjoni Individwali: Rekwiżiti ta’ Spazju
Standard 24 – Alloġġ Individwali: Għamara u Attrezzar
Standard 25 - Servizzi: Tisħin u Dawl
Standard 26 - Servizzi: Iġjene u Kontroll tal-Infezzjonijiet
KAPITOLU 6 - Ingaġġ ta’
Staff
Standard 27 – Skjerament ta’
Staff
Standard 28 - Kwalifiki
Standard 29 - Reklutaġġ
Standard 30 – Taħriġ ta’
Staff
KAPITOLU 7- Maniġment u Amministrazzjoni
Standard 31- Ħidmiet ta’ kuljum
Standard 32 - Etika 36
Standard 33 - Garanzija tal-Kwalità
Standard 34 - Proċeduri Finanzjarji
Standard 35 - Flus ir-Residenti
Standard 36 - Superviżjoni tal-Istaff
Standard 37 - Żamma ta’ Rekords
Standard 38 - Prattiċi tax-Xogħol Sikuri
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa jagħti d-dettalji ta’:
(a) kemm huwa n-numru ta’ Sezzjonijiet fi ħdan is-
Central Procurement Supplies Unit
(CPSU), kemm f’San Ġwann kif ukoll f’Mater Dei, li jaħdmu b’xi tip ta’ xift?
(b) liema huma dawn is-Sezzjonijiet?
(c) x’tip ta’xift taħdem kull Sezzjoni?
(d) kemm huwa n-numru ta’ impjegati li jaħdmu bix-xift f’kull Sezzjoni?
(e) f’liema gradi huma l-impjegati li jaħdmu bix-xift ta’ kull Sezzjoni?
(f) x’ġustifikazzjoni hemm biex kull waħda minn dawn is-Sezzjonijiet titħaddem bix-xift?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5158 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx permess jew parir mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għall-sparar fuq il-ħamiem fid-dawl tax-xemx fil-Birgu? Jekk intalab permess, minn min intalab u x’kienet ir-risposta tad-Direttorat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ntalab l-ebda permess mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa dwar dan il-każ.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi l-problema tal-lift fil-Health Centre ta’ Ħal Qormi? Billi jien infurmat li ilu madwar 7 ġimgħat wieqaf, jista’ jgħid għaliex ilu daqshekk bil-ħsara u dan fid-dawl li dan il-Health Centre jintuża minn bosta anzjani li għandhom problema ta’ mobbiltà u jsibuha diffiċli biex jużaw it-taraġ? Jista’ jgħid meta hu maħsub li dan il-lift jitlesta billi jiġi rranġat jew mibdul? Jista’ jwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lift taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi għandu ħsara fil-motherboard. Il-proċess sabiex tinxtara motherboard ġdida huwa għaddej.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser titneħħa siġra mwaqqa’ fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata (lejn in-naħat ta' Section L.A) liema siġra ilha hekk imwaqqa’ min-nofs Frar (ritratti qed jingħataw separatament)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċċjal fit-Taqsima tad-Dfin fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali diġà għamel il-proċess kollu amministrattiv sabiex jinġabru l-kwotazzjonijiet neċessarji u s-siġra indikata tkun tista’ titneħħa.
Sptar Monte Carmeli — ħaddiema tal-kuntrattur - injections tal-Hepatitis
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-ħaddiema tal-kuntrattur responsabbli mill-indafa fl-Isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard humiex qed jingħataw l-injections tal-Hepatitis? Jista' jgħid ukoll jekk il-ħaddiema f'dik l-isptar humiex intitolati għall-injections oħra u jekk iva, ta' xiex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma kinux jobbligaw lill-kuntrattur li jipprovdi tilqim għall-impjegati tiegħu. Hemm il-ħsieb li tenders futuri ser jagħmluha mandatorja illi dan it-tilqim jiġi pprovdut minn naħa tal-kuntrattur.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, meta l-ħaddiema tal-kuntrattur responsabbli mill-indafa fl-Isptar Monte Carmeli għamlu ż-żbir ta' siġar fl-inħawi tal-istess Sptar, taħt liema superviżjoni sar dan iż-żbir?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żbir ta’ dawn is-siġar sar minn persuna kwalifikata f’dan il qasam. Iż-żbir tas-siġar fl-isptar Monte Carmeli sar għal żewġ raġunijiet; kien hemm diversi siġar viċin ħafna tal-ħitan li jdawru l-isptar għalhekk dawn kienu ta’ periklu, kif ukoll minħabba li ħafna mis-siġar ġratilhom il-ħsara kawża tat-temp b’riħ qawwi li kellna ftit tal-jiem ilu.
Għaldaqstant il-management ta’ l-isptar Monte Carmeli ħa l-miżuri kollha meħtieġa sabiex is-siġar jiġu miżbura kif suppost kemm għas-sigurta’ tal-pazjenti kif ukoll għall-ambjent aħjar.
Sptar Monte Carmeli — paga minima ta' ħaddiema tal-kuntrattur għall-indafa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-paga minima li biha qed jitħallsu l-ħaddiema tal-kuntrattur privat li huma responsabbli mill-indafa tal-Isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmija ħaddiema jitħallsu skont il-Ftehim Nazzjonali dwar il-Paga Minima tat-28 t’April tal-2017 li tali ftehim ġie effettiv permezz tal-Avviż Legali 144 tal-2017.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-PGD (Pre-implantation Genetic Diagnosis) hijiex:
a. legali f'pajjiżna;
b. jekk hija legali, humiex qed jiġu distrutti embrijuni meta mill-PGD jirriżulta li l-embrijun jista' ġenetikament ma jkunx korrett; u
c. x'inhuma l-ħsibijiet tal-Gvern rigward il-PGD fil-ġejjieni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- PGD (Pre-implantation Genetic Diagnosis) hija illegali f’Malta hekk kif stipulat f’Artiklu 15 tal- Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun, Kap 524. Kif preżentat fl-Abbozz Numru 37 li jemenda dan l-Att, dan l-Artiklu xorta se jibqa’ fis-seħħ.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu fl-emerġenza, matul is-sena 2017 persuni intossikati mid-droga? Jista' jgħid l-età medja ta' dawn u kemm minnhom kienu rġiel kemm kienu nisa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza fis-sena 2017 fejn kien irreġistrat fil-Presenting Complaintjew fit-Triage Notes li kien hemm Overdosejew abbuż ta’ xi tip ta’ droga (jew mediċina), sew jekk seħħet jew jekk kien hemm suspett li ġrat, ammontaw għal 401 attendenzi. Minn dawn, 242 kienu rġiel u 159 kienu nisa. L-età medja ta’ dawn l-attendenzi kienet ta’ 44 sena.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti struzzjonijiet mill-aktar fis sabiex jibdew ix-xogħlijiet ta’ riparazzjoni fuq il-lift tal-poliklinika ta’ Ħal Qormi li ilu ma jiffunzjona għal dawn l-aħħar ġimgħat?
B'referenza għad-diversi mistoqsijiet parlamentari relatati mal-Hospital Concession Agreement dwar l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar Karin Grech fejn:
(1) mill-mistoqsija parlamentari 3310 jirriżulta li l-flus imħallsa mill-Gvern lill-kumpanija
Vitals Global Healthcare (
VGH
)
matul is-snin 2016 u 2017 kienu jammontaw għal 50 miljun Ewro;
(2) mill-mistoqsija parlamentari 3629 jirriżulta li dawn il-pagamenti li saru lill-VGH huma skont it-termini maqbula fil-kuntratti li saru bejn il-Gvern u l-VGH;
(3) mill-mistoqsija 3774 jirriżulta li dawn il-pagamenti saru skont l-ammont ta' servizzi li l-Gvern xtara mingħand il-VGH;
(4) mill-mistoqsija parlamentari 3926, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa kien mitlub jgħid għal liema servizzi tħallsu l-€50 miljun u fit-tweġiba ma ngħadx x'kienu s-servizzi mogħtija imma sempliċement erġajt ġejt irreferut għall-mistoqsija parlamentari 3310; u
(5) mill-mistoqsija parlamentari 4421, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa reġa' ġie mitlub jindika x'kienu dawn is-servizzi, fit-tweġiba ntqal li l-ammont imsemmi kien ħlas fiss dovut lill-imsemmija kumpanija.
(6) mill-mistoqsija parlamentari 5309, fejn il-Ministru ġie mitlub jgħid jekk wara li saru dawn il-mistoqsijiet parlamentari, jistax jgħid x’kienu dawn is-servizzi li jammontaw għall-€50 miljun u fit-tweġiba reġa ngħadd biss li l-ħlas imsemmi kien il-ħlas dovut għal servizzi skont kif maqbul bejn il-Gvern u l-konċessjonarju;
għaldaqstant jista' issa d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-termini maqbula tal-kuntratt li sar bejn il-Gvern u l-konċessjonarju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-kuntratti ffirmati bejn il-Gvern u l-konċessjonarju diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għal mard li jittieħed mis-sess, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il każ ta’ mard sesswali attendew il-Genio-Urinary Clinic? Jista’ jgħid liema huma l-aktar kundizzjonijiet komuni? Kemm kien in-numru ta’ żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena li attendew il-GU Clinic fis-sena 2017? Jista’ jgħid kemm-il każ ta’ HIV ġie identifikat fis-sena 2017? Malta għadha kkunsidrata li għandha epidemija f’dan ir-rigward? X’miżuri qed jittieħdu? Jista’ jgħid jekk f’Għawdex hemmx ċentru speċjalizzat f’dan il-qasam?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali ta’ konsultazzjonijiet fil-GU Clinic fl-2017 kien ta’ 5864 li minnhom 107 kienu żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena.
L-iktar tlett kundizzjonijiet komuni fl-2017 kienu l-
warts
,
chlamydia
u l-
herpes.
Matul l-2017 ġew identifikati 45 każ ta’ HIV. Id-Dipartiment tas-Saħħa kontinwament qed iżid l-għarfien sabiex iktar nies jiġu ttestjati u jibdew il-kura meħtieġa, kif ukoll qed issir emfażi kbira biex isir il-contact tracing.
Ġew introdotti, Rapid testing b’xejn għall-HIV fil-klinika tal-GU kif ukoll self tests li huma disponibbli għall-pubbliku mill-ispiżeriji fil-komunita’. Barra minn hekk għaddejjin kampanji ta’ promozzjoni dwar is-saħħa sesswali biex tiżdied il-prattika ta’ sess sikur u biex nippromwovu ukoll rapid testing għall-HIV.
Tajjeb li ninfurmah illi qed tiġi mfassla strateġija dwar l-HIV biex titratta oqsma relatati ma’ prevenzjoni, testjar, trattamenti u kura fit-tul.
Peress li hija l-prassi li pazjenti li huma self discharged ma jingħatawx discharge letter mill-iSptar Mater Dei, u dan in-nuqqas ta’ komunikazzjoni joħloq diffikultajiet kbar lill-tobba fil-komunità, għax dawn il-pazjenti jkunu vulnerabbli aktar minn oħrajn u ġeneralment tkun ferm diffiċli biex isegwi sew iċ-ċirkostanzi, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-prassi tinbidel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull pazjent li jkun discharged b’mod formali mill-isptar Mater Dei jingħata discharge letter. F’każ ta’ pazjent ‘discharged against medical advice’ l-pazjent jista’ jitlob kopja tal-file mediku tiegħu għal użu tat-tabib tal-familja.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 273 u jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4886.