Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tifel/tifla nstabu li jbatu b'Celebral Palsy bħala new case sena b'sena f'dawn l-aħħar 20 sena? F'kemm-il każ jirriżulta li t-twelid kien multiplu? Fejn hu rapportat li twieldu każ b'każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li statistiċi nazzjonali dwar pazjenti bis-Cerebral Palsy ma jinżammux fl-Isptar Mater Dei. Id-dijanjożi ta’ Cerebral Palsy ġeneralment ma ssirx mat-twelid, iżda aktar tard, meta d-diżabbilitajiet isiru aktar ċari u ovvji. Għalhekk, in-numru ta’ każi osservati fl-NPICU ma jurux l-istampa kollha.
Wieħed jista’ jieħu ndikazzjoni min-numru ta’ referti ġodda lis-CDAU b’dijanjożi ta’
Cerebral Palsy
kull sena. Fil-perjodu minn 1995 sa Ottubru 2010, kien hemm bejn każ wieħed sa 37 pazjent li ġew riferuti kull sena, b’medja ta’ 10 każi kull sena. B’kollox, kien hemm 166
new case
f’dan il-perjodu, li kienu mqassma hekk:
· 1995 sa 1999: 111 każ
· 2000 sa 2005: 42 każ
· 2006 sa 2010: 13 każ
Dawn l-istatistiċi jirriflettu n-numru inqas ta’ trabi li qed jitwieldu, kif ukoll it-titjib fil-kura qabel, waqt u wara t-twelid.
Statistiċi ta’ kemm il-każ kien minn twelid multiplu ma jinżammux mis-CDAU.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-iSpinal Rehabilitation Unit li kien fl-Isptar Boffa u kellu jkun rilokat fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk pazjenti li għandhom bżonn kura f'dan il-unit u ma tistax tingħatalhom humiex intitolati għall-kura barra mill-pajjiż?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-iSpinal Rehabilitation Unit li kien fl-Isptar Boffa ġie rilokat ġewwa Karen Grech. Jekk pazjenti ġewwa dan il-Unit jkollhom bżonn kura li mhijiex offruta lokalment pero’ tifforma parti mill-pakkett ta’ Kura ta’ Malta u jissodisfa l-kriterji u l-kundizzjonijiet fir-rigward ta’ kif pazjenti jiġu referuti għal kura fl-Ingilterra, dawn il-pazjenti huma ntitolati għal kura ġewwa ċentri speċjaliżżati ġewwa l-Ingilterra bħal kull pazjent ieħor.
Il-Proċedura u l-kriterji ta’ kif pazjent jista’ jiġi referut għal kura barra min Malta tista’ tiġi aċċessata mis-sit elettroniku:
https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/strategy_policy/national_referrals_programme/overview.aspx
Jista' l-Ministru jara li fl-Isptar Sir Paul Boffa jkun hemm is-servizz b'xejn tal-wi-fi speċjalment meta l-pazjenti jkunu hemm fit-tul ħalli dawn ikollhom l-aċċess għall-internet u e-mails u aktar meta jidher li l-Melita Cable hija lesta biex tagħti dan is-servizz b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant ġie nnutat. Infurmat li bħalissa l-management tal-iSptar Sir Paul Boffa għaddej b’diskussjonijiet ma’ service providers ewlenin dwar servizzi li huma aktar bażiċi u bżonnjużi għall-pazjenti u l-viżitaturi.
lifts stallati f'bini pubbliku li huma konformi mal-liġijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lifts li huma stallati f’bini pubbliku, humiex skont l-istandards li tipprovdi l-Liġi tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u skont ir-Regolamenti dwar l-Istandards li jirregolaw il-lifts?
Jista’ jgħid jekk il-
lifts
humiex kollha reġistrati mal-awtoritajiet konċernati u jekk ġewx ippreżentati ċ-ċertifikati regolarment skont il-liġi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Awtorita’ għas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol mhiex l-awtorità kompetenti sabiex tgħid jekk il-lifts, f’bini pubbliku hummiex stallati skont l-istandards li jirregolaw il-lifts, u dan peress li dawn jaqaw taħt ir-responsabbilita ta’ l-Awtorità dwar l-Istandards (M S A). L-imsemmija Awtorita’(MSA) hija responsabbli ukoll għar reġistrazzjoni tal-lifts.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21822, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-mediċini li jiffurmaw parti minn Scedule V? Kemm ilha ma tiġi emendata din l-iskeda? X’inhu l-proċess li bih jiġi deċiż li tip ta’ mediċina tidħol tifforma parti minn din l-iskeda? Il-Ministeru tas-Saħħa, preżentament qiegħed jikkunsidra li jżid xi medicini ma' din l-iskeda u jekk fl-affermattiv liema huma?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-mediċini fil-Formolarju tal-Gvern jistgħu jingħataw b’xejn jew skont it-Tieni Skeda tal-Att dwar is-Sigurta Soċjali Kap. 318 jew jekk jaqgħu taħt waħda mill-kundizzjonijiet imniżżla fil-Ħames Skeda tal-imsemi Att. Mediċina tiddaħħal fil-Formolarju jekk tkun indikata għal waħda mill-kundizzjonijiet imniżżla f’din l-iskeda u wara li tiġi approvata mill-Kumitat Konsultattiv dwar Lista Formularja tal-Gvern u s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika skont l-Avviż Legali 58 tal-2009.
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ kostantement iżid il-medicini fil-Formolarju u preżentament qiegħed jikkunsidra wkoll li jżid il-kundizzjonijiet fil-Ħames Skeda.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li staff paramediċi (fiżjoterapisti, occupational thearapists) m'humiex qed jingħataw uniformijiet ġodda biex ikunu jistgħu jibdlu l-uniformijiet qodma tagħhom? Jista' jgħid meta se jibdew jingħataw dawn l-uniformijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-aħħar tqassim ta’ uniformijiet lill-Paramediċi sar f’Diċembru 2008.
Matul l-2009 kien hemm komunikazzjoni mas-sezzjonijiet li jaqgħu taħt it-titlu ta’ paramediċi li huma
ECG Technicians, Radiographers, Occupational Therapists, Dental Technicians, Dental Hygienists, Dental Technologists, Physiotherapists
u
Pathology Laboratory Operators / Phlebotomists,
sabiex jiġu ivverifikati l-ispeċifikazzjonijiet u jsir it-tibdil meħtieg qabel ma toħrog it-talba għall-offerti
.
F’dan il-perjodu saret talba ukoll għall-uniformijiet mid-Dipartiment tad-Dentistrija għad-
Dental Surgery Assistants.
Eventwalment, fl-Isptar Mater Dei sar eżerċizzju sabiex jiġu regolarizzati l-uniformijiet tad-diversi professjonijiet, inkluż dawk ta’ l-infermiera. Issa, wara li ġew ikkonfermati l-ispeċifikazzjonijiet, proċess ta’ konsultazzjoni li ħa ftit tat-tul, inħarġu s-sejħiet għall-offerti li fil-fatt jagħlqu fil-15 ta’ Diċembru 2010.
Huwa stmat li fl-ewwel kwart tas-sena 2011 ser jibdew jitqassmu dawn l-uniformijiet il-ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei mhumiex qed jingħataw pagers?
Jista’ jikkonferma jekk huwiex minnu li l-kumpanija li qed tipprovdi dan is-servizz fil-preżent beħsiebha twaqqaf dan is-servizz ?
Jista’ jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-gvern f’każ li l-kumpanija li preżentament qed tipprovdi s-servizz tiddeċiedi li twaqqaf is-servizz tal
-pager ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kumpanija li għandha l-kuntratt tal-paging għall-Isptar Mater Dei ma baqgħetx tforni lill-isptar b’aktar pagers.
M’inix f’pożizzjoni li nikkonferma jekk il-kumpanija li qegħda tipprovdi dan is-servizz hijiex beħsiebha li twaqqaf dan is-servizz.
Il-Management tal-Isptar Mater Dei qiegħed jevalwa sistema alternattiva ta’ komunikazzjoni.
Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard — informazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi seħħew s'issa in vista tal-azzjoni industriali (parzjali) fid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard?
Jista' l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm ħaddiema
full-time
, li qed iwettqu xogħol ta’
health promotion officers
u kemm ilu ma jkunu impjegati
health promotion officers
ġodda ?
Jista’ jgħid kemm suppost li għandu jkun hemm impjegati fil-grad ta’
health promotion officer
biex il-Health Promotion Unit tkun tista’ taqdi d-doveri tagħha kif suppost?
X’qiegħed iżomm lill-gvern milli joħroġ sejħa għall-impjieg fil-Health Promotion Class? Kemm ilha ma tiġi rreveduta l-
grading structure
tal-Health Promotion Class?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Għar-rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija infurmat li l-azzjoni industrijali ittieħdet minħabba li għadu ma ntlaħaqx ftehim dwar reviżjoni tal-ftheim settorali għal din il-klassi, liema ftehim ma jaqax taħt il-kompetenza ta’ dan il-Ministeru, u għalhekk nitolbu jirrivolġi din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Preżentament hemm żewg ħaddiema full time li jwettqu xogħol ta’ Health Promotion Officers mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard. L-aħħar sejħa għal Health Promotion Officers saret fit-18 ta Ġunju 1996.
Saret talba għal żieda ta żewg Health Promotion Officers għas-sena 2010/2011. Din it-talba ġiet approvata u huwa ittamat li tkun tista’ toħroġ is-sejħa f’qasir żmiern. In-numru ta’ Health Promotion Officers li għandu bżonn id-direttorat qed jiġi stabbilit bħala parti mill-pjanijiet ta’ azzjoni li fil-preżent qed jiġu żviluppati kemm għal dak li għandu x’jaqsam ma mard li ma jittieħedx kif ukoll għall-implementar tal-istrteġija dwar is-saħħa sesswali.
Il-Gvern ma ħariġx sejħa għall-impjieg għall-Health Promotion Officer peress li ħass li għandu jiġi emendati il-kundizzjonijiet għas-sejħa biex dawn jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet tad-direttorat u jkunu aktar relevanti għar-rejaltajiet ta’ llum. Biex dan ikun possibbli irid jiġi amendat il-ftehim settorali imsemmi aktar ‘il fuq liema ftehim kien gie iffirmat fl-1995.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex? Kemm swew flus biex inxtraw u ġew stallati l-hyperbaric chambers fl-istparijiet ta' Malta u Għawdex? Kemm fil-fatt tħarrġu persuni biex joperawhom? Min qed joperahom illum u kemm huwa n-numru ta' persuni/nies li iħaddmuhom?
Jista’ l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm fondi li l-Unjoni Ewropea ħallset biex ikkumpensat it-taħriġ tal-persuni biex iħaddmu l-hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta? Kemm mill-ispiża għax-xiri u l-istallazzjoni tal-hyperbaric chambers ġiet kumpensata mill-Unjoni Ewropea? Fuq bażi ta' sena kemm huma l-ispejjeż fixed, inkluż pagi, biex jitħaddmu l-hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex?
B'referenaza għall-hyperbaric chambers u esklużi l-ispejjeż fixed tagħhom, kemm tiġi tiswa “dive” ġo dawn ic-chambers, għal għaxra min-nies, f’fond ta’ sitt metri jekk jużaw ossignu pur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-gvern qed jagħżel li jibqa' jibgħat pazjenti jagħmlu PET Scan fi sptar privat u mhux jixtri wieħed hu? Kemm ilu jopera l-ftehim bejn il-gvern u l-isptar privat dwar l-użu tal-PET Scan? Kemm intbagħtu pazjenti biex jagħmlu PET Scan s'issa u kemm tħallas mill-gvern għal dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-PET (Positron Emission Tomography) Scan tinvolvi tip ta’ x-rays minn magna speċjaliżżata li tagħmel dan it-tip ta’ investigazzjoni. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru beda l-proċessi meħtieġa biex jinxtara dan l-apparat tal-PET Scan biex isiru dawn it-testijiet fl-Isptar Mater Dei. Sadanittant, dan is-servizz beda jingħata fil-privat minn din is-sena 2010. B’kollox saru 77 PET Scan din is-sena li ġew jiswew lill-gvern €109,415.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li għandha problemi f'saqajha u li qed titlob li jitmexxa l-każ peress li tinsab muġugħa ħafna u m'għandhiex flus biex tagħmel din il-kura privatament peress li tinsab bil-benefiċċju soċjali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont l-informazzjoni fil-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għandha appuntament tal-Outpatients ma’ konsulenta tan-Newroloġija fid-29 ta’ Marzu 2011. Jekk it-tabib kuranti tal-pazjenta jħoss li hemm raġunijiet ta’ urġenza medika, għandu jikkuntattja lill-konsulenta tan-Newroloġija biex jiddiskutu l-każ flimkien.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk isirux spezzjonijiet regolari fuq il-grating(ħadid) li jagħlaq b'mod orizontali x-xogħlijiet tal-arja tal-parking area li hemm fl-Isptar Mater Dei? Billi jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi (aċċidentali) fejn xi ħadd, jew xi vettura tista' taqa' fuq dan il-ħadid, jista' jieħu l-passi biex dan il-ħadid jiġi protett?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-gwardjani tas-sigurtà fl-Isptar Mater Dei jagħmlu rondi regolari kuljum madwar l-isptar kollu, kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa. Waqt dawn ir-rondi, huma jinnutaw kull ħsara li jsibu jew affarijiet li huma jaħsbu li huma ta’ periklu, inkluż ħsarat li jista’ jkun hemm fuq il-grating (ħadid) li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Is-sezzjoni tal-manutenzjoni tiġi nfurmata minnufiħ dwar dawn il-ħsarat biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa sabiex il-ħsara tiġi rranġata u/jew il-periklu eliminat.
Is-suġġeriment biex dan il-ħadid jiġi protett se tiġi evalwata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax iżid is-servizz tal-home help li bħalissa qed tingħata anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, liema anzjana tbati minn nuqqas ta' dawl u tbatija kbira fiżika minħabba operazzjoni li għandha bżonn fl-irkoppa, iżda li sfortunatament bħalissa tpoġġiet fuq il-waiting list?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda tingħata 3 siegħat fil-ġimgħa servizz. Dawn is-siegħat qegħdin jiġu utiliżżati għal xogħol domestiku. Il-Bord ta’ Allokazzjoni jidhirlu li dawn is-siegħat huma bizzejjed biex jaqdu l-ħtiġijiet ta’ din l-anzjana.
Jista' l-Minstru jgħid għaliex il-persuna, li isimha qed jingħata separatament, wara li għamlet check up ta' sidirha fl-Isptar Mater Dei, ma tħallitx tagħmel ultrasound li ġiet ordnata tagħmel, fuq il-bażi tal-età tagħha kif kien spjegat lilha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-każ tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġie nvestigat mill-konsulent tal-pazjenta u mid-Dipartiment tal-Medical Imaging, fejn isiru l-ultrasounds tas-sider. Irriżulta li kien sar żball ġenwin meta l-ordni tal-konsulent għal ultrasound ma ġietx aċċettata mir-radjoloġista. Dan il-każ se jingħata attenzjoni immedjata u se tiġi rijattivata t-talba għall-ultrasound mill-konsulent biex dan it-test isir mill-aktar fis possibbli. Il-management ta’ Mater Dei jixtieq jiskuża ruħu mal-pazjenta għal dan l-inkonvenjent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew speċjalisti u professuri barranin minn barra minn Malta ħalli jkunu jistgħu joperaw fl-Isptar Mater Dei pazjenti Maltin matul is-sena 2010? Jista' jgħid f'liema oqsma huma speċjalizzati dawn il-professuri/speċjalisti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena ġew 22 professuri barranin minn barra minn Malta. It-tabella t’hawn taħt turi l-oqsma ta’ speċjalità ta’ dawn il-professuri.
Speċjalita
Numru ta’ Professuri
Ortopedija
6
Kardioloġija
1
Anestesija
1
Kirurġija
5
Dentistrija
1
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li hawn persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-għajnejn C3 - R? Jista' jgħid jekk teżistix kura għal din il-kundizzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f'xi post ieħor pubbliku? Kif għandu jingħata l-kura pazjent ladarba jinstab li għandu din l-kundizzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li C3-R huwa trattament li jingħata għall-kundizzjoni ta’ keratoconus. Dan huwa trattament li jintuża biex isaħħaħ il-kornea sabiex il-kundizzjoni ma tibqax sejra għall-agħar u m’huwiex kura definitiva. Huwa stmat li jkun hemm żewġ każijiet ġodda ta’ keratoconus kull xahar.
Dan it-trattament ma jiffurmax parti mill-pakkett ta’ servizzi b’xejn li joffri il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw tobba u f'liema grad kienu - Senior House Officer eċċ - biex imorru jaħdmu barra l-pajjiż matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa sabiex il-kumpanija li kienet qed tikklempja l-karozzi u allura tiġbor flus mingħand il-ħaddiema tal-Isptar bla ma kellha l-permess li tagħmel dan, tagħti lura dawk il-flus li nġabru mingħand il-ħaddiema għaliex il-vettura tagħhom kienet ġiet ikklempjata f'dan il-car park privat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntrattur konċernat kien u għadu jottempra ruħu kemm mal-kuntratt li bih huwa marbut u anke mal-liġi. Għaldaqstant ma jirriżultalix li hemm xi passi li għandhom jittieħdu fil-konfront tal-imsemmi kuntrattur.
Dipartiment tas-Saħħa — spezzjonijiet fuq impjanti tal-ipproċessar tal-majjal
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-ispetturi tad-Dipartiment tas-Saħħa jwettqux spezzjonijiet fl-impjanti tal-ipproċessar tal-majjal, biex jiġi garantit li l-majjal li jkun qed jintuża jkunx imrobbi f'Malta, jew ġiex importat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.