Legislature:
Category:
Reset
Active:

tariffa biex persuna ċċaqlaq meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa biex persuna ċċaqlaq il-meter tad-dawl mill-post fejn qiegħed għal xi post ieħor fl-istesss residenza?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tariffa biex iċċaqlaq il-meter tad-dawl fl-istess residenza hija €165.

aġġustamenti fl-għoli tal-ħajja minħabba pilloli out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jieħdu in konsiderazzjoni meta jsiru l-aġġustamenti tal-għoli tal-ħajja, il-perjodi li diversi pazjenti jgħaddu minnhom u jkollhom jixtru l-pilloli huma għaliex id-Dipartiment tas-Saħħa ma jkollux?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut, li huwa l-kejl uffiċjali tal-għoli tal-ħajja, huwa kkalkolat fuq il-bażi ta’ basket ta’ prodotti u servizzi li huma użati b’mod regolari mill-konsumatur tipiku Malti, inklużi l-mediċini. L-indiċi jaqbad iċ-ċaqliq fil-prezzijiet matul il-perjodu li huwa jkopri u allura jirrifletti n-nefqa li ssir mill-konsumatur.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27767 u 27609 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabbiliment kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 għal dawk li huma l-kontijiet kummerċjali? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali li trid titħallas mill-komunità in kwestjoni biex tkun konformi mal-kontijiet attwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ħlas ta' Income tax

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27615 u t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27614, jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għat-12-il xahar tas-sena 2010 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kumpaniji li għandhom xi bilanc ta’ taxxa tal-FSS jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali pendenti għas-sena bażi 2010 huwa ta’ 2,792. L-ammont ta’ FSS pendenti minn dawn il-kumpaniji huwa ta’ €8.7 miljun, filwaqt li l-ammont ta’ SSC pendenti huwa ta’ €15.5 miljun. Dan jinkludi kemm is-sehem tal-kumpanija kif ukoll tal-impjegati. Mhux possibbli tingħata tweġiba dwar in-numru ta' ħaddiema involuti minħabba li l-pagamenti mħallsa ma jiġux allokati kontra impjegati speċifiċi u individwalment imma jiġu credited akkont tal-bilanċ dovut mill-kumpannija.

Twelid ta' trabi minn ommijiet xebbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi minn ommijiet xebbiet matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011? Kemm minnhom kien l-ewwel wild? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bħalissa ma jkunx għadu f’pożizzjoni li jwieġeb il-parti tal-mistoqsija relatata mas-sena 2011. Għaldaqstant, l-Uffiċċju jista’ jipprovdi figuri għall-2010. Fit-tweġiba mogħtija hawn taħt, ommijiet xebbiet jirreferu għal ommijiet li qatt ma kienu miżżewġa. Matul is-sena 2010, in-numru ta’ trabi minn ommijiet xebbiet kien jammonta għal 895. Minn dawn l-ommijiet, 70 kienu ta’ nazzjonalità barranija. Informazzjoni dwar kemm minn dawn kienu l-ewwel wild m’hijiex disponibbli.

Żona Ewro — fondi minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, kemm se jkun sehem Malta fil-fond li qed jitħejja sabiex jingħata assistenza lill-pajjiżi taż-Żona Ewro li qed jingħad li se jilħaq aktar minn żewġ triljuni ta' ewro? Jista' jinforma ukoll kemm kien sehem Malta s'issa biex tonora l-obbligazzjoni li għamlet s'issa sabiex jagħmel tajjeb għad-dejn tal-Irlanda, il-Portugal u l-Greċja? Jista' jinforma jekk għamilx kalkolu ta' x'jista' jkun sehem Malta kemm-il darba ikun hemm talba mill-Italja u Spanja għal għajnuna simili u fil-kuntest li l-Italja għandha dejn ta' €1.3 triljun, filwaqt li dak ta' Spanja jlaħħaq għal madwar €800 biljun? Jista' jgħid minn fejn se jinġiebu dawn il-fondi, u jekk hux beħsiebu jgħolli xi taxxi sabiex jiffinanzja dawn l-obbligi? Fl-aħħar nett, jista' jgħarraf lill-Kamra kemm ħadet flus net Malta mill-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 s'issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab informant li l-fond imsejjaħ EFSF (European Financial Stability Facility) għandu kapacità ta’ self effettiv ta’ Eur 440 biljun (mill-aħħar emendi li sarulu). Dan is-self jiġi ffinanzjat mis-swieq finanzjarji Ewropej abbażi tal-użu ta’ garanziji pprovduti lill-EFSF mill-pajjiżi membri taż-żona ewro, liema garanziji jlaħħqu għal madwar Eur 780 biljun. Dawn il-garanziji jiġu msejħa biss f’każijiet ta’ bżonn, fejn l-EFSF ikollha bżonn il-flus biex tonora pagamenti li jkollha tagħmel fuq is-self tagħha. Malta qed tiggarantixxi s-sehem tagħha abbażi tal-ECB ‘capital subscription key’ tagħha ta’ 0.0903%, li jfisser ammont ta’ Eur 704 miljun. Ta’ min jgħid li l-Portugall u l-Irlanda qegħdin jisselfu taħt dan il-mekkaniżmu. Dan huwa differenti mis-self lill-Greċja, fejn kull membru taż-żona ewro pprovda self bilaterali lill-istess Greċja. Malta ntrabtet li tislef total ta’ madwar Eur 75 miljun fuq 3 snin lill-Greċja. Sa issa, Malta silfet ammont ta’ madwar Eur 20 miljun fl-2010, Eur 20 miljun oħra fl-ewwel kwart tal-2011 u Eur 5 miljuni fit-tieni kwart tal-istess sena. B’hekk s’issa, l-Gvern Malti ser ikun silef total ta’ qrib l-Eur 45 miljun lill-Greċja. Sad-data tal-15 ta’ Settembru 2011, il-Gvern Malti rċieva imgħaxx mħallas mill-Greċja li jlaħħaq il-Eur 1.5 miljun filwaqt li ħallas imgħaxx ta’ qrib is-Eur 690,000 fuq is-self li kellu jagħmel biex jiffinanzja dan is-self. Dan ħalla qliegħ lill-Gvern Malti ta’ madwar Eur 835,000. Filwaqt li ma hemmx stimi jew ħsibijiet li l-Italja u/jew Spanja ser jitolbu għall-għajnuna finanzjarja lill-EFSF, dan ma jfissirx li l-Gvern mhuwiex konxju tas-sitwazzjoni imwiera li hemm madwarna bħalissa, sitwazzjoni li tista’ taffetwa lill-pajjiżna ħażin. Madankollu, is-sistema tal-garanziji tal-EFSF hija maqbula u ffinalizzata, kif imsemmi qabel. Dan ifisser li allura Malta tista’ tintalab sa massimu ta’ Eur 704 miljun. Din hija l-garanzija li hi diġà qegħda tipprovdi u xejn iktar.

każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-ilment ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li qed jgħid li l-kont tad-dawl u l-ilma hu ħażin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u Income tax — single parents

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28060, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-3,513 single parent reġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni ddikjaraw dħul part-time?

Response (FENECH, TONIO)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dak li hu popolarment magħruf bħala part-time mhux dejjem jaqbel ma’ dak li hu rikonoxxut bħala tali mil-liġi tat-taxxa. Skont il-liġi tat-taxxa, biex wieħed jikkwalifika għar-rata ta’ 15%, fost kundizzjonijiet oħra, irid ikollu impjieg full-time jew ikun student full-time jew ikollu dħul minn pensjoni. Min ma jkollux dħul bħal dak imsemmi ma jistax jikkwalifika għar-rata ta’ 15% - anki jekk id-dħul tiegħu jkun ġej minn impjieg jew negozju li ma jkunx full-time . Ninsab infurmat illi fis-sena bażi 2010 kien hemm 329 single parents li, minbarra d-dħul mill-impjieg full-time jew mill-pensjoni, kellhom dħul li skont il-liġi kien jikkwalifika bħala part-time . Però seta’ kien hemm numru ieħor ta’ single parents li kellhom income li ma kienx minn xogħol full-time imma li għall-iskopijiet tal-liġi tat-taxxa ma jikkwalifikax bħala part-time għax jitqies bħala ‘main’ income.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — Wied il-Mielaħ - Bini ta' sewage pumping station

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kellu jsir taħt it-tender għall-bini ta’ sewage pumping station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex tlestiex? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, x’jonqos isir? Meta mistenni li jitlesta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Konċessjoni ta' privattiva — applikanti residenti Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni ta’ privattiva ngħatat fl-2010 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru? Kemm minnhom saru minn applikanti residenti f’Għawdex? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ. ta’ kull konċessjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Eko-Għawdex — 80 proġett differenti - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-80 proġett jew skema differenti b’rabta ma’ Eko-Għawdex li għandhom budget ta’ €25 miljun fuq medda ta’ tliet snin? Jista’ jgħid kull proġett kemm se jiswa flus?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 29301.

Enemalta — servizz għal-lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Korporazzjoni Enemalta qed tieħu fit-tul biex tipprovdi s-servizz sabiex ikun jista' jitħaddem il-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li hija blokka appartamenti proprjetà tal-gvern u li dan is-servizz huwa essenzjali minħabba każijiet akuti ta' mobbilità li jeżistu, u dan peress li jidher li l-Awtorità tad-Djar ma tistax tiżblokka din il-problema mal-Korporazzjoni Enemalta? Għaldaqstant, jista' jgħid meta dan is-servizz se jingħata?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni ġiet irreġistrata fl-14 t’Ottubru 2011. Fl-20 t’Ottubru 2011 sar l-appuntament mal-klijent; madankollu l-installazzjoni tal-elettriku tal-lift ma kinitx kompluta u allura s-servizz ma setax jiġi pprovdut. Il-klijent ġie kkuntatjat f’dawn il-ġranet u issa kkonfermat li l-installazzjoni hija kompluta. Is-servizz tal-elettriku minn naħa tal-Enemalta ġie mgħoti.

Persuni b'diżabilità — rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28193 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il persuna b'diżabilità li timpjega carer full-time tibbenefika minn rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala employer? Jista' jagħti din l-informazzjoni lokalità, b'lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni b’diżabilità li jimpjegaw carer full-time u li bbenefikaw minn tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtá soċjali sa issa kien ta’ 258. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji skont il-lokalitá. Din l-informazzjoni ma tkoprix is-sena li qegħdin fiha minħabba li l-applikazzjonijiet dwar l-2011 normalment jinġabru fil-bidu tal-2012.

Persuni b'diżabilità — rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28194 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il persuna b'diżabilità li timpjega carer full-time u li tibbenefika minn rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala employer timpjega carer Malti u barrani separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29349.

Ammont totali ta' investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28516.

Valur ta' esportazzjoni — affarijiet ta' merċa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28515 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar sal-aħħar fl-2010 u sa l-aħħar ta’ Settembru din is-sena maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il -Mejda tal-Kamra

Committee on Infrastructure of Spatial Information in the European Community — parteċipazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-parteċipazzjoni ta' Malta fuq il-Committee on Infrastructure of Spatial Information in the European Community?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.