Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar kif tqassmu l-finanzi li l-gvern jagħti lill-Public Broadcasting Services taħt il-PSO u EPSO kif sar drabi oħra? Tista' tagħti l-informazzjoni dwar liema programmi bbenefikaw, peress li dawn huma flus il-poplu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jindika għal-liema sena qed jirreferi.
Tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena(i) in-numru ta’ nies, skont il-grupp tal-età tagħhom (15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64),
a) jaħdmu għal rashom,
b) impjegati,
ċ) qegħda u
d) inattivi?
Tista' tagħti l-informazzjoni rigward ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attiva ukoll skont il-grupp ta’ l-età tagħhom, n-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skont l-attività ekonomika u d-dħul gross annwali medju tan-nies li jaħdmu skont l-attività ekonomika tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar — proġett tal-bini tal-appartamenti ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għandha proġetti ta' bini ta' appartamenti ġodda li jinsabu għaddejjin bħalissa jew qegħdin fil-pjanijiet tagħha u f'liema lokalitajiet dawn jinsabu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħala bini ta’ blokki ġodda li jinsabu fil-fażi ta’ kostruzzjoni jew
finishing
kif ukoll dawk li huma fil-pjanijiet biex jinbdew fil-futur qrib, huwa kif ġej:
Proġetti ta’ Kostruzzjoni Proġetti ta’
Finishing
Paola 9 Valletta 8
Żurrieq 2 Furjana 37
Qrendi 2 Mellieħa 9
San Gwann 5 Mġarr 24
Marsascala 26 Żejtun 3
Attard 6
Żebbuġ 3
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni alternattiva? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ilhom aktar minn ħames snin jistennew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa’ l-aħħar ta’ Settembru, 2010, l-Awtorità tad-Djar għandha 2, 223 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva, li minnhom 719 ilhom aktar minn ħames snin.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' care orders li ħarġu matul l-aħħar tnax-il xahar? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li fil-fatt inħarġitilhom care order?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ care orders li ħarġu matul l-aħħar tnax-il xahar kien 35. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa, Bormla, Ħamrun, Paola, Qawra, Qormi, Sliema, San Pawl il-Baħar, Valletta, Victoria (Għawdex), Żabbar, Żebbuġ (Malta) u Żejtun.
Ma' dawn kien hemm ukoll 22
care order
maħruġa għal tfal li ma kenux akkumpanjati minn adult li waslu Malta mill-Eritrea, Etjopja, Ivory Coast, Mali, Somalja u s-Sirja.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-istudenti li qed jattendu l-Foundation Course fl-MCAST mhux jingħataw stipendju? Ma jidhrilhiex li dawn l-istudenti jeħtieġu wkoll għajnuna biex ma jkunux dipendenti kompletament fuq il-familji tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema tal-istipendji ma nbidlitx min kif kienet is-sena li għaddiet. Studenti li jattendu l-Foundation Course fl-MCAST jingħataw l-istipendju jekk mhux qed jirrepetu s-sena.
Min din is-sena l-MCAST beda joffri kors ġdid f’livell 1, jiġifieri fl-istess livell ta’ min qiegħed fil-V klassi tas-Sekondarja. Studenti f’dan il-livell mhux meqjusa li daħlu fil-livell Post Sekondarju u allura s’issa mhux intitolati għall-istipendju.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex żgħażagħ li ma jaħdmux u li huma dijabetiċi ma jingħatawx għajnuna u jitħallew dipendenti kompletament fuq il-familji tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor interpellanta li l-benefiċċji mhux kontributorji taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jinħadmu u jitħallsu lill-kap tal-familja (
household
) wara li jsir it-test tal-meżżi (kapital u dħul) li jkollha dik il-familja (
household
). Allura jekk wieħed jissodisfa dan it-test tal-meżżi il-kap tal-familja jkun jista' jitlob għan-nom tal-persuna dijabetika l-Għajnuna Medika (fi flus).
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-każijiet t' Għawdxin li ġew riferuti lill-Aġenzija Appoġġ f'din l-aħħar sena kull xahar separatament u għal liema tip ta' servizz ġew riferuti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija Appoġġ — trattament tal-perpetrator's programm
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-persuni li rrikorrew għall-Aġenzjia Appoġġ għal għajnuna jew trattament tal-perpetrator's programm fis-sessjoni tal-vjolenza domestika f'din l-aħħar sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba hija hekk:
Sena
Numru ta’ Klijenti
2009
49
2010 (Jan-Jun)
17
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-intake għall-Pathway din is-sena fl-MCAST kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sena fil-Pathway Programme daħlu b’kollox 23 f’Malta u 4 f’Għawdex.
Jirriżulta li dan huwa tkabbir sostanzjali ta’ kważi 30% fuq in-numri tas-sena li għaddiet.
Din is-sena beda jiġi offrut il-kors f’Għawdex ukoll.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm dipartimenti, azjendi, persuni eċċ. li għandhom l-obbligu li jimpjegaw persuni b'diżabilità reġistrati skont l-artikolu 15 ta' Att dwar l-impjieg ta' persuni b'dizabilità l-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta? Tista' tgħid x'inhi l-kwota u l-persentaġġ stabbilit għal kull wieħed minnhom? Kemm kienet il-kwota għal kull wieħed minnhom f'dawn l-aħħar ħames snin separtament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont Kap 210 tal-1969 u AL56 tal-1969, kull ‘employer’ li jimpjega aktar minn 20 persuna huwa obbligat li jkollu 2% tal-impjegati tiegħu li jkunu persuni b’diżabilità u li jkunu registrati fir-registru tal-persuni b’diżabilità mizmum mill-ETC. Fl-2009 kien hemm 1,439 entità li timpjega għoxrin persuna jew aktar li bejniethom fl-2009 kienu jħaddmu 978 persuni b’diżabilità li huma reġistrati fir-reġistru tal-persuni b’diżabilità miżmum mill-ETC.
Spejjeż għall-għoti tal-għajnuna f'taħriġ u korsijiet lill-persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'arranġament jew provvedimenti saru mill-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin a tenur tal-artikolu 3(1) tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta u x'ħallas il-Gvern kwantu għal spejjeż, għoti ta' għajnuna għat-taħriġ jew korsijiet lill-persuni b'diżabilità kif jipprovdi l-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għal ħames snin u cjoe minn 2004 sa 2008 L-ETC utilizzat € 241,940 għal-taħriġ speċċjalizzat fir-rigward ta’ Persuni b’diżabilita’, li kienu mqassmin hekk :
Mal-Eden Foundation € 221,028
Mar-Richmond Foundation € 113,557
ESF 19 Project (Supported Employment Scheme) € 7,355
Apparti minn hekk, f’dawn l-aħħar ħames snin il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għenet lill-persuni b’diżabilita’ permezz ta’ skema ta’ esperjenza ta’ xogħol hekk imsejħa
Bridging the Gap
u taħriġ offrut mill-Korporazzjoni innifisha. Fil-fatt fl-2009 biss, l-ETC ħarrġet 134 persuni b’diżabilita’ li kienu qegħdin jirreġisistraw għax-xogħol filwaqt li 26 oħra utilizzaw l-iskema
Bridging the Gap
. L-ETC ma żżommx akkont separat tal-ispejjez relatati mal-korsijiet tat-taħriġ tagħha u l-
Bridging the Gap
skond il-profil tal-klienti.
2004
2005
2006
2007
2008
Bridging the Gap
26
20
29
38
35
Training
65
80
43
54
89
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin biex persuni mniżżla fir-reġistru tal-persuni b'diżabilità msemmi fil-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta jiġu mħassra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dawn l-aħħar ħames snin, l-ETC ma rċeviet l-ebda talba minn persuni b’diżabilità sabiex isimhom jitneħħa minn fuq ir-reġistru tad-diżabilità li żżomm il-korporazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid x'ordnijiet ingħataw mill-Gvern dwar speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg a tenur tal-Artiklu 19 tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma ngħataw l-ebda ordnijiet lill-ETC fir-rigward ta’ Artiklu 19 tal-Kap 210 biex jiġu speċifikati klassijiet ta’ impjieg tali.
Tista' l-Ministru tgħid xi provvedimenti ħa u għamel il-Gvern dwar faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità serja a tenur tal-artikolu 21 tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħala employer, l-ETC tagħmel kull ma hu meħtieġ sabiex impjegati tagħha li jkunu persuni b’diżabilita’ ikollhom akkommodazzjoni sħiħa fir-rigward tat-twettiq tax-xogħol tagħhom. L-ETC għenet lil impjegati tagħha li għandhom diżabilita’ permezz ta’ xiri ta’ apparat meħtieġ. Fir-rigward ta’ taħriġ l-ETC tipprovdi transport b’xejn lil persuni b’diżabilita’ u l-provvediment ta’ learning support assistants inkluż sign language interpreters fejn ikun meħtieġ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jingħataw għajnuna għaliex huma dipenedenti mid-droga kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ persuni li qegħdin isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga f’xi komunità, li qed jirċievu għajnuna soċjali (Drug Addicts Dependents - DAD) huwa ta’ 27 f’Malta (Komunità San Blas u dik ta’ Santa Maria) u 7 f’Għawdex (Oasi Foundation).
Tista' l-Ministru tgħid jekk tafx li f'Għawdex hemm post vakant ta' għalliem li huwa fil-preżent indispost biex jgħallem l-Ingliż fil-Junior Lyceum? X'inhi r-raġuni li hemm għalliema kwalifikata u fil-preżent qiegħda tgħallem l-ingliż fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, Ħamrun Boys Junior Lyceum, u din ma ntbgħatitx timla' dan il-post vakanti għalkemm tinsab l-ewwel fil-lista?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont informazzjoni miksuba mill-kapijiet tal-iskejjel sekondarji/Junior Lyceum f’Għawdex ma jirriżultax li hemm għalliem tal-Ingliż li fil-preżent jinsab indispost u li hemm nuqqas ta’ għalliema tal-Ingliż.