Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4484 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — persuni mħarrġa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' persuni li qed jitħarrġu biex jibdew iservu bħala membri fil-Korp tal-Pulizija? Meta hu mistenni li toħroġ sejħa oħra għall-ingaġġ ta' pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa mhux qed jingħata ebda taħriġ ta' rekluti fil-Korp tal-Pulizija. Sejħiet oħra għall-ingaġġ ta' pulizija jsiru minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi tal-Korp.

Priġunieri fi djar residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri Maltin li kienu fid-djar residenzjali qabel ma daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm priġunieri Maltin li kienu fostered qabel ma daħlu f'dan il-post?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri Maltin li jinsabu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin huwa ta' 296. Jirriżulta li minn dawn, 4 biss huma reġistrati bħala m'għandhomx indirizz fiss. Infurmat ukoll li ma hemm l-ebda rekord ta' priġunieri Maltin li kienu fostered qabel ma daħlu l-ħabs.

Reati kriminali fuq l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4167 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru reati kriminali fuq l-anzjani matul l-aħħar tliet snin? Kemm inqabdu kriminali li abbużaw minn dawn l-anzjani? X'kienu s-sentenzi mogħtija mill-Qorti minħabba dawn ir-reati gravi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni anzjani ta' 60 sena jew aktar li sfaw vittmi ta' xi tip ta' reat kriminali bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Ottubru 2008 kien ta' 4,937. Rigward l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, peress li l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx taħt forma ta' statistika kompjuterizzata, ix-xogħol li jinvolvi sabiex tinġabar ikun jirrekjedi ammont kbir ta' ħin u riżorsi umani. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru li jekk jista', jillimita' d-domanda tiegħu għall-dettalji aktar iffokati.
Leg 11 PQ #4464 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każi ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru rapportati din is-sena? Jista' jgħid kemm mill-każi tressqu l-qorti? Jista' jgħid x'inhi l-età ta' dawk allegatament stuprati? Jista' jgħid x'inhi n-nazzjonalità tal-allegati rapituri? Jista' jgħid kemm kien hemm każi ta' allegati gang-rape? Jista' jgħid jekk hemmx nies arrestati fuq allegat stupru, u jekk iva, kif? Jista' jgħid x'inhi n-nazzjonalità tar-rapitur li hemm il-ħabs? Jista' jgħid in-nazzjonalità tal-erba' rapituri li ingħataw sentenza sospiża u tar-rapitur li weħel multa f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Novembru ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 29 każ ta’ stupru. Infurmat ukoll li minn 18 il-kaz minnhom tressqu quddiem il-Qorti 22 persuna. L-eta’ tal-vittmi kienet tvarja bejn sitt snin u sittin sena. In-nazzjonalita' ta’ dawk akkużati kienet tinkludi dik Maltija, Sudaniża, minn Niger u Kosta d'Ivorja, Somala, Marokkina u Libjana. Minn kif ġie rrapurtat mill-vittmi, jidher li kien hemm każ wieħed fejn il-vittma ġiet stuprata fl-istess okkażjoni minn aktar minn persuna waħda. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija u b’żieda mat-tagħrif li jiena kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3134, ninsab infurmat illi minn dawk li ngħataw sentenza sospiża kien hemm wieħed Malti u l-oħrajn ta’ nazzjonalita Arbija.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April ta' l-2008 sal-lum sar xogħol ta' refurbishment fis-segretarjat privat tal-Ministeru. li l-valur tiegħu kien jammonta għal €9,514.87. Dan kien jikkonsisti fi qlugħ, tibdil u tqegħid mill-ġdid ta' kamra tal-banju, illi kienet waslet sabiex tinbidel, kompluta bl-aċċessorji, inkluż plumbing u xogħol tal-elettriku flimkien ma' refurbishment ta' ante room bil-madum, dwal, gypsum u aluminium fixtures.

Korp tal-Pulizija — Ħlas ta' xogħol extra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol extra f'terminu ta' ħlas mill-pulizija mill-1 ta' Jannar 2008 ma' banek, fabbriki, football, festi reliġjużi u attivitajiet statali? Jista' jagħti dawn il-figuri separatament u jgħid kemm minnhom diġa' tħallsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx rekords kompjuterizzati bit-tagħrif kif qed jiġi mitlub mill-Onor. Interpellant. Pero', ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u l-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena il-Korp tal-Pulizija irċeva l-ammont ta' € 1,779,260 għal xogħol li l-membri tiegħu wettqu fuq talba ta’ terzi persuni. Il-bilanċ dovut lill-Korp huwa ta' €315,182.19.

Korp tal-Pulizija — Xogħol extra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'ammont ta' flus għadu ma tħallasx għal xogħol extra li sar mill-pulizija fl-2005, 2006 u 2007 separatament? X'inhu jsir biex dawn il-flus jinġabru?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ħlasijiet ta' extra duty on payment li għad irid jitħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għas-snin mitluba mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- 2005 €47.79 2006 €5,739.06 2007 €15,153.57 Infurmat ukoll illi, għalkemm dawn l-ammonti jirrappreżentaw perċentwal żgħir ferm mix-xogħol kollu li sar mill-membri tal-Korp u li tiegħu diġa’ tħallsu – fil-fatt dawn jammontaw għal 0.003% fl-2005, 0.4% fl-2006 u 0.9% fl-2007 - xorta waħda qegħdin isiru l-isforzi neċessarji sabiex l-ammonti dovuti jinġabru u jitħallsu lill-membri tal-Korp.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, għalhekk ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4247 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għawdex — twelid, imwiet u żweġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2765 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu reġistrati twelid, imwiet u żweġijiet lokalitià b'lokalità f’Għawdex sena b'sena mill-2005 ‘l hawn? Jista’ jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat. Għar-rigward l-aħħar domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika aħjar x'informazzjoni ulterjuri qed jirrikjedi.

Persuni Akkużati bi stupru

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2844 u jgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm kien hemm persuni akkużati bi stupru li: a.) nżammu taħt house arrest b.) nżammu l-ħabs sakemm instemgħu l-każi tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:- Sena House Arrest Inżammu l-Ħabs Liberta' Proviżorja Normali 2004 1 2 2005 1 2006 1 2 2007 4 2008 10 1 Total 3 14 5
Leg 11 PQ #4049 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Intake tal-avvukati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' intake ta' avukati ġodda fl-A.G.? Huwiex veru li din il-problema għall-intake il-ġdid hi waħda ta' spazju tal-uffiċini?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-proċess għadu għaddej.

Ċimiterju tal-Ħabs

Question

Jista' l-Ministru ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ritratti taċ-Ċimiterju tal-Ħabs? Jista' jgħid kif fil-preżent qed jintuża' dan l-ispazju u jekk hemmx permess li persuni privati jżuru dan iċ-ċimiterju? Jista' jgħid jekk dan iċ-Ċimiterju għadux jitbierek u jekk hemmx permess li jmorru pelegrinaġġi għal dan il-post? Jista' jgħid jekk dan iċ-ċimiterju hux qed jintuża' biex fih jinżammu fniek u tjur?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi xi snin ilu, il-fdalijiet ta' dawk midfuna fiċ-ċimiterju tal-ħabs kienu tneħħew u ttieħdu fil-kannirja taċ-Cimiterju ta' Maria Addollorata. Issa peress li llum mhux permess li jsir aktar dfin fih, il-valur tiegħu bħala ċimiterju huwa biss simboliku. Għaldaqstant m'għadux isir tberik u lanqas isiru pellegrinaġġi f'dan il-post. Infurmat ukoll li fil-preżent iċ-ċimiterju tal-ħabs iservi bħala ġnien fejn, barra li jitkabbru diversi pjanti u fjuri, jitrabbew xi tjur u anke fniek bħala parti mill-programm tar-ri-abilitazzjoni tal-priġunieri. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra ir-ritratti kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #3859 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Vetturi Mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma nxtrat l-ebda karozza mill-1 ta' Marzu 2008 sallum. Pero' nixtieq ngħid li f'April ta' din is-sena tħallas il-kumplament tal-pagament ta' karozzi li kienu nxtraw f'Diċembru tal-2007 mill-Korp tal-Pulizija. Inżied ukoll li minn naħa tad-dipartiment tal-OIWAS, inxtraw żewġ karozzi tat-tip Kia Picanto LX 1.0L. mill-Refugee Vote liema vot kien u għadu jaqgħa taħt il-Ministeru tal-Politika Soċjali. Dawn iż-żewġ karozzi swew €8,850 il-waħda u jintużaw min Dar il-Liedna u Dar is-Sliem rispettivament.
Leg 11 PQ #3983 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet pendenti ta' ġurijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ġurijiet li huma pendenti quddiem il-Qrati Maltin? B'liema akkużi jinsabu akkużati dawk li għandhom ġuri pendenti f'kategoriji ta' akkużi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi quddiem il-Qorti Kriminali hemm 59 ġurijiet pendenti. L-akkużi fir-rigward dawn il-ġurijiet huma s-segwenti:- Attentat ta’ omiċidju volontarju 14 Ħasil ta’ flus (money laundering 4 Omiċidju volontarju 9 Arson 2 Akkużi ta’ traffikar ta’ droga 27 Serq aggravat 1 Rigali jew vantaġġi u kxif ta’ sigrieti pubbliċi 1 Stupru 1
Leg 11 PQ #3939 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għases magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' għases li għandna magħluqa bħalissa f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-għases? X'complement ta' pulizija hu meħtieġ biex dawn l-għases ikunu jistgħu jinfetħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent, b’kollox il-Korp tal-Pulizija għandu 55 għassa f’Malta u 20 f’Ghawdex. L-għases prinċipali kollha jinżammu miftuha l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jista’ jkun li jingħalqu temporanjament meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-għassa tkun meħtieġa x’imkien ieħor barra mill-għassa. Hemm ukoll xi għases f’lokalitajiet ta’ villeġġatura, bħal l-għases ta’ l-Ghadira u dik ta’ Lapsi, li jinfetħu biss fix-xhur tas-sajf. Hemm ukoll l-għases ta’ San Pawl il-Baħar li bħalissa ma tinfetaħx minħabba li qed isir xogħol fiha u dik ta’ Wied iż-Żurrieq li tenħtieġ xogħol estensiv ta’ restawr. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi fil-preżent hemm madwar 526 membru tal-Korp li huma assenjati xogħol fuq beat duties fid-Distretti fejn hemm dawn l-għases.

Immigranti Illegali f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti illegali f'Malta matul din is-sena sal-aħħar t'Ottubru 2008 u kif kienu maqsumin xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' immigranti illegali li waslu f'Malta minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena huwa kif ġej:- Jannar 0 Frar 24 Marzu 0 April 109 Mejju 188 Ġunju 575 Lulju 794 Awwissu 533 Settembru 299 Ottubru 46 ______________________ TOTAL 2,568 ______________________

Korp tal-Pulizija — Tradesmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm puliizja fil-Korp li huma uffiċjalment ingaġġati bħala tradesmen? Kemm kien hemm minn dawn li telqu fl-aħħar għaxar snin? Kemm minnhom ġew sostitwiti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 25 membru stazzjonati fit-Taqsima tas-Snajja fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 16 il-membru li spiċċaw mill-Korp waqt li kienu qed iservu f’din it-taqsima, filwaqt li 11 ġew assenjati xogħol f’din l-istess taqsima.

Ta' Kandja — Akkademja tal-Pulizija ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fuq l-Akkademja tal-Pulizija ġewwa ta' Kandja? Kemm fil-fatt kienu ġew allokati fondi għall-istess Akkademja tal-Pulizija ġdida, fil-budget li għadda? Meta hu mistenni li ssir l-inawgurazzjoni ta' din l-akkademja ġdida?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3322.

Korp tal-Pulizija — Avukati u Prokuraturi Legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati u prokuraturi legali jservu preżentament fi ħdan il-Korp tal-Pulizija? Xi grad għandhom dawn l-avukati u prokuraturi legali u f'liema taqsima/sezzjoni qegħdin iservu? Kemm kien hemm avukati u prokuraturi legali li telqu mill-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 5 membri tal-Korp tal-Pulizija li huma avukati u 2 li huma prokuraturi legali. Minn dawn 3 huma Supretendenti u 4 huma Spetturi, 3 qed iservu fil-Prosecutions Unit, 1 qed iservi bħala Technical Attache’ fi Brussel, 1 mat-Taqsima tal-Europol, 1 fil-Kwartieri Ġenerali u 1 bħalissa qedha bil-maternity leave. Infurmat ukoll illi kien hemm 8 membri tal-Korp b’dawn il-karigi li spiċċaw tul dawn l-aħħar għaxar snin.

Korp tal-Pulizija — Postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-postijiet vakanti fil-Korp tal-Pulizija, sew bħala ammont globali, kif ukoll bħala ammonti f'kull grad? Fejn jeżistu tali vakanzi? Meta hemm il-ħsieb li jimtlew dawn il-vakanzi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Rank Vacancies Assistant Kummissarji 3 Supretendenti 4 Spetturi 6 Surġenti 37 Kuntistabbli 99 Infurmat ukoll illi il-vakanzi ta’ Assistenti Kummissarji u Supretendenti ser jimtlew fil-futur qarib