Faċilità San Vincenz de Paul – Sala St Joseph 5 — Internet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun qed isir biex il-problema tal-internet fis-Sala St Joseph 5, fil-Faċilità San Vincenz de Paul tissolva darba għal dejjem? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-kawża ta’ dan in-nuqqas ta’ servizz, x’qed jagħmel biex tissolva din il-problema u għaliex dan id-dewmien kollu biex tissolva?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li għaddew, il-problema tal-internet fl-imsemmija sala ssolviet darba għal dejjem u llum, ir-residenti qegħdin igawdu minn dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ COVID fil-Faċilità San Vincenz de Paul illum? Jista’ jgħid ukoll fejn qegħdin jinżammu l-anzjani li jkunu morda bil-COVID?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’San Vinċenz de Paul bħalissa hemm 27 resident bil-Covid 19. Kull pazjent li jiġi pożittiv għall-Covid, jiġi iżolat f’sala identifikata apposta f’San Vinċenz de Paul u jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20507, u peress li hemm diskrepanza sinifikanti bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru tas-Saħħa u dawk impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), jista’ l-Ministru jara li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru tas-Saħħa jittranġaw biex ikunu ugwali għas-social workers impjegati mal-FSWS?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma regolati bi ftehmiet settorjali li jiġu negozjati ċentralment.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20505, u peress li hemm ftehim bejn il-Ministeru tiegħu u l-Fondazzjoni għas-Servizz ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) biex il-Fondazzjoni tipprovdi social workers lill-Ministeru tas-Saħħa, u peress li dan huwa ftehim tal-Ministeru tas-Saħħa, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim tal-Ministeru tas-Saħħa mal-FSWS li jirregola kif social workers impjegati mal-FSWS jagħtu servizzi fil-Ministeru tas-Saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Pazjenti li qegħdin jistennew operazzjoni ta' knee replacement
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20245 u jgħid kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew operazzjoni ta' knee replacement?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn 1460 persuni li qed jistennew appuntament għall-operazzjoni ta’ knee replacement u li ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li l-perjodu ta’ stennija qabeż dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent qed jingħataw preferenza biex l-operazzjoni ssir f’Mater Dei jew fi sptar privat fl-iqsar żmien possibbli. F’kull każ fejn l-operazzjoni ssir fi sptar privat, din titħallas mill-Gvern.
Pazjenti li qegħdin jistennew operazzjoni ta' hip replacement
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20246 u jgħid kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew operazzjoni ta' hip replacement?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn 240 persuni li qed jistennew appuntament għall-operazzjoni ta’ hip replacement u li ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li l-perjodu ta’ stennija qabeż dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent qed jingħataw preferenza biex l-operazzjoni ssir f’Mater Dei jew fi sptar privat fl-iqsar żmien possibbli. F’kull każ fejn l-operazzjoni ssir fi sptar privat, din titħallas mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor, li huma ingaġġati mal-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li persuni li huma ngaġġati mas-Servizz Pubbliku jkollhom iċ-ċertifikati awtentikati waqt il-proċess tal-selezzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor, li huma ingaġġati mal-Isptar Karin Grech?
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Ċertifikati tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor, li huma ingaġġati mal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Faċilità San Vinċenz de Paul — Ċertifikati tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor, li huma ingaġġati mal-Faċilità San Vinċenz de Paul?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor li huma ingaġġati mad-diversi Bereġ tas-Saħħa (polyclinics) f’Malta u Għawdex?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor li huma ingaġġati mad-diversi Djar tal-Anzjani f’Malta u Għawdex?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li b’referenza għall-ismijiet li ngħataw separatament, l-ewwel persuna ġiet appuntata bħala Chairperson tal-Embryo Protection Authority Board fl-20 t’Ottubru 2023 għal sentejn u hi ntitolata għal €13,954 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għar-rilokazzjoni ta' pazjenti mill-Isptar Mount Carmel? Jista’ jgħid ukoll fejn ser ikunu rilokati dawn il-pazjenti u jagħti t-time-frames involuti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet biex tinstab residenza alternattiva adattata għall-pazjenti tagħna li tissodisfa l-bżonnijiet tagħhom.
Pazjenti li qegħdin jistennew operazzjoni tal-katarretti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20244 u jgħid kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew operazzjoni tal-katarretti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn 243 persuni li qed jistennew appuntament għall-operazzjoni tal-kataretti u li ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li l-perjodu ta’ stennija qabeż dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent qed jingħataw preferenza biex l-operazzjoni ssir f’Mater Dei jew fi sptar privat fl-iqsar żmien possibbli. F’kull każ fejn l-operazzjoni ssir fi sptar privat, din titħallas mill-Gvern.