Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi u operazzjonijiet f'ortopedija, fil-kirurġija, fil-oftalmoloġija, fil-kardjoloġija fis-snin 2006, 2007, 2008? x'inhuma l-miri għas-snin 2009 u 2010?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Awtoritajiet u aġenziji
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri tal-bord ta' kull waħda minnhom? X'inhi r-remunerazzjoni għal kull membru?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Kors ta' Child Care
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5269 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-kors ta' child care mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Liema huma s-suġġetti akkademiċi meħtieġa sabiex persuna tkun eleġibbli sabiex tagħmel dan il-kors?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li qiegħed jiġi ppjanat biex il-kors tac-Child Care ma jibqax jiġi offrut kif inhu llum iżda jibda jkun offrut taħt Skema tat-Traineeship taħt l-Employability Programme (ESF). Il-Korporazzjoni bdiet l-aħħar tħejjiet biex tressaq dan il-programme fiż-żmien qasir (lejn April-Mejju 2009) lil pubbliku ġenerali. Is-suġġetti akkademiċi huma ċertifkatti tal-Matsec-livell ordinarju fil Matematika, lingwa Maltija u lingwa Ingliża.
Informat ukoll li hu ppjanat ukoll li dawk il-klijenti li ma jkollhomx il-kwalifiki ta’ hawn fuq jiġu mitluba biex jagħmlu eżami/jiet mill-ETC fis-suġġett/i rispettivi u ta’ l-istess livell. Il-partiċipanti jkunu jridu jipprovdu wkoll ċertifikat validu u nadif tal-kondotta tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5417 u jgħid kemm jirriżulta li hemm persuni li kienu fil-waiting list fis-surgical u gynaecology operations register għas-sena 2009 u li
a) laħqu mietu
b) emigraw minn pajjiżna
ċ) m'għadhomx b'saħħithom biżżejjed biex issirilhom operazzjoni
d) m'għadhomx iridu jagħmlu l-operazzjoni
e) laħqu għamlu l-operazzjoni fi klinika/sptar privat?
Liema operazzjoni kienet se ssir f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5418 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 74, jista' jgħid kemm hu l-waiting list bħalissa f'kull każ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5420 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4643, fil-każ ta' complaints għal long waiting time outpatients (1132) u long waiting time operations (135), jista' l-Ministru jagħti breakdown, dipartiment b'dipartiment f'tal-ewwel (subspecialists fejn jeżistu) u operazzjoni b'operazzjoni f'tal-aħħar?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha ssir kampanja kontra l-użu tal-antibiotiċi f'pajjiżna? Kemm naqset in-nefqa tal-gvern għal dak li jirrigwarda antibiotiċi minn dak iż-żmien 'il hawn?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-kampanja kontra l-użu tal-antibiotiċi f'Malta saret għall-ewwel darba fl-aħħar xahrejn tas-sena 2008 li kienet l-ewwel sena ta' ħidma tal-Kumitat Nazzjonali dwar l-Antibijotiċi. Għaldaqstant iż-żmien huwa qasir wisq sabiex jiżen l-effett f'termini ta' konsum ta' dawn il-farmaċewtiċi.
Informat ukoll li parti mill-ħidma ta' dan il-kumitat għas-sena 2009 huwa fil-fatt l-implementazzjoni ta' sistema ta' sorveljanza tal-konsum tal-antibijotiċi fil-pajjiż.
Jista' l-Ministru jara li jintmexxa l-każ ta' anzjan li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament li ma jistax iħallas biex jagħmel operazzjoni tal-katarretti u fuq rapport mediku għandu bżonn jagħmel din l-operazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Jekk it-tabib kuranti tal-anzjan li qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant jidhirlu li s-sitwazzjoni ta’ dan il-pazjent aggravat, huwa għandu jirreferih b’urġenza lill-konsulent fid-Dipartiment tal-Oftalmoloġija.
Jista' l-Ministru jara li ssir il-karta anzjan ta' persuna li detallji tagħha qed jintbagħtu separatament, li illha li tilfet il-karta anzjana erba' xhur u rrapportat dan lill-kunsill lokali? Cempilna ħafna drabi u din għada ma waslitx. Jista' jara li jitmexxa l-każ?
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 1, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Hemm ħsieb li jsir it-tibjid ta' dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tad-Djar li s’issa ma saret l-ebda talba mill-inkwilini ta’ Blokk 1 Triq il-Ġnien Santa Lucia għall-installazzjoni ta’ lift taħt l-iskema preżenti. Dwar it-taraġ u t-tibjid, għaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għand l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il- ħtiega.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5234 jgħid x'se jiġri mill-Isptar Boffa issa li tħabbar li se jinbena sptar għall-kura tal-kanċer fl-Isptar Mater Dei? X’se jiġri mill-Isptar Zammit Clapp li wkoll kien se jiġi rranġat biex jilqa' pazjenti morda bil-kanċer?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għad m'hemmx deċiżjoni finali dwar dak li qed jitlob.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5233 u jgħid liema huma dawk il-partijiet tal-Isptar San Luqa li bħalissa qed jintużaw? X’kura qed tingħata? Kemm hemm pazjenti f’kull sala li qed tintuża? Ġie deċiż x’se jsir mill-bqija tal-isptar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li bħalissa l-bini tal-Isptar Karin Grech, il-bini tal-Out-Patients tal-Fiżjoterapija u tal-Occupational Therapy, l-X-Ray tal-Casualty, l-Orthotics u l-Prosthetics Unit, CDAU u Child Guidance Clinic. Għandna ukoll iċ-Ċentru minn fejn tiġi amministrata il-POYC, kif ukoll il-Bank Nazzjonali tad-Demm Nazzjonali tad-Demm u l-Unit tad-Detox.
Informat ukoll li fl-Isptar Karin Grech hemm 31 pazjent f'kull waħda minn ħamest iswali li b'kollox jagħmlu 155 sodda. Is-swali li baqgħu vojta fl-Isptar Karin Grech qegħdin jistennew li jiġu rrenovati biex il-quddiem jilqgħu fihom il-pazjenti tal-Isptar Żammit Clapp. Il-Kumplament tas-swali fil-binja tal-Isptar San Luqa m'humiex qed jintużaw.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm propjetajiet preżentament rekwiżizzjonati mill-Gvern?
Jista' jgħid ukoll kemm-il propjetà ġiet derekwiżizzjonata mill-1992 'l hawn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li preżentament hemm 755 propjeta’ li għadhom kolpiti b’Ordnit ta’ Rekwiżizzjoni. Mill-1992 sal-lum, ġew derekwizizzjonati 22,713 il-propjeta’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' immigranti illegali li nstabu li kellhom il-Hepatatits B u Hepatitis C fl-aħħar 5 snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ma jżommx rekords ta’ kemm immigranti irregolari nstabu li kellhom l-Epatite B u Epatite C.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-immigranti illegali hux qed jiġu eżanimati għall-virus tal-HIV meta jidħlu Malta? Jekk le, għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-awtoritajiet tas-saħħa ma jħossux li hemm indikazzjonijiet validi sabiex immigranti illegali li jaslu Malta jiġu eżaminati bħala rutina għall-virus ta' l-HIV bħal ma jsir għal mard infettiv ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid kemm immigranti illegali ġew ċertifikati fil-pożittiv għall-virus tal-HIV fl-aħħar ħames snin, b'rendikont ta' sena b'sena u jekk dawn għadhomx Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2004 (min meta l-HIV saret marda li t-tobba huma obbligati li jinnotifikaw) u l-2008 ġew notifikati dawn il-każijiet ta’ HIV f’immigranti irregolari:
Sena
Numru ta’ kazijiet
2004
1
2005
6
2006
10
2007
9
2008
15
Id-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ma jżommx informazzjoni dwar jekk dawn il-persuni għadhomx jgħixu Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ffirmati l-kuntratti li għad jonqos jiġu ffirmati għar-residenti tal-Ponta ta’ Tignè li kienu ġew rilokati hemmhekk? X’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien u min qed itawwal daqshekk?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li s’issa minn disa’ kuntratti ta’ kirja (appartamenti wieħed ġie maqsum fi tnejn) ta’ postijiet ġewwa il-Ponta ta’ Tigne’ ġew ffirmati tlett kuntratti biss u dan għaliex jidher li hemm xi oġġezzjoni min-naħa ta’ l-inkwilini fejn skond il-ftehim oriġinali huma kienu imwiegħda li jingħataw parking space wieħed filwaqt li huwa qegħdin jitolbu li jingħataw żewġ parking spaces skont ftehim li l-inkwilini qed jgħidu li għandhom ma’ l-iżviluppaturi ta’ dan il-proġett. L-Awtorita’ tad-Djar qegħda tisħaq li ser timxi mall-ftehim iffirmat bejna u bejn l-inkwilini f’’Settembru 1999.
L-Awtorita’ tad-Djar qegħda għalhekk tistenna lis-sitt inkwilini jiġu biex jiffirmaw il-kuntratt skont il-ftehim oriġinali datat Settembru 1999.
Fid-dawl tar-rapport annwali tal-Kummissarju tat-Tfal, speċjalment fir-rigward tal-problemi u d-diffikultajiet elenkati fl-istess rapport li l-uffiċċju tal-kummissarju tat-tfal qed iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikunu jistgħu joperaw, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gven biex jgħin lil dan l-uffiċċju fil-ħidma tiegħu?
Kummisjoni kontra l-Vjolenza Domestika — diffikultajiet elenkati fir-rapport annwali
Question
Fid-dawl tar-rapport annwali tal-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika speċjalment fir-rigward tal-problemi u diffikultajiet elenkati fl-istess rapport li l-kummissjoni iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikunu jistgħu joperaw, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gven biex jgħin lil din l-Kummissjoni fil-ħidma tagħha kif ukoll x'qed jagħmel il-Gvern biex jitwettqu r-rakkmandazzjonijiet elenkati fl-istess rapport?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.