Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm barranin li ġew hawn Malta u iżżewġu bir-reġistru u bil-Knisja matul is-snin 2000 sas-sena 2010? Kemm kien hemm barranin u Maltin li żżewġu bil-Knisja u biċ-ċivil jew b'xi mod iehor f'dan il-perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Transport Malta — standards dwar pajpijiet/cables taħt l-art
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex xi standards partikolari li fuqhom iridu jimxu l-korporazzjonijiet jew entitajiet kummerċjali oħra meta jiġu biex iqiegħdu pajpijiet jew cables taħt l-art li jistabbilixxu l-fond li fihom għandhom jitqiegħdu dawn il-pajpijiet/cables? X'tip ta' spjegazzjonijiet isiru minn Transport Malta biex jassiguraw li dawn l-istandards jiġu osservati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li jsiru fit-toroq huma regolati b’Avviż Legali 29 tal-2010 u għaldaqstant kull permess li jinħareġ minn Transport Malta huwa bbażat fuq dan l-Avviż Legali. Transport Malta tagħmel spezzjonijiet ta’ rutina fuq ix-xogħol li jsir mill-korporazzjonijiet/entitajiet kummerċjali biex tikkontrolla ix-xogħol ta’ reinstatement, immaniġġjar tat-traffiku kif ukoll saħħa u sigurta` (Health and Safety).
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25589, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi kummerċjali f'Għawdex reġistrati ma' Transport Malta bħala garbage truck?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern għall-għoti ta' permessi biex inġenji kbar jinżammu fi btieħi? Jista' jgħid jekk hux qed jirriżulta li qed tinħoloq problema li minħabba nuqqas ta' spazju fejn jinżammu inġenji ta' dan it-tip, qed ikun hemm ipparkjar tagħhom b'mod illegali fit-toroq?
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 25568 u jagħti lista ta' konferenzi organizzati minn Transport Malta matul l-2008, l-2009 u l-2010 sena b'sena? Jista' jgħid id-dati ta' meta saret kull konferenza, x'kienet it-tema ta' kull konferenza u kemm kien hemm parteċipanti? Jista' jgħid kull fejn kienet organizzata kull konferenza u kemm kienet l-ispiża?
Response (GATT, AUSTIN)
Transport Malta bdiet topera fis-sena 2010. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — benefiċċju ta' karozza jew car/fuel allowance
Question
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 25571 u jgħid min huma l-persuni fil-Ministeru, awtoritajiet, aġenziji, korporazzjonijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħu li jgawdu mill-benefiċċju ta’ karozza jew car/fuel allowance ? Jista' jagħti l-mudell ta’ kull karozza, meta nxtrat, il-valur ta' kemm inxtrat u kemm intnefaq flus fuq fuel fuq kull karozza f'dawn l-aħħar disa' xhur? Jista', fil-każ tal-car allowance, jgħid kemm huwa l-ammont ta’ dan l-allowance ? Jista jgħid kemm kienet in-nefqa f’maintenance fuq kull karozza f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti d-deskrizzjoni tax-xogħol ta’ maintenance li sar u f’liema data sar?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta ffinalizzatx il-policy tagħha dwar l-ispeed cameras? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi speed cameras li hu mistenni jitwaħħlu fil-futur qarib? Jekk iva, fejn jinsabu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ffinalizzat l-policy tagħha dwar speed cameras, liema policy se tiġi mħabbra waqt konferenza rigward sigurtà fit-toroq. Din l-istess speed policy tistabilixxi l-kriterji u l-metodoloġija li se taddotta Transport Malta fil-futur sabiex tevalwa f’liema postijiet u toroq għandhom jitqiegħdu speed cameras.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda li ġew reġistrati f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ karozzi ġodda li ġew reġistrati f’Malta u Għawdex matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena jammontaw għal:
MALTA: GĦAWDEX:
Jannar – 403 Jannar – 35
Frar – 501 Frar – 33
Marzu – 743 Marzu – 46
April – 730 April - 37
Jista’ l-Ministru jgħid għal Transport Malta xi tfisser "triq arterjali" u "triq distributorja"? B’referenza għat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 26242, kif Transport Malta tqis it-triq in kwistjoni la hija arterja u lanqas distributorja meta minnha jgħaddu eluf ta’ karozzi kuljum inkluz it-trasport pubbliku kollu għan-naħa t’isfel ta’ Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-klassifikazzjoni ta’ toroq arterjali u distributorji toħroġ mill-Pjan ta’ Struttura għall-Gżejjer Maltin tal-1992.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Achille Ferris u Trejqet il-Paċi - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Achille Ferris u Trejqet il-Paċi f’Ħaż-Żebbuġ humiex fil-programm ta' toroq li huma skedati li jsiru mill-Gvern Ċentrali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu intenzjonat li x-xogħol f’dawn it-toroq isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif diġa' għedt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24717, sabiex triq residenzjali tikkwalifika għall-kostruzzjoni mill-gvern, iridu jkunu tlestew 70% tad-djar f'dik it-triq. Fil-każ taż-żewġ toroq in kwistjoni, għalkemm jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, minħabba li l-persentaġġ ta' żvilupp f'dawn it-toroq huwa anqas minn 70%, it-triq ma tistax issir għalissa.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25657, jista' l-Ministru jassigura li jsir awditjar tar-reserved parking bays fil-lokalitajiet ta' Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, Ir-Rabat, l-Imġarr u l-Imtarfa u jassigura li dawk ir-reserved parkings li m'għadx hemm bżonnhom jitneħħew immedjatament? Jista' jirraporta lill-Kamra meta dan l-eżerċizzju jkun ġie finallizzat u jagħti l-ammont ta' reserved parkings approvati fil-lokalitajiet imsemmija, lokalità b’lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurat li l-parkeġġi riservati li huma approvati minn Transport Malta fil-lokalitajiet imsemmija se jiġu riveduti u sussegwentament jiġu identifikati dawk il-parkeġġi riservati li jkunu approvati u validi f’kull lokalità imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ispeet limits tal-ispeed cameras li għandna f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skont ir-rekords ta’ Transport Malta hemm approvati speed cameras fi ħdax-il lokalità, u l-limitu tal-veloċita` ta` kull waħda huwa kif ġej:
1. Triq Sant Andrija, Baħar iċ-Ċagħaq - 70 km/h
2. Triq l-Imdina, Żebbuġ - 70km/h
3. Triq in-Nutar Zarb/Triq Valletta, Attard - 50 km/h
4. Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan - 60 km/h
5. Mrieħel Bypass - 80 km/h
6. Triq Burmarrad, Burmarrad - 70 km/h
7. Triq Ħal-Far, Gudja - 60 km/h
8. Triq tal-Barrani, Żejtun - 60 km/h
9. Triq Reġjonali, Santa Venera - 60 km/h
10. Birkirkara Bypass, B'Kara - 60 km/h
11. Triq l-Imdina, Qormi - 60 km/h
Bormla — Proġett - area ta' ħdejn il-kunvent ta' Santa Tereża
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-area kollha ħamrija u siġar maġenb il-kunvent ta' Santa Tereża Bormla, hux se tkun inkluża fix-xogħlijiet tal-proġett li għaddej bħalissa f'Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ħdejn il-Knisja ta' Santa Teresa jikkonsistu fi bdil ta' Kurduni tat-triq u bankina ġdida u dawn jiffurmaw parti mix-xogħlijiet tal-proġett li għaddej bħalissa f'Bormla.
Service provider tat-trasport pubbliku — estensjoni tar-rotta tal-Wardija
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibilità li s-service provider ġdid tat-trasport pubbliku jbiddel ftit ir-rotta fil-Wardija u jestendiha ftit fid-direzzjoni taż-Żebbiegħ biex iktar residenti jkunu jistgħu jinqdew b'dan it-trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm Transport Malta kif ukoll l-operatur tat-trasport pubbliku se jkunu qed jirreġistraw id-domanda u l-imġieba tal-passiġġieri biex ir-rotot ikunu aġġornati minn żmien għal żmien, skond it-termini tal-kuntratt iffirmat bejniethom.
Regolamenti dwar il-fond tas-servizzi taħt it-toroq
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti li jispeċifikaw f'liema fond taħt wiċċ it-triq iridu jitqiegħdu d-diversi servizzi li għandna fit-toroq tagħna? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm ilhom fis-seħħ dawn ir-regolamenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm diversi regolamenti li jirregolaw dawn it-tip ta' xogħlijiet. Preżentament dawn huma lleġislati b'Avviż Legali 29 tal-2010 li ġie fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010, liema Avviż Legali huwa faċilment disponibbli minn fuq l-internet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26476 u jara li jitmexxa l-ilment li sar lid-Dipartiment mill-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bus, kuljum, se tibda tgħaddi minn Bisazza Street, Sliema? It-triq tista' tissaporti tali traffiku? Dan jagħmel xi tip ta' ħsara lill-pavimentar il-ġdid? Minn x'ħin se jibdew jgħaddu dawn il-buses u x'ħin se jieqfu?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-gvern iddeċieda f'Mejju 2011 li l-karozzi tal-linja ma' jgħaddux minn Triq Bisazza u fil-preżent qed isiru diskussjonijiet biex din id-deċiżjoni tkun implimentata mill-aktar fis.
Jista' l-Ministru jindika jekk il-buses u r-rotot tal-Arriva hux se jibqgħu jgħaddu mix-xatt ta' Ta' Xbiex ġaladarba r-residenti tal-inħawi ma rċevew l-ebda informazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-residenti ta’ Ta’ Xbiex se jkollhom diversi rotot li jgħaddu mill-lokalità, fost oħrajn ir-rotot b’numri 11, 12 u 13.