Legislature:
Category:
Reset
Active:

IMU — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu jaħdmu fl-Information Management Unit (IMU) telqu, kemm irriżenjaw u kemm talbu għal transfer biex jiċċaqalqu f'Dipartimenti oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 72 impjegat, hemm 4 li jaqgħu taħt din il-kategorija.

Skola Medika Maltija – Studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17107, li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti barranin fl-Iskola Medika Maltija fis-sena ta' qabel fetħet l-iskola ta' Barths? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta' studenti li kienu eżentati milli jħallsu għall-istudju tagħhom u kemm kien l-ammont totali li huma ffrankaw kollha flimkien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti barranin li attendaw fl-Iskola Medika Maltija fis-sena ta’ qabel fetħet l-iskola ta’ Barths kien ta’ 245-il student.

Skejjel primarji tal-Istat — Għalliema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema (fil-grad ta' Teacher) li rriżenjaw mill-iskejjel primarji tal-Istat fit-tieni term tas-sena skolastika attwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel primarji tal-Istat kien hemm ħames edukaturi fil-grad ta’ għalliem li rriżenjaw. Kull edukatur li rriżenja ġie ngaġġat edukatur ieħor.

Skejjel medji u sekondarji tal-Istat — Għalliema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema (fil-grad ta' Teacher) li rriżenjaw mill-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat fit-tieni term tas-sena skolastika attwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel medji/sekondarji tal-Istat kien hemm ħames edukaturi fil-grad ta’ għalliem li rriżenjaw. Kull edukatur li rriżenja ġie ngaġġat edukatur ieħor.

Skejjel tal-Malti fl-Awstralja – Nefqa fuq riżorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus jew investa, jekk nefaq jew investa, il-Gvern Malti f’riżorsi u kotba li jgħaddi lill-iskejjel tal-Malti fl-Awstralja fl-aħħar għaxar snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru investa il-fuq minn €30,000 f’riżorsi u kotba u li dawn jiġu mgħoddija lill-iskejjel tal-Malti fl-Awstralja.

Emigranti Maltin — Boroż ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Gvern Malti joffri boroż ta’ studju (sponsorships) lil ċittadini Maltin jew it-tfal tagħhom, emigranti, sabiex jistudjaw il-Malti f’Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru joffri għotjiet u skemi ta’ Boroż ta’ Studju skont ir-regoli taħt il-kriterji ta’ eliġibilità.

Tal-Ħandaq — Skola medja u sekondarja– Arja kkundizzjonata

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11711, jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra u jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u meta ser ikun qed jinbeda x-xogħol sabiex il-klassijiet kollha fl-Iskola Medja u fl-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq ikunu mgħammra bl-arja kkundizzjonata bħalma kien imwiegħed?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11711.

Memorandum of Understanding — Grawnd tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU) li ġie iffirmat fil-15 ta’ Mejju 2021 biex il-club li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tal-futbol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Skola Medika Maltija – Studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17302 u ċjoè jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17107, li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti barranin fl-Iskola Medika Maltija fis-sena ta' qabel fetħet l-iskola ta' Barths? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta' studenti li kienu eżentati milli jħallsu għall-istudju tagħhom u kemm kien l-ammont totali li huma ffrankaw kollha flimkien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17302.

IMU — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17246 u jgħid kemm persuni li kienu jaħdmu fl-Information Management Unit (IMU) telqu, kemm irriżenjaw u kemm talbu għal transfer biex jiċċaqalqu f'Dipartimenti oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17246.

Mellieħa — Żona tal-Għoljiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit li jinsab fiż-żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa (preċiżament bejn Triq is-Sagħtar u Triq il-Miġbħa) u li issa l-Gvern iddeċieda li jippermetti bini ta’ numru ta’ appartamenti, kienx is-sit identifikat li fuqu kienu ser isiru l-klassijiet temporanji f'containers sakemm tinbena/jew issir l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mellieħa – Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti kollha li suppost tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bejn l-2014 u l-2024 u li kienu jirrigwardjaw l-estensjoni jew/u l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa (flimkien mal-parkeġġ)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej proċess kontinwu mal-istakeholders konċernati sabiex l-istudenti ta’ din l-iskola jkollhom l-aħjar faċilitajiet possibli.

Mellieħa – Skola Primarja – Pjanijiet dwar il-bini u l-estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar pjanijiet tal-Gvern dwar il-bini jew l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u l-parkeġġ mal-istess skola? Dan peress li fl-aħħar għaxar snin dawn il-pjanijiet inbiddlu tal-inqas tliet darbiet fejn anke saħansitra minn żmien għal żmien twaħħlu billboards b’verżjonijiet differenti quddiem l-istess skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18229.

Mellieħa – Skola Primarja — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mal-Kap u / jew mal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u li fihom ġie trattat il-proġett tal-bini / estensjoni tal-istess skola bejn Jannar 2014 u Marzu 2024? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Minuti ta’ dawn il-laqgħat fejn issemma biss dan il-proġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mellieħa – Skola Primarja — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol (xahar u sena) fuq il-bini mill-ġdid jew l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa u jgħid ukoll kemm mistenni jdum dan ix-xogħol biex jitlesta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18229.

Mellieħa – Skola Primarja – Allokazzjoni tal-istudenti

Question

Ġaladarba jibda x-xogħol fuq l-estensjoni jew bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid fejn ser ikunu qed jiġu allokati l-istudenti li llum qed jattendu l-istess skola? Jekk l-istudenti ser jinżammu fl-istess lokalità, jista’ jgħid ukoll f’liema żona tal-Mellieħa se ssir din l-allokazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skola obbligatorja – Studenti li ma jkomplux

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14335 u jgħid x’inhi r-rata ta’ studenti li ma jkomplux l-iskola obbligatorja, sena b'sena, mill-2013 sa 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skejjel medji u sekondarji tal-Istat — LSEs li m’għandhomx l-O'Level fil-Matematika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs fl-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat li m’għandhomx l-O'Level (tal-MATSEC) fil-Matematika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18070.

Skejjel medji u sekondarji tal-Istat — LSEs li m’għandhomx l-O'Level fl-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs fl-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat li m’għandhomx l-O'Level (tal-MATSEC) fl-Ingliż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18070.