In-Nadur — Triq il-Ħanaq u Triq ir-Ramla - xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jitkomplew Triq il-Ħanaq u Triq ir-Ramla fin-Nadur li kien beda x-xogħol fuqhom erba' snin ilu qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u tħallew mhux kompluti għal erba' snin sħaħ bil-konsegwenza li x-xogħol li sar ġratlu ħsara kbira għax ma kienx komplut u hemm periklu bil-konkos fil-ġnub tat-toroq imsemmija?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan tat-toroq għal din is-sena (2019) miexi kif inhu pjanat.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament dwar min ħa ħsieb jorganizza l-attività 'Għawdex #Inħobbok Concert' li seħħ nhar is-16 ta' Frar 2019? Tista’ tagħti d-dettalji tan-nefqa għal din l-attività permezz ta' lista itemized u ta' min kien/u s-supplier/s?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija attivita’ tal-Ministeru għal Għawdex taħt il-miżura tal-baġit ‘Festivals Tematiċi’. L-ispiża totali ammontat għall-EUR 29,561.
Ministeru għal Għawdex — Youth Services Coordinator
Question
Tista' l-Ministru tgħidilna min qed jokkupa l-pożizzjoni ta' Youth Services Coordinator fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? X'ħidma saret minn dan l-uffiċjal matul is-sena kurrenti? Tista' tipprovdi lista dettaljata fir-rigward?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-pożizzjoni hi okkupata minn uffiċjal pubbliku. L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 10974 - Youth Services Coordinator - Lista Annessa.docx
Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament liema huma t-toroq ġewwa r-raħal tax-Xagħra, Għawdex li għad m'għandhomx servizz ta' katusi biex minnhom jgħaddi d-drenaġġ? Tista' tindika wkoll xi pjanijiet u soluzzjonijiet għandu l-Gvern biex dan is-servizz jingħata? F'każ li jeżistu dawn il-pjanijiet jew soluzzjonijiet, tista’ tgħid kemm hu stmat li hu meħtieġ żmien biex issir l-implimentazzjoni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu mill-miljun ewro li kienu vvutati għal Eko-Għawdex taħt il-Vot Kapitali għas-sena 2019 tal-Ministeru għal Għawdex? Tista' telenka l-inizjattivi u l-ammont ta’ finanzi li ntefqu fuq kull proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid kemm hu t-total ta' ħaddiema li joqogħdu Għawdex u jaħdmu f'Malta? Tista' tgħid, b’mod separat, kemm minn dawn jaħdmu ma’ dipartimenti tal-Gvern, entitajiet parastatali u mal-privat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata mill-NSO minn żmien għal żmien.
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra u tgħid f’liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jitkompla x-xogħol biex tinbena u terġa’ ssir mill-ġdid Triq l-Imġarr fin-Nadur Għawdex liema triq issa ilha magħluqa għal kollox għal xhur sħaħ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 10737.
Inżid ngħid li matul il-perjodu li qed jirreferi għalih l-Interpellant, ġie utilizzat biex isiru studji mill-esperti lokali u barranin dwar it-tafal u l-moviment tiegħu kemm fi
dry
u
wet
season
biex b’hekk seta’ jiġi osservat il-moviment tat-tafal u jiġi mħejji disinn li jilqa għall-isfidi kkaġunati mill-moviment tat-tafal.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm sar decking u railings ġodda fil-bajjiet f'Għawdex għas-sajf 2019 u f’liema bajjiet saru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min iżid li x-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex.
Attachments:PQ 10811 - Għawdex bajjiet decking u railings.pdf
Ministeru għal Għawdex — contract of service u contract for service
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtha mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna aktar produttiv.
Vapuri tal-Gozo Channel – livell ta’ emissjonijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10843, tista’ l-Ministru tgħid kif jipparaguna l-vapur MV Nikolaos mal-vapuri l-oħrajn tal-kumpanija Gozo Channel in kwantu emissjonijiet ta’ dħaħen fl-arja, issa li ġie spjegat li l-magni tal-vapur MV Nikolaos huma Caterpillar EURO V?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-International Air pollution prevention certification, il-vapuri kkonċernati ġew surveyed skont ir-regoli 5/6 – Annex V1 tal-International convention for the Prevention of Pollution from Ships u huma skont il-parametri tal-limiti tal-emissjonijiet kif speċifikati.
Il-magni ta’ MV Nikolaos ġew installati mill-ġdid matul l-2009, filwaqt li l-magni tal-vapuri l-oħra nbnew qabel is-sena 2000.
Għawdex, Għajnsielem– Triq l-Imġarr – problema ta’ sewqan eċċessiv
Question
Fid-dawl tal-inċidenti li seħħew fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem, Għawdex, tista’ l-Ministru tinforma lill-Parlament x'miżuri qed tieħu jew beħsiebu jieħu l-Gvern jew l-entitajiet tiegħu biex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv f'din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħadem ma’ Transport Malta fuq pjan komprensiv biex jitnaqqas il-periklu. Dan il-pjan diġà beda jiġi implimentat.
Postijiet tal-Gvern – xogħol ta’ rinnovar u manutenzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tlestew xogħlijiet ta’ rinnovar u manutenzjoni f’postijiet tal-Gvern? Liema huma l-binjiet? F’liema lokalitajiet? Kemm sewa l-proġett ta’ kull binja? Kemm-il familja bbenefikat f’kull binja?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema postijiet qed jirreferi. Dan peress li l-Ministeru għal Għawdex għandu diversi binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu.
Ministeru għal Għawdex — Konsulenzi minn ditta legali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Tista’ tgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Tista’ tgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex u l-entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, ma taw l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-kumpanija msemmija mill-1998 sa Marzu 2003.
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar it-Tender by Negotiated Procedure li nħarġet mill-Ministru għal Għawdex, MGOZ/MPU T 19/2018 (Tender by Negotiated Procedure for the Reconstruction and Resurfacing of Part of Triq l-Imġarr, Nadur, Gozo), liema tender ġiet awarded fl-aħħar ta' Lulju 2018? Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol abbinat ma’ din it-tender u fiex kienet tikkonsisti din it-tender?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess kollu tal-procurement ġie eżawrit u qed jiġi ffinalizzat il-kuntratt biex ikun jista’ jibda x-xogħol.
Bis-saħħa ta’ dan il-proġett, il-problemi ta’ din it-triq se jiġu indirizzati darba għal dejjem u n-Nadur u n-Nadurin se jgawdu minn investiment bla preċedent ta’ €8 miljun mingħand il-Ministeru għal Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq l-Għar ta’ Kalipso ġewwa x-Xagħra? Tista’ tgħid ukoll għalfejn dawn ix-xogħlijiet għadhom ma tlestewx u meta hi d-data li fiha din l-attrazzjoni turistika ser terġa tinfetaħ b’mod sħiħ għall-pubbliku?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex determinat li jagħmel dak kollu meħtieġ biex dan is-sit jiġi salvat.
Għalhekk, permezz ta’ ftehim ma’ Wirt Għawdex, qed isiru l-istudji meħtieġa biex tiġi ffinalizzata l-applikazzjoni mal-PA u jiġu miktuba u proċessati t-
tenders
għax-xogħol meħtieġ. Kull pass qed isir skont pariri esperti u tekniċi.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi beach cleaners li fis-sena 2019 kienu mitluba biex jagħmlul xogħol wara l-ħin f’Kemmuna, u li għadhom ma tħallsux għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid x’inhi r-raġuni li għadhom ma tħallsux?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda beach cleaner li ntalab jagħmel xogħol wara il-ħin f’Kemmuna. Għaldaqstant m’hemm ħadd li għandu jitħallas.
Ministeru għal Għawdex, MCAST, Malta Enterprise u Malta Industrial Parks – ftehim
Question
B’referenza għall-ftehim li sar dan l-aħħar bejn il-Ministeru għal Għawdex, l-MCAST, il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks, f’liema ftehim qed jingħad li se jiġi assigurat xogħol kordinat u sinerġija kompleta għal ħaddiema, Għawdxin li jkunu adattati għal ħtiġijiet futuri tas-suq, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim mitlub.