Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #15998 Sitting 365 2020-07-28 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vetturi leased

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm vetturi li huma leased mill-Ministeri u l-entitajiet Governattivi kollha u kemm hi l-ispiża?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, kien hemm 7 vetturi leased fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-ammont globali ta’ €7,522.
Leg 13 PQ #15841 Sitting 363 2020-07-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #15985 Sitting 363 2020-07-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabbiltà jaħdmu fis-servizz pubbliku u hemmx pjan li jiġu ingaġġati iktar?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15986 Sitting 363 2020-07-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li għaddew Medical Board u reġgħu bdew jaħdmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għaddew Medical Board mill-2013 sal-lum u kemm minnhom, jekk hemm, reġgħu bdew jaħdmu?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15982 Sitting 362 2020-07-21 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjoni Ġenerali – barranin li għandhom dritt għal vot

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn barranin li għandhom dritt jew ġabu d-dritt għall-vot fl-elezzjoni ġenerali sa mill-2017?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-ebda barrani m`għandu d-dritt li jivvota f’Elezzjoni Ġenerali.
Leg 13 PQ #16057 Sitting 361 2020-07-20 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fis-servizz pubbliku — salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15663 u 15591 u jgħid in-numru ta’ persuni fis-servizz pubbliku li huma impjegati skont l-iskala ta’ salarju tagħhom? Jista’ jgħid kemm jintefqu flus fuq kull skala ta’ salarju bħala total fis-sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif mitlub kif ġejt nformat, jinsab fil-lista hawn taħt: Skala ta' Salarju Salarju Bażiku għas-sena 2020 Numru ta' Persuni 1 €231,190.00 5 2 €1,027,848.00 24 3 €5,123,820.00 137 4 €20,311,133.00 587 5 €37,756,520.67 1,248 6 €46,800,910.91 1,641 7 €95,054,256.15 3,565 8 €63,324,951.33 2,665 9 €72,291,520.26 3,285 10 €83,416,720.36 3,438 11 €29,801,699.23 1,441 12 €52,764,693.12 2,815 13 €31,980,347.66 1,773 14 €39,861,577.76 2,372 15 €22,156,892.56 1,482 16 €21,526,472.26 1,459 17 €12,044,699.64 873 18 €4,148,598.00 340 19 €857,469.36 74 20 €1,743,158.16 166 Total €642,224,478.43 29,390
Leg 13 PQ #15759 Sitting 359 2020-07-15 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq komunikazzjoni lill-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15823 Sitting 359 2020-07-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — first aiders kwalifikati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15755 Sitting 357 2020-07-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13662 u 12264 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12089, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15756 Sitting 357 2020-07-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati li jaħdmu ma’ kuntratturi li jagħtu servizz lis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14467 u ċjoè: B'referenza ghall-interpellanza 13812 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-kuntratturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li jagħtu servizzi lill-entitajiet Governattivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat li mhux fil-kompitu tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.
Leg 13 PQ #15622 Sitting 355 2020-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Penali Amministrattivi u/jew sanzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka dawk l-entitajiet regolatorji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li skont il-liġi għandhom il-jedd li jimponi xi forma ta’ penali amministrattiva u/jew sanzjoni oħra? F’kull każ, u fejn hu applikabbli, jista’ jgħid x’inhu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta, ukoll f’każ ta’ penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità? F’kull każ jista’ jgħid jekk hemmx xi dritt ta’ kontestazzjoni quddiem xi qorti jew tribunal indipendenti kemm fuq punt ta’ dritt kif u jew ta’ fatt, u f’kull każ liema hi l-qorti jew tribunal kompetenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda entita regolatrija fi-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li skont il-liġi għandha l-jedd li timponi xi forma ta’penali amministrattiva u/jew sanzjoni oħra.
Leg 13 PQ #15623 Sitting 355 2020-07-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Penali Amministrattivi u/jew sanzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka dawk l-entitajiet regolatorji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li skont il-liġi f’kull istanza fejn dik l-entità tqis li hemm bżonn li tiġi imposta xi forma ta’ penali amministrattiva jew forma ta’ sanzjoni oħra fir-rigward ta’ xi liġi jew deċiżjoni li hi tamministra, trid f’kull każ tapplika lil xi qorti jew tribunal indipendenti għal ħruġ ta’ ordni biex allura tiġi imposta xi sanzjoni kemm jekk hijiex penali amministrattiva jew xi sanzjoni oħra?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab informat li ma hemm l-ebda entità regolatorja fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li għaliha tapplika dak li qed jirreferi l-Onor Interpellant.
Leg 13 PQ #15729 Sitting 354 2020-07-08 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15141, jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn kull kumpanija/individwu msemmi u jpoġġi rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15905 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju tas-Saħħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15648 u ċjoè: B’referenza għar-Rapport Annwali tal-Ombudsman 2019, il-Kummissarju tas-Saħħa jiġbed l-attenzjoni li hemm seba’ rakkomandazzjonijiet li qed jistennew li jiġu implimentati mill-Prim Ministru u/jew mill-Uffiċċju tiegħu, għaldaqstant jista’ l-Prim Ministru jgħid, għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Ombudsman qed jiġu injorati jew x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Gvern ma jinjorax rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u lanqas ta’ istituzzjonijiet oħra. Għall-kuntrarju ta’ dak li kien jiġri fil-passat, ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Ombudsman mhux talli ma jiġux injorati, iżda ta’ kull sena jingħata rendikont permezz ta’ publikazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li tagħti viżibiltà lill-pubbliku dwar kull rakkomandazzjoni implimentata u oħrajn fil-proċess. Fejn ma jkunx hemm qbil mar-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Ombudsman, tingħata wkoll raġuni għalfejn. Għat-tagħrif tal-Onor Interpellant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar rapport maħruġ li jagħti rendikont li qed insemmi hawn.
Leg 13 PQ #15906 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet pendenti għall-promozzjoni ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15649 u jgħid kemm hemm talbiet/applikazzjonijiet pendenti għall-promozzjoni minn ħaddiema fis-settur pubbliku? Kemm minn dawn it-talbiet huma pendent wara li l-applikanti għaddew mill-eżamijiet neċessarji biex tali promozzjoni tingħata? Kemm minn dawn it-talbiet huma ta’ nisa u kemm huma ta’ irġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab informat li l-applikazzjonijiet fis-Servizz Pubbliku jinfetħu fuq sejħiet li jiġu regolati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u jirriflettu vakanzi eżistenti u mhux talbiet tal-impjegati. Għaldaqstant m’hemmx talbiet pendenti.
Leg 13 PQ #15907 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fis-settur pubbliku – applikazzjonijiet għal transfers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15650 u jgħid kemm hemm talbiet/applikazzjonijiet pendenti għal transfer minn ħaddiema fis-settur pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat illi ċentralment ma hemmx applikazzjonijiet pendenti għal transfers fis-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #15342 Sitting 352 2020-07-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li ġew sospiżi, mkeċċija jew irriżenjaw miċ-Ċivil

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew sospiżi, kemm ġew imkeċċija u kemm irriżenjaw miċ-Ċivil tul is-snin 2017, 2018 u 2019? Jista’ jindika kemm kienu ta’ sess femminili u kemm maskili?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat li t-tagħrif mitlub, jinsab fit-tabella hawn taħt: 2017 2018 2019 Rġiel Nisa Total Rġiel Nisa Total Rġiel Nisa Total Sospiżi 13 1 14 16 2 18 11 2 13 Tkeċċew 3 0 3 3 0 3 2 0 2 Irriżenjaw 111 193 304 129 234 363 152 341 493 Total 127 194 321 148 236 384 165 343 508
Leg 13 PQ #15343 Sitting 352 2020-07-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – spiża fuq safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f’safar li sar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għas-snin 2017, 2018 u 2019 separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15694 Sitting 352 2020-07-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Visa lil studenti barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11461 u jgħid kemm-il student barrani nħarġitlu visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar 10 snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni? Mil-liema pajjiż ġew dawn l-istudenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.