Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 20340 u ċioe jgħid jekk jikkonsidrax li wasal iż-żmien li tinbidel il-policy biex il-gvern ma jibqax jabbuża minn min hu l-iktar vulnerabbli u kulmin hu intitolat għal xi mediċina li tkun out of stock din għandha jew tinxtralu mill-gvern jew inkella jingħata l-flus li jkun nefaq?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li l-familjari tagħha talbu biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule minħabba l-kura kontinwa li għandha bżonn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-każ imsemmi tressaq quddiem il-Bord ta’ Ammissjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule fit-22 t’Awissu 2010 wara li saret l-applikazzjoni fit-25 ta’ Mejju 2010. Il-każ ġie approvat bħala high priority. Fit-28 t’Awwissu ġie sottomess ċertifikat mediku mingħand il-psikjatra tal-persuna msemmija. Il-Bord reġa’ ra l-każ fl-24 ta’ Novembru 2010 u kkonferma li hu high priority għad-dħul ġewwa r-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul. B’hekk il-każ imsemmi tqiegħed fil-lista ta’ stennija tal-high priority.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li hija x-xewqa tal-famlija tiegħu li dan imur f'sala ferm aħjar milli qiegħed f'San Vinċenz de Paule għax qiegħed ibati psikoloġikament sew hu u sew il-famlija teigħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Fid-dawl tar-rapport li fir-Residenza San Vinċenz de Paule kien hemm tibdil f’kuntrattur li kien jipprovdi servizzi lill-isptar biex issa x-xogħol għadda għand kuntrattur ieħor li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi biex il-45 ħaddiem li kien hemm mal-kuntrattur eżistenti, jibqgħu fl-impjieg? Jista’ jagħti garanzija li dawk li se jibqgħu u dawk li l-kuntrattur il-ġdid jista’ jdaħħal fl-impjieg, ma jkunux imħallsa b’rati u kundizzjonijiet ekwivalenti għal prekarjetà?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Kuntratti għadu ma ppubblikax ir-riżultat tal-kuntrattur li rebaħ it-tender biex jipprovdi caring service. Iżda huwa l-obligu tal-kuntrattur il-ġdid li jżomm mar-Regolamenti u Leġiżlazzjoni tal-Impjieg.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22096 u jgħid kemm hawn hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex? Kemm swew flus biex inxtraw u ġew stallati l-hyperbaric chambers fl-istparijiet ta' Malta u Għawdex? Kemm fil-fatt tħarrġu persuni biex joperawhom? Min qed joperahom illum u kemm huwa n-numru ta' persuni/nies li iħaddmuhom?
Jista’ l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm fondi li l-Unjoni Ewropea ħallset biex ikkumpensat it-taħriġ tal-persuni biex iħaddmu l-hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta? Kemm mill-ispiża għax-xiri u l-istallazzjoni tal-hyperbaric chambers ġiet kumpensata mill-Unjoni Ewropea? Fuq bażi ta' sena kemm huma l-ispejjeż fixed, inkluż pagi, biex jitħaddmu l-hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex?
B'referenaza għall-hyperbaric chambers u esklużi l-ispejjeż fixed tagħhom, kemm tiġi tiswa “dive” ġo dawn ic-chambers, għal għaxra min-nies, f’fond ta’ sitt metri jekk jużaw ossignu pur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm żewġ hyperbaric chambers. L-ispiża biex inxtraw u ġew stallati dawn il- hyperbaric chambers kienet € 1,547,646.06 (eskluż 18% VAT).
It-taħriġ meħtieġ biex jiġu operati il-magni ingħata lill-impjegati kollha tal-
Hyperbaric Unit
tal-Isptar Mater Dei mill-istess kumpanija li forniet il-magni, bħala parti mill-proċess ta’ commissioning taċ-chambers ġodda. Dawn il-magni qegħdin jiġu mħaddma minn impjegati full-time tal-Isptar Mater Dei. Dan l-istaff jikkonsisti f’żewġ medical officers, tliet technicians, żewġ staff nurses u enrolled nurse.
Ma kienx hemm bżonn u ma ħarġu ebda fondi mill-Unjoni Ewropeja għat-taħriġ tal-persuni li kienu ser iħaddmu l-
hyperbaric chambers
.
Ix-xiri u l-istallazzjoni tal-
hyperbaric chambers
ma kienux finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropeja.
L-ispejjeż biex jitħaddmu l-
hperbaric chambers
tal-Isptar Mater Dei fuq bażi ta’ sena jammontaw għal €368,000.
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar
dive
ġol-
hyperbaric chambers
ma tistax tingħata għaliex hija domanda ipotetika li ma għandha l-ebda relevenza għall-użu taċ-
chambers
biex jiġu ttrattati
divers
u pazjenti.
Dwar il-
hyperbaric chambers
fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jwieġeb 22045 u jgħid kemm hemm fiżjoterapisti b'post permanenti full-time fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnhom ikunu fl-on call duty roster? Minn dawk li mhumiex, x'inhi r-raġuni f'kull każ? Hemm il-ħsieb li dawn tal-aħħar fejn hu possibbli jibdew ukoll ikunu fl-on call duty roster?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fid-Dipartiment tas-Saħħa hemm 170 fiżjoterapista b’post permanenti full-time. Minnhom hemm 28 fiżjoterapista li jagħmlu l-on call duty roster. Fiżjoterapisti li huma tqal, dawk li qegħdin bir-reduced hours, jew fuq probation period m’humiex fil-lista ta’ l-on call duty roster. Bħalissa hemm 36 fiżjoterapista li qed jiġu mħarrġa biex ikunu fuq l-on call duty roster.
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fir-rigward tad-direttiva tal-Kummissjoni Ewropea COM 2008/414 dwar Patient Rights in Cross Border Health Care?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ewwel abbozz tad-Direttiva proposta nħarġet mill-Kummissjoni f’Ġunju tal-2008. Saru bosta diskussjonijiet fuq livell ta’ kunsill taħt il-Presidenza Franċiża, Ċeka, Svediża u Spanjola. Il-Kunsilll inkarigat mill-Impjiegi, Politka Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumaturi laħaq ftehim politiku fuq l-abbozz tad-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa trans-konfinali, abbażi ta’ kompromess ta’ proposta mill-Presidenza Spanjola fis-sessjoni ta’ Ġunju 2010.
Minn Ġunju ‘l hawn, l-abbozz addottat ġie sottopost għal analiżi mill-Parlament Ewropew. Tlesta l-ewwel qari u bħalissa għaddejjin negozzjati bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Presidenza (trijalogi).
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ripetutament pazjenti li jkollhom jirritornaw għal sessjoni oħra ta' fiżjoterapija fl-Isptar Karen Grech, isibu li ma jkunx ġie organizzat trasport għal dan il-għan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li għal kull pazjent li jikwalifika għat-trasport tal-isptar biex jattendi għal sessjoni ta fiżjoterapija, jsiru arranġamenti mill-fiżjoterapisti rispettivi mat-Transport Section tal-isptar, sabiex jiġi provdut trasport lejn l-isptar u lura lejn id-dar.
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi d-dettalji tal-każ, biex dan ikun jista’ jiġi nvestigat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent fid-Dar tal-Anzjani fil-Furjana kellhom gastro enteritis fl-aħħar jiem? Kemm minnhom kellhom bżonn jintbagħtu l-isptar? Xi prekawzjonijiet qed jittieħdu mill-istaff? Saru testijiet fuq kampjuni tal-ikel provdut? Kien hemm staff li kellhom ukoll din l-infezzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta' residenti fid-Dar tal-Anzjani fil-Furjana li kellhom gastro enteritis kienu erbgħa (4). Ħadd minnhom ma kellu bżonn jintbgħat\tintbgħat l-isptar. Il-prekawzzjonijiet li ttieħdu mill-istaff huma dawn:
(i) l-istess erba’ anzjani nżammu fil-kamra tagħhom biex jiġi evitat
cross infection
; (ii) l-istess erbgħa anzjani ġew imġiegħela li jaħslu jdejhom wara kull darba li jużaw il-
bathroom
kif ukoll qabel kull darba li jieklu xi ħaġa; (iii) l-istess erba’ anzjani nżammu fuq
very light diet
u
dairy free diet
; u (iv) l-erba’ anzjani ġew ipprovduti bil-kura neċessarja mit-tobba u l-professjonisti l-oħra tas-saħħa.
Ma saru ebda testijiet fuq kampjuni tal-ikel provdut minħabba li t-tabib tal-Floriana
Health Centre
ikkonferma li din kienet
viral infection
u mhux
food poisoning
. Ma kienx hemm staff li kellhom ukoll din l-infezzjoni ta`
gastro enteritis
pero’ kien hemm biss żewġ impjegati li kellhom
gastric flu.
Sptar Mater Dei — stallazzjoni ta' pannelli fotovoltaiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jiġu stallati pannelli fotovoltaiċi fl-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li permezz ta’ proġett immexxi mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, ġew identifikati soqfa addattati fl-Isptar Mater Dei fejn jistgħu jkunu stallati panelli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani li kienu abbonati mas-servizz meals on wheels fis-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u sa Settembru 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ persuni abbonati mas-servizz tal-Meals on Wheels matul il-perjodu indikat huwa kif ġej :-
Sena
Numru ta’ Abbonati
2005
1437
2006
1200
2007
1358
2008
1049
2009
1074
2010
1470
(sal-15 ta’ Novembru)
Tajjeb wieħed isostni li kemm ilu jiġi ppreparat l-ikel fil-kċina tal-isptar San Vincenz de Paule, it-talba għal dan is-servizz bdiet tiżdied.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex il-budget u l-flus dedikati għas-servizz meals on wheels ġew imnaqqsa għal matul is-sena 2011? Kemm fil-fatt ġew imnaqqsa u kif se jatfettwa s-servizz tal-meals on wheels dan it-tnaqqis fil-budget?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tinghata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx anzjani fil-waiting list biex jidħlu fis-servizz tal-meals on wheels? Kemm hemm anzjani li qed jieħdu dan is-servizz u kemm huwa proġettat li jiżdiedu l-anzjani li qed jieħdu dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sal-15 ta’ Novembru 2010 kien hemm 51 persuna fuq il-waiting list biex jibdew jibbenefikaw mis-servizz Meals on Wheels.
In-numru ta’ persuni li jibbenefikaw minn dan is-servizz ivarja minn jum għall-ieħor minħabba li mhux kull abbonat jitlob servizz regolari. Madankollu jista’ jingħad li fil-preżent hemm madwar 300 persuna li jibbenefikaw mis-servizz kuljum.
In-numru ta’ persuni li qed jitolbu s-servizz qiegħed jiżdied kif juru l-figuri ta’ abbonati kif indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21582. Dan is-servizz jiġi offrut lil persuni li għalqu s-sittin sena jew li għandhomi bżonnijiet speċjali.
Ta’ min wieħed jerġa' jsostni li sa minn meta l-Meals on Wheels beda jiġi msajjar u preparat fil-kċina tal-Isptar San Vinċenz de Paule, mill-istaff tal-kċina ta’ dan l-isptar, din id-domanda għall-Meals on Wheels qiegħda dejjem tiżdied.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19767, jista' l-Ministru jara li tiġi mogħtija l-għajnuna lill-pazjent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu bżonn operazzjoni għax is-sitwazzjoni qed tbiddel il-ħajja tiegħu drastikament u qed toħloqlu tbatija fiżika u psikoloġika?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li nbeda l-proċesss tal-ħruġ ta’ kuntratt permezz tad-Diviżjonii tal-Kuntratti sabiex jinxtara l-uncemented total hip replacement prosthesis li jkun hemm bżonn f’dan it-tip ta’ pazjent. L-operazzjoni fuq dan il-pazjent tkun tista’ ssir jekk il-kundiizzjoni medika tal-pazjent tkun tippeprmetti.
Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — Membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Att dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kapitlu 424, Artiklu 3 ma japplikax għall-Membri tal-Korp tal-Pulizija, meta l-istess proviso tal-istess Artiklu 3 jgħid, li "rigward saħħa u sigurtà fil-każ ta’ Membri tas-Servizzi Pubbliċi hawn aktar qabel imsemmija, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema għandha tiġi żgurata sakemm dan ikun raġonevolment possibbli fil-qies tal-iskop ġenerali ta’ dawk is-servizzi"?
Jista' l-Ministru jgħid jekk permezz ta’ dan il-proviso il-Membri tal-Korp tal-Pulizija u oħrajn humiex koperti xorta?
Jaqbel il-Ministru li, sabiex ma jkun hemm l-ebda dubju dwar dan, għandu jsir dak it-tibdil neċessarju fil-liġi biex dawn il-ħaddiema partikolari jkunu ukoll speċifikament koperti dwar is-saħħa u s-sigurta’ tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li Artiklu 3 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kap 424, jispeċifika li l-Att ma japplikax fil-każ ta’ dawk l-attivitajiet immexxijja mill-membri tal-forzi armati, tal-korp tal-pulizija jew tas-servizzi tal-protezzjoni ċivili. L-istess artiklu iżda jispeċifika li fil-każ tas-servizzi pubbliċi iktar qabel imsemmija, is-saħħa u s-sigurta tal-ħaddiema għandha tiġi żgurata sakemm dan ikun raġonevolment possibbli fil-qies tal-iskop ġenerali ta’ dawk is-servizzi. Dan ifisser li, waqt li ma jistgħux ikunu applikati d-diversi provvedimenti tal-Att, tibqa r-responsabbilta tal-korpi nfushom li tkun żgurata s-saħħa u s-sigurta tal-membri ta’ dawn il-korpi.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Xogħlijiet fid-Dipartimenti u Uffiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — survey fuq kwalità tal-ikel tal-canteen
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tas-survey li sar fost l-impjegati tal-Isptar Mater Dei dwar il-kwalità tal-ikel fil-canteen tal-istaff tal-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19569 u jgħid kemm kellu bżonn iktar ħaddiema f'Awwissu 2010 biex l-istaff tal-isptar jiġi bil-full complement? Jista' jgħid kemm ikollu bżonn iktar budget biex ikun jista' jħallas lil dawn il-ħaddiema għax-xogħol tagħhom? Jista' jgħid dawn il-ħaddiema f'liema kategorija huma? Jista' jgħid meta hu ppjanat li dan il-full complement jintlaħaq u kif?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-reklutaġġ fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità jsir skont l-Eżerċizzju tal-Capacity Building li jkun ikkoordinat mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment flimkien mal-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) fi ħdan l-Uffiċċju għall-Prim Ministru. Fil-Capacity Building attwali huwa approvat li jsir reklutaġġ ta’ 416 persuna ġdida, li jinsabu fi gradi ta’ diversi kategoriji, kif ukoll għal numru ta’ sejħiet interni li għaldaqstant isarrfu fi promozzjonijiet ta’ staff eżistenti fis-Servizz Pubbliku.
Il-budget allokat għar-reklutaġġ ta’ dawn il-persuni ġodda kif ukoll għat-twettiq tal-promozzjonijiet hawn fuq imsemmija huwa ta’ €13,660,810 għas-sena 2011.
Il-proċess biex jinħarġu s-sejħiet kollha approvati fil-Capacity Building għaldaqstant inbeda, u fil-fatt diġà nħarġu diversi sejħiet. L-ingaġġ isir skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku u l-prijoritajiet tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fiżjoterapisti b'post permanenti full-time fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnhom ikunu fl-on call duty roster? Minn dawk li mhumiex, x'inhi r-raġuni f'kull każ? Hemm il-ħsieb li dawn tal-aħħar fejn hu possibbli jibdew ukoll ikunu fl-on call duty roster?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Klinika St. James Żabbar — rapporti dwar mebrijuni mejta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il embrijun mejjet sar rapport dwaru mill-Klinika St. James Żabbar sena b'sena f'dawn l-aħħar 20 sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet li jinżamm mid-Dipartiment tal-Informazzjoni dwar is-Saħħa u Riċerka jiġbor informazzjoni miċ-ċertifikati tal-mewt. Ċertifikat tal-mewt jinħareg biss għal feti 'l fuq minn 500g u/jew dawk li jaqbzu it-22 ġimgħa ta’ tqala. It-terminoloġija embrijun tirreferi għall-perjodu bikri tat-tqala mill-konċepiment sat-tmiem it-tmien ġimgħa. Għaldaqstant m’hemm l-ebda obbligu biex informazzjoni dwar dawn l-embrijuni tintbagħat lid-Dipartiment imsemmi hawn fuq.