Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġnejna li hemm wara l-Blokk 9 u 10 fi Triq il-Ġnien, Ħal Qormi u li hija proprjetà tal-gvern, qed titħalla fi stat ta' abbandun bil-konsegwenza li qed jinxteħet ħmieġ u żibel ieħor u siġar li kibru żżejjed għad-dannu ta' kulmin joqgħod fl-akkwata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Kuntratti lill-kumpanija Lighthouse and Ashley Consortium
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt ingħataw kuntratti lill-kumpanija Lighthouse and Ashley Consortium? Jekk iva, jista' jgħid kemm kienu l-ammonti ta' dawn il-kuntratti u meta ngħataw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Siġġiewi — Triq Mons Mikiel Azzopardi - arblu tad-dawl perikoluż
Question
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-problema tal-arblu li hemm fi Triq Mons Mikiel Azzopardi, s-Siġġiewi li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jinsab f’kantuniera perikoluża fejn anke qed iseħħu numru ta’ inċidenti tat-traffiku filwaqt li hemm ħafna wires tad-dawl li huma mqabbdin miegħu li jistgħu jkunu miġbuda fuq il-proprjetà tar-residenti mill-vetturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan huwa arblu tal-injam u ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta. M’hemm l-ebda wires tad-dawl tal-Enemalta mqabbdin mal-arblu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29419 u jgħid kemm hu n-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta fis-snin 2005 - 2010, kull sena separatament? Kemm ġarret passiġġieri matul din is-sena sal-lum? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar il-merkanzija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta hija entita kummerċjali u għaldaqstant ma tipubblikax informazzjoni lil hinn min dik norrmalment mistennija minn entita kummerċjali. L-informazzjoni rikjesta tinsab fir-rapporti annwali tal-kumpannija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27694 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara x-shares li kellha tagħti l-Maltacom lis-Sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qabel kien jirċevihom regolari u issa mhux jirċievihom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-individwu msemmi ma jidhirx fir-“records” tal-Malta Stock Exchange miżmumin fis-Central Securities Depository.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħallas l-Arms Ltd f'kirja tal-proprjetà l-ġdida, f'Gattard House? Jista' jgħid jekk tali kirja ssirx mingħand il-privat u jekk huwa l-każ, min hu sid il-proprjetà?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kirja tal-proprjetà l-ġdida f’Gattard House hija ta’ €78,757 fis-sena. Tali kirja ssir mingħand il-gvern.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' mara separata li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li kulma għandha dħul huwa €353 u €30 fix-xahar u wara li kienet ilha ma tirċievi kont tad-dawl u l-ilma xhur, issa ġie kont ta' €1,033 u hija ma tistax tħallas dan il-kont f'daqqa? Din għandha vouchers ta' xi €210 u hemm xi vouchers minnhom li skadew?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qed jirċievi t-taxxa fuq il-mara tiegħu u jixtieq li tiġi regolata mid-Dipartiment tat-Taxxi biex din tibda tiġi fuqu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlet kuntatt mal-persuna indikata biex il-pożizzjoni tiegħu tiġi regolata.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dwar din il-materja ma kienx hemm għalfejn issir mistoqsija fil-parlament. Kien ikun biżżejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta.
Fit-12 ta' Ottubru kemm il-Eurostat u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblikaw l-index of industrial production għal Awwissu 2011, iżda filwaqt li l-indiċi tal-National Statistics Office qed juri tnaqqis ta' 0.6% fuq Awwissu tal-2010, dak tal-Eurostat juri tnaqqis għal Malta ta' 2.2%? L-indiċi industrijali, eskluż il-qasam tal-kostruzzjoni, li ppubblikat il-Eurostat naqas b'1.8% u l-istqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tgħid: "The NSO has adopted methodologies and guidelines devised by Eurostat, the EU statistical body, and the International Monetary Fund (IMF)." , fid-dawl ta' din l-istqarrija, jista' l-Ministru jgħid kif jista' jispjega din id-diskrepanza?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-indiċi working-day u seasonal huma maħdumin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u mhux mill-Eurostat. Mis-sena d-dieħla hemm il-ħsieb li jiġu ppubblikati indiċi working-day u seasonally adjusted minflok l-unadjusted.
Fir-rigward tad-dejn li għandhom l-entitajiet pubbliċi u li għalihom jagħmel tajjeb il-Gvern, jista' l-Ministru jagħti sena b'sena kif dan id-dejn akkumula mis-sena 2000 'l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Fiera Intrapriża Malta — nies mistednin għar-riċeviment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mistednin nies għar-riċeviment li sar fl-okkażjoni tal-Fiera Intrapriża Malta għall-intrapriżi ż-żgħar fil-Malta Fairs and Convention Centre? Kemm ġie jiswa r-riċeviment kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li għar-riċeviment waqt l-attivita Intrapriża Malta kien hemm madwar 700 persuna li attendew. L-istima għal dan ir-riċeviment hija ta €7,000.
B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 28498 dwar dependency ratio f’Malta u Għawdex separatament, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien kull sena n-numru ta’ nies li kellhom:
a) inqas minn 15-il sena;
b) 65 sena jew aktar; u
ċ) bejn 15 u 65 sena
f’Malta u Għawdex separatament fl-2009 u fl-2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Life Sciences Park — kuntratturi li tefgħu l-offerti
Question
B'referenza għall-proġett tal-Life Sciences Park, jista' l-Ministru jgħid:
a) min kienu l-kuntratturi li tefgħu l-offerti, min ġie magħżul u x'inhu l-valur fil-kuntratt; u
b) min huma l-kuntratturi tal-bini li tefgħu offerta, min ġie magħżul u x'inhu l-valur tal-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li fir-rigward tas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet ‘Demolition and Excavation’, li ġiet ippubblikata f’Jannar 2011, tmien (8) offerti ġew milqugħa. Il-kuntrattur LSC JV ġie mgħoti il-kuntratt għall-valur ta’ €1,193,592. Kuntratturi oħra li tefgħu l-offerta tagħhom, u li ġew ippubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti Pubbliċi kienu:
· R Scicluna Ltd.
· Bonnici Bros Ltd.
· C&F Building Contr.
· Denfar Exc. Ltd
· Sides Trenching Ltd.
· Ballut Blocks Services Ltd.
· Asphaltar Ltd.
· LSC JV
It-
tender
Construction, M&E, Finishing and Landscaping għadu ma ġiex ippubblikat.
benefiċċju għal persuni li xtraw vettura elettrika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li din is-sena s'issa bbenefikaw minn sussidju sa €5,000 permezz tal-iskema għall-persuni li jixtru vettura elettrika u għall-istallazzjoni ta’ grid-connected renewable energy sources?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mir-riżorsi.
programm Gateway to Export — kumpaniji li bbenefikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpaniji li matul din is-sena bbenefikaw mill-programm Gateway to Export u kemm kienet l-ispiża minfuqa s'issa fuq dan il-programm?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sal-lum 18-il kumpanija ibbenefikaw mill-ewwel fażi tal-proġett ‘Export Preparedness Report’, filwaqt li 21 kumpanija qed jieħdu taħriġ dwar kif tesporta, u li hija t-tieni fażi tal-proġett. Is-somma minfuqa s’issa hija ta’ madwar €13,600.
Quality Improvement Programme — kumpaniji li bbenefikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpaniji li matul din is-sena bbenefikaw mill-programm Quality Improvement Programme u kemm kienet l-ispiża minfuqa s'issa fuq dan il-programm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpelant illi l-benefiċċi tal-Quality Improvement Programme huma abbażi ta’ krediti ta’ taxxa u għalhekk il-benefiċjajri jistgħu jibdew jitolbu lura l-ispejjeż tagħhom ta’ din is-sena fil- prospett tat-taxxa tas-sena 2012.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpaniji jew l-individwi li din is-sena bbenefikaw mit-tnaqqis ta’ 150% fit-taxxa, sa massimu ta’ €10,000 talli investew biex itejbu l-kwalità tal-prodott jew is-servizz li jipprovdu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhux possibbli tweġiba għalissa għal din il-mistoqsija minħabba li l-miżura li qed jirreferi għaliha tapplika mis-sena ta’ stima 2012. Għalhekk il-formoli tat-taxxa rilevanti, li fuqhom trid tinbena l-eventwali tweġiba, għadhom mhumiex dovuti u għadhom lanqas biss intbagħtu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.