Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi bil-Y-plates – Operaturi li għandhom inqas minn ħames vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jagħti serħan il-moħħ lill-operaturi bil-liċenzja għal servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar (Y-plates), li operaturi li għandhom inqas minn ħames vetturi mhux se jerġa' jidħol l-obbligu għal Public Service Garage aktar tard matul din is-sena, u li l-avviż legali preżenti ser jibqa' fis-seħħ u ċjoè li l-Public Service Garage jkun obbligat biss għall-operaturi kbar b'ħames vetturi jew aktar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-provvedimenti tal-avviż legali jniedu li l-operaturi għal servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’ vetturi zgħar (Y-plates) għandhom jaraw li l-faċilità fejn jiġu ggaraxxjati dawn it-tip ta’ vetturi hija koperta bil-permessi rilevanti tal-awtorità tal-ippjanar. Fil-każ tal-operaturi li għandhom 5 vetturi jew aktar, għandhom jipprovdu kopja tal-permess ta’ żvilupp relattiv li japprova l-użu tal-faċilità tal-iggaraxxjar.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates – Operaturi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13187, jista' l-Ministru jaġġorna l-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ u jagħti din l-informazzjoni aġġornata sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’kull każ jgħid ma’ liema Liċenzja ta’ Operatur (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) huma reġistrati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-vetturi fil-lista mmarkati bil-kulur ġriż, huma vetturi ggaraxxjati jew bil-liċenzja taċ-cirkulazzjoni skaduta minn qabel id-dħul fis-seħħ tal-legislazzjoni sussidjarja 499.68.

Applikazzjoni ta' un/loading

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18754, jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni ta' un/loading li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għadhiex pendenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bi ftehim mal-applikant, Transport Malta approvat l-imsemmija un/loading bay u ser tkun qed tiġi implimentata.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W98.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħolijiet Pubbliċi u li għandhom terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħhas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ċerti infrastrutturi 25/03/2024 Direttiva (UE) 2023/946 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/25/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ rekwiżiti mtejba tal-istabbiltà u l-allinjament ta’ dik id-Direttiva mar-rekwiżiti tal-istabbiltà definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali 05/12/2024 Dawn id-Direttivi kollha għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom kollha pendenti.

Transport Malta — Cyber-attack fuq is-servers - Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li saret fuq is-cyber-attack li kien ġie rappurtat li sar fuq is-servers ta' Transport Malta f'Ottubru 2020? Jista' jgħid ukoll kienx ġie determinat jekk intilfitx jew insterqitx data jew le f'dan l-attakk?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

NSDF – Transferable Loan Note Instrument – Kumpanija ivoluta

Question

B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Rabat, Malta – Bus stop 6361

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jsir stage li jkun fih bank u lqugħ mill-elementi fejn bus stop 6361 fir-Rabat, Malta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Baħrija – Triq is-Sajf ta’ San Martin — Mera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se teħel mera li kienet tneħħiet sitt xhur ilu u ma reġgħetx saret fejn bus stop Bajdar, fi Triq is-Sajf ta' San Martin, il-Baħrija?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mera msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari ser tkun qed titwaħħal.

Il-Baħrija – Sinjali ta’ direzzjoni fil-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jerġgħu jsiru s-sinjali ta' direzzjoni li kienu jindikaw direzzjonijiet diversi li kien hemm fil-Pjazza tal-Baħrija qabel ma tmur il-bandli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Personalized disabled reserved parkings

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex permessibbli li jsiru żewġ personalized disabled reserved parkings maġenb xulxin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma teżisti l-ebda regola kontra li jsiru parkeġġi personaliżżati ħdejn xulxin u dan għas-sempliċi raġuni li parkeġġ riservat personaliżżat isir għall-persuni li jew ikunu Habitual Wheelchair Users jew li għandhom Uncontrolable Behaviour u allura jkun importanti li l-parkeġġ ikun viċin kemm jista’ jkun tar-residenza.

Is-Siġġiewi — Triq il-Girgenti - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol fi Triq il-Girgenti (bejn Triq ta’ Djar il-Baqar u Triq Ta’ Għajn il-Kbira / Triq Ta’ Lawrenti) li ilu sejjer madwar 8 xhur?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjiegħ mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin. Ezatt wara tibda t-tieni fażi ta’ xogħlijiet li jkopri xogħol ta’ rikonstruzzjoni tat-triq.

Is-Siġġiewi – xogħol infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol infrastrutturali ta’ toroq hu ppjanat li jsir fit-toroq tas-Siġġiewi, u għal kull xogħol jindika meta ser jibda u jitlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pjan ta’ Ħidma mal-Kunsilli Lokali, l-kunsill tas-Siggiewi talab it-toroq segwenti; P/o Triq Santa Margerita, P/o Triq Pawlu VI., Triq L-Imdina, Triq Annabelle Vassallo, Triq Imqabba, Triq Il-Knisja Qadima, Girgenti Junction, Triq Blat Il-Qamar, Triq l-Ghid, Triq Tabib Nikola Zammit, Triq Il-Muza, Triq Salvu Borg Olivier u P/o Triq Zernieq. Għaldaqstant Infrastruttura Malta skattat il-proċess ta’ koordinazzjoni mall-entitajiet varji, liema proċess ta’ konsultazzjoni jibqa għaddej u fejn jkun hemm bżonn jiġi mġedded minn żmien għal żmien, sa ma tinbeda it-triq partikolari. Infrastruttura Malta se tkun qed tibda xogħolijiet ta’ dawn it-toroq minn din is-sena, 2024, b’mod susseggwenti sabiex tillimita l-inkonvenjent f’kull lokalità. Meta dawn joqorbu it tlestija, Infrastruttura Malta terġa tniedi proċess ta’ konstultazzjoni mall-kunsill rispettiv għal xogħlijet oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħolijiet Pubbliċi u li għandhom terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 huma s-segwenti: · Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ċerti infrastrutturi · Direttiva (UE) 2023/946 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/25/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ rekwiżiti mtejba tal-istabbiltà u l-allinjament ta’ dik id-Direttiva mar-rekwiżiti tal-istabbiltà definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali Dawn id-Direttivi jinstabu fil-proċess ta’ traspożizzjoni.

Birżebbuġa – Traffic Management

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18214 u jippreżenta pjanta tat-traffic management għall-inħawi wara li jkun tlesta l-proġett ta’ żvilupp residenzjali bi tliet sulari taħt il-livell tat-triq għal parkeġġi b'aċċess għal karozzi minn Triq Għar Dalam, Triq Bourlemaque u Triq F.M. Ferretti fil-Qajjenza, Birżebbuġa (PA/02901/16) u jikkonferma li toroq illi ġew imkissra jew imneħħija waqt il-proġett u li kienu jagħtu aċċess lill-pubbliku ġenerali u għall-proprjetajiet privati ta' terzi ser jerġgħu jiġu mibnija u aċċessibbli, min ser iħallas għal dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-proġett imsemmi ma jidhirx li ser ikun hemm pjan ta’ tibdil fit-traffic management. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, il-Gvern u l-Kunsill Lokali jkunu responsabbli minn dawk it-toroq jew passaġġi li huma skemati skont il-Pjan Lokali tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Bord tal-Inġiniera – Applikazzjonijiet għal warrant

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18213 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal warrant li għadhom pendenti quddiem il-Bord tal-Inġiniera?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess fuq 98 applikazzjoni .

San Pawl il-Baħar – Applikazzjoni għall-bini mill-ġdid ta’ moll

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18374 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17676, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fir-rigward tal-applikazzjoni PA/03759/19 Site at Ghajn Razul, San Pawl il-Bahar (Veċċja, Xemxija) – Proposed re-construction of pier? Jista' jgħid ukoll meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol imsemmi jirrikjedi li jsiru ‘cores’ fuq is-sit sabiex jiġi determinat fejn jinstab il-blat sod biex tibni fuqu.

Il-Marsa — Triq il-Marsa bejn il-Korsa tal-Golf u l-Għammieri - Periklu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18371, peress li jidher li ż-żbir ta' dawn is-siġar fi Triq il-Marsa bejn il-Korsa tal-Golf u l-Għammieri waqaf, wisq probabbli minħabba l-maltemp, jista' l-Ministru jara li dan jitkompla u l-periklu jitneħħa għal kollox?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ser jitkompla fil-jiem li ġejjin.