Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex matul is-sena 2009 tinbena xi istituzzjoni ħalli dawk ż-żgħażagħ, tfal, irġiel u nisa, li għandhom bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jmorru jgħixu f'din l-istituzzjoni jekk il-ġenituri tagħhom jew il-carers jiġu neqsin? Jekk m'għandux pjanijiet għall-2009, jista' jiddikjara l-politika tal-gvern preżenti fuq dan is-suġġett?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Aġenzija SAPPORT min żmien għal żmien tiftaħ residenzi żgħar fil-Komunita’ għal persuni b’diżabilita’ dejjem skond ir-riżorzi finanzjarji disponibbli. Mhiex politka tal-gvern li jinfetħu istituzzjonijiet kbar għal dawn il-persuni. Tajjeb li wieħed issemmi li mindu twaqqfet l-Aġenzija SAPPORT fl-2001 infetħu residenzi ġewwa l-Fgura, Ħal-Kirkop, Mtarfa u il-Kumpless Vajrita f’Marscala bi 12 il-appartament. Bħalissa qed isir programm ta’ transizzjoni ta’ 6 klijenti biex jidħlu fir-residenza ġdida ġewwa Bormla. Fl-istess waqt qed isir eserċizzju ta’ reklutaġġ għal ħaddiema biex dawn il-peruni jkunu jistgħu jidħlu f’din ir-residenza. Barra min hekk l-Aġenzija SAPPORT tamministra ftehim bejn dan il-Ministeru, il-Ministeru għal Għawdex u l-Fondazzjoni Arka li permezz tiegħu 6 persuni jgħixu ġewwa Dar Arka, Għajnsielem Għawdex b’mod permanenti, kif ukoll ftehim ieħor bejn dan il-Ministeru u l-Kurja li permezz teigħu 7 persuni oħra qed jgħixu ġewwa Dar Pirotta, B’Kara.
Gwardamangia — Sptar Karen Grech - Fjuri u xemgħa quddiem il-bust
Question
Jista' l-Ministru jivverifika jekk ħarġitx xi policy ġdida biex xemgħa u fjuri ma jitħallewx jitpoġġew quddiem bust tal-mibkija Karen Grech fl-Isptar Karen Grech fi Gwardamangia? Dan qed nistaqsih wara li kien hemm min inżamm milli jagħmel dan.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma ħarġet l-ebda policy biex ma jitħallewx jitpoġġew xemgħa u fjuri quddiem il-bust ta' Karen Grech fl-iSptar Karen Grech.
Pilloli Statins — pażjenti intitolati għal dan it-trattament
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huwa intitolat għall-pilloli Statins? Jista' jispjega l-fatt għaliex pazjenti li jkollhom ix-xaħam fid-demm għoli xorta ma jkunux intitolati għal dan it-trattament jekk ma jkollhomx kundizzjoni f'qalbhom ukoll? Huwa minnu dan il-fatt jew le?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li biex pazjenti jkunu intitolati għal Statins iridu jkunu eligibbli għal kartuna safra jew roża. Statins huma klassi ta’ mediċina li l-indikazzjoni tagħha hija il-Hyperchoesterolaemia jew kif inhi magħrufa wkoll ix-xaħam jew cholesterol għoli fid-demm. Dawn il-mediċini jinsabu fil-formularju pero jingħataw taħt protokolli speċifiċi. Dan il-protokoll jispeċifika eżatt x’għandu jkollu pazjent biex ikun intitolat għal din il-mediċina. F’dan il-każ it –trattament jingħata lill-pazjenti kollha irripettivament miż-żmien li għandhom meta jkun hemm dawn il-kriterji:
1. Irripespettivament mill-livell ta’ cholesterol LDL ma’
a. Ischaemic heart disease dokumentat wara
i.) acute myocardial infarction
(IHD
) jew
ii) percutaneous coronary intervention jew
iii) coronary artery bypass
b. familial (type 2) hypercholesterolaemia
2. Livell ta’ LDL Cholesterol ta’ 4.1mm/L jew aktar ma’:
a.
Ischaemic heart disease
dokumentat li mhux inkluz f’punt 1 hawn fuq
b. Diabete
(Diabetes Mellitus)
3. Livell ta’ LDL Cholesterol ta’4.1 jew aktar imma ma tnejn jew aktar minn dawn ir-
risk factors
:
c. pressjoni gholja – persistenti il-fuq minn 160/95mmHg
d. storja ta’ IHD ( fi qraba ta’ l-ewwel grad li ghandhom il-fuq minn 50 sena)
e. cerebral/peripheral vascular disease
f. obesita (BMI il-fuq minn 35%)
Għalhekk bil-protokoll eżistenti huwa possibli li pazjenti li jkollhom ix-xaħam jew cholesterol fid-demm ma jkunux intitolati għal dan it-trattament jekk ma jaqawx taħt kriterji jew fatturi oħra inkluż mard tal-qalb. Ta’ min wieħed jgħid li kemm il-formularju kif ukoll il-protokolli huma stabbiliti u jinsabu fis-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jelenka min huwa intitolat għall-Aredia Infusion 120mg? Kemm-il darba dawn il-persuni jistgħu jieħdu dan it-trattament b'xejn? F'liema kundizzjoni jintalbu jixruh? Kemm jiswa dan it-trattament? Kull kemm trid tieħdu? Kemm kien hemm pażjenti li ħaduh b'xejn mill-isptar matul is-sena 2008? Kemm-il darba ħaduh l-istess pażjenti?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li Aredia huwa isem ta’ ditta ta’ mediċinali Disodium Pamidronate. Dan id-Disodium Pamidronate jaħdem billi jnaqqas ir-rata ta’ turnover tal-għadam fil-ġisem u jeżisti f’diversi forom u dożi. Disodium Pamidronate m’huwiex fuq il-formularju farmaċewtiku tal-gvern u Aredia Infusion 120mg m’huwiex provdut b’xejn lill-pazjenti. Il-Gvern pero jipprovdi Disodium Pamidronate bħalha Aredia 15mg injection lil pazjenti li huma intitolati għaliha. Dan l-intitolament huwa idditerminat minn protokoll li jispeċifika il-kundizzjonijiet kliniċi li wieħed/waħda irid ikollu/ha. Dawn il-kondizzjonijiet huma:
• Paget’s Disease
•
Pazjenti tal-onkologija b’:
i. Malignant hypercalcaemia and widespread malignant bone deposit.
ii. Extensive bone secondaries,
speċjalment kanċer ta-sider li ma jirrispondux għal
endocrine
jew
cytotoxic therapy jew
radioterapija lokalizzata.
.
iii. Myeloma with extensive generalized osteolysis.
• Non-malignant hypercalcaemia due to hyperparathyroidism.
•Osteoporosis
ikkawzata minn xi kundizzjoni kronika li taqgħa taħt il-kartuna safra
(unlicensed indication).
In-numru ta’ drabi li l-pazjenti jieħdu dan it-trattament, il-frekwenza u d-doża jiddependu mill-indikazzjoni li għaliha ġiet preskritta id-Disodium Pamidronate. Per e
żempju:
Għat-trattament ta’
osteoporosis,
il-pazjent
jingħata doża ta’ bejn 60mg u 90mg kull darba. Din id-doża tingħata kull tlett xhur.
Pazjenti b’
Paget’s Disease
jingħataw doża ta’ bejn 30mg u 90mg darba kull 3 xhur jew inqas spiss, per eżempju kull 6 xhur jew kull 12-il-xahar.
Għal pazjenti li għandhom
hypercalcaemia
sekondarja għall-marda tal-kanċer, id-doża tvarja skond il-livell tal-kalċjum fid-demm u tingħata darba jew tigi repetuta sakemm il-livell tal-kalċjum jiġi għan-normal.
Il-proċess jinvolvi li wara d-dijanjozi, issir talba minn naħa tal-Konsulent f-isem il-pazjent lill-ispizerija. In-numru ta’ talbiet proċessati mill-ispiżerija għall-Disodium Pamidronate fl-2008 kien ta’ 1550. L-ispiżerija pero ma żżommx rekord ta’ kemm il-darba l-istess pazjent jkun ħa id-Disodium Pamidronate.
Kull vjala ta’ Disodium Pamidronate bħalha
Aredia Injection 15 mg
fil-prezent qed tiswa’ lill- Gvern €43.00.
Il-Gvern qed ukoll joffri l-possibilita f’dawk il-kazi li l-kundizzjoni tal-pazjenti ma tikkwalifikax għal trattament b’xejn taħt l-imsemmi protokoll li din il-mediċina tingħata lil pazjenti bi ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm teatri tal-operazzjonijiet ġewwa l-Isptar Mater Dei? Kemm-il siegħa ntużaw kuljum dawn it-teatri matul is-sena 2008, wieħed b'wieħed?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jinbagħtu separatament, mhux qed tirċievi pensjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Djar tal-Anzjani — prevenzjoni kontra mard infettiv
Question
Jista' l-Ministeru jgħid jekk il-carers fil-homes tal-anzjani, kemm tal-Gvern, u tal-privat humiex qed jingħataw xi kura preventiva kontra l-mard infettiv?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fil-każ tad-Djar ta’ l-Anzjani tal-Gvern il-carers jingħataw it-tilqima ta` kontra l-influwenza u kontra l-Hepatitis B. F’każ ta’ bżonn il-carers jingħataw ukoll it-tilqima kontra it-Tetanus u t-Tuberkulożi. Isir ukoll ‘mantoux’ testing b’xejn meta mitlub.
Fid-djar tal-privat tingħata t-tilqima kontra l-
Hepaptitis B
, li titħallas minn min iħaddem, sakemm l-impjegat koncernat ma jkunx twieled wara l-1988 f’liema każ jaqa’ taħt l-iskeda nazzjonali ta’ immunizazzjoni b’xejn. Prevenzjonijiet oħra bħal
screening
għat-Tuberkulożi jingħataw bla ħlas. Din is-sena ingħatat ukoll bla ħlas it-tilqima kontra l-influwenza.
Ninsab informat ukoll li barra minn hekk jekk jinstab xi mard infettiv fi djar ta’ l-anzjani (kemm tal-gvern, kif ukoll fil-privat) id-dipartiment koncernat jevalwa ir-riskju għall-anzjani u l-ħaddiema u jagħmel rakkomandazzjonijiet skond il-bżonn. Dawn ir-rakkamondazzjonijiet jistgħu jinkludu kura preventiva f’każijiet specifici.
San Vincenz de Paule u Dar tal-Anzjani Bormla — waiting list
Question
Jista' l-Ministeru jgħid x'inhi l-waiting list għad-dħul fir-Residenza San Vincenz de Paule, u d-Dar tal-Anzjani ta' Bormla maqsuma skond irġiel u nisa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-waiting list għar-Residenza San Vincenz De Paule u d-Dar tal-Anzjani ta' Bormla hija hekk :-
Irġiel Nisa
SVPR 221 478
Bormla 43 110.
Jista' l-Ministru jgħid matul Jannar 2009 kemm ġew rikoventi pażjent fl-Isptar Mater Dei b'chest infection? X'kienet l-età tagħhom? Kemm minnhom jirriżulta li ma ħadux antibiotiċi fil-komunità fil-jiem ta' qabel? Kemm minnhom jirriżulta li ma ħadux vaccine tal-influwenza fix-xhur ta' qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar pazjenti li ġew irrekoverati b’chest infection f’Jannar 2009 ma tistax tingħata għalissa għaliex għadha qed tiddaħħal fid-database tal-Hospital Activity Analysis.
L-informazzjoni dwar kemm minn dawn il-pazjenti ma ħadux antibiotiċi fil-kommunità fil-jiem ta’ qabel u kemm minnhom ma ħadux vaccine tal-influwenza fiix-xhur ta’ qabel, ma tinġabarx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il post tax-xogħol instab mhux konformi mar-regolamenti dwar is-saħħa u sigurtà matul 2008? Kemm-il inċidenti ġie rappurtat f'dawn l-istess postijiet tax-xogħol fl-istess perijodu? Ittieħdu xi passi legali u b'liema eżitu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li matul l-2008 l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol għamlet 2,022 spezzjoni. Barra minn hekk l-Awtorita’ tivverifika konformita mar-regolamenti billi tevalwa ċertifikazzjoni li tirċievi, skond kif mitlub mir-regolamenti. Minn dawn iċ-ċertifikati l-Awtorita’ eżaminat 4279 il-ħertifikat.
Peress li l-obbligi legali ta’ min iħaddem huma vasti, l-Awtorita’ tiffoka fuq dawk l-obbligi li n-nuqqas tagħhom jista’ jwassal għall-ikbar riskji u tieħu azzjoni fil-Qorti meta jkun hemm nuqqasijiet serji. Fil-fatt matul is-sena nkwistjoni l-Awtorita’ ressqet 118 il-kaz ġdid u għad jonqos 42 kaz biex jiġu appuntanti quddiem il-Qorti.
Għad hemm numru sostanzjali ta’ kazijiet li l-investigazzjoni għadha ma ġietx konluża u li jistgħu jispiċċaw quddiem il-Qorti.
Informat ukoll li rigward in-numru ta’ korrimenti fuq il-post tax-xogħol huwa d-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali li jiġbor din l-istatistika.
Matul l-istess perjodu kien hemm tlett imwiet fuq il-post tax-xogħol.
Dipartiment tas-Saħħa u l-Anzjani — operazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2008 kemm kien hemm konsulenti f'kull taqsima fid-Dipartiment tas-Saħħa u fid-Dipartiment tal-Anzjani b'kollox? Kemm minnhom intrabtu li jaħdmu esklussivament mas-settur pubbliku? Fil-qasam tal-kirurġija u l-ġinekoloġija kemm saru operazzjonijiet minn kull konsulent u kemm minnhom kienu:
a)
Minor?
b) Intermediate?
ċ) Major?
d) Urġenti?
e) Elettivi (elective)?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tas-Saħħa u tal-Anzjani — infermiera matlin u barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera Maltin u barranin f'kull taqsima tad-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Anzjani? Kemm hu numru ta' infermiera meħtieġa f'kull każ?
Sptar Mater Dei — antibiotiċi f'forma ta' injection
Question
Jaf il-Ministru li antibiotiċi f'forma ta' injection mhix tingħata lil pazjenti bi dħul baxx bil-karta roża? Japprezza l-Ministru li din il-mediċina mhix irħisa u n-nuqqas tagħha jista' jwassal għal aktar pazjenti jiġu riferuti u rikoverati fl-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li kemm l-Amoxicillin injection (250mg and 500mg) kif ukoll FLucloxacillin injection jistgħu jinkitbu mit-tabib tal-familja għall-pazjenti bi dħul baxx bil-karta roża.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi partikolari biex studenti fil-qasam mediku (dawk li jilhqu tobba) fil-fatt ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw hawn Malta għal-degrees wara l-ewwel degree tal-M.D.? Jekk iva, liema istituzzjonijiet barranin se jistabbilixxu ruħhom f'Malta u meta mistenni li jibdew l-ewwel korsijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 2, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isiru x-xogħlijiet biex jiġi installat lift fil-blokk imsemmi. Il-lift qiegħed isir wara li kienet ġiet approvata applikazzjoni mingħand ir-residenti tal-blokk taħt l-iskema ta’ Installazzjoni ta’ lifts maħruġa mill-Awtorita’ tad-Djar. It-talba dwar it-taraġ ġiet mgħoddija lill-Awtorita’ tad-Djar biex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 3, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Hemm xi ħsieb li jsir it-tibjid ta' dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tad-Djar li s’issa ma saret l-ebda talba mill-inkwilini ta’ Blokk 3 Triq il-Ġnien Santa Lucia għall-installazzjoni ta’ lift taħt l-iskema preżenti. Dwar it-taraġ u t-tibjid, għaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għand l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il- ħtiega.
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 4, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Hemm xi ħsieb li jsir it-tibjid ta' dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tad-Djar li s’issa ma saret l-ebda talba mill-inkwilini ta’ Blokk 4 Triq il-Ġnien Santa Lucia għall-installazzjoni ta’ lift taħt l-iskema preżenti. Dwar it-taraġ u t-tibjid, għaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għand l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il- ħtiega.
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 5, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Hemm xi ħsieb li jsir it-tibjid ta' dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tad-Djar li s’issa ma saret l-ebda talba mill-inkwilini ta’ Blokk 5 Triq il-Ġnien Santa Lucia għall-installazzjoni ta’ lift taħt l-iskema preżenti. Dwar it-taraġ u t-tibjid, għaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għand l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il- ħtiega.
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 6, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Hemm xi ħsieb li jsir it-tibjid ta' dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tad-Djar li s’issa ma saret l-ebda talba mill-inkwilini ta’ Blokk 6 Triq il-Ġnien Santa Lucia għall-installazzjoni ta’ lift taħt l-iskema preżenti. Dwar it-taraġ u t-tibjid, għaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għand l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il- ħtiega.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jinbagħtu separatament li ħarqulu l-karozza fis-6 ta' Ġunju 2007 u qiegħed jistenna li tintemm l-inkjesta għax minħabba dan il-preċedent l-insurance ma tistax tħallas lil dan is-Sinjur?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.