Toroq li huma magħluqa jew parzjalment inaċċessibli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u kien hemm toroq magħluqa jew inaċċessibbli parzjalment jew totalment matul ix-xahar ta' Mejju u x-xahar ta' Ġunju minħabba xi tip ta' xogħol li kien qed isir jew sar fihom? Jista' jindika t-toroq liema kienu triq triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni mitluba jirrikjedi eżerċizzju estensiv b'numru ta’ riżorsi. Sakemm ma jkunx ġustifkat il-ħtieġa tal-informazzjoni jew l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu ma narax li tali eżerċizzju għandu jsir.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra organigram (mingħajr ismijiet ta' persuni) tal-Malta Information Technology Agency kif inhi llum u kif kienet sa qabel ma nħatar iċ-Chairman il-ġdid? Kemm hemm managerial grades u x’inhuma llum fil-Malta Information Technology Agency u kemm kien hemm fis-sena 2008 mal-bidu tal-leġislatura? Kemm hemm persuni li sa qabel ma nħatar iċ-Chairman il-ġdid kienu jaħdmu fil-Ministeru nnifsu u li spiċċaw fil-Malta Information Technology Agency mindu laħaq hu? F’liema karigi qegħdin? Kemm kien hemm riżenji mill-Malta Information Technology Agency minn kemm ilu li nħatar iċ-Chairman il-ġdid? Liema karigi kienu jokkupaw il-persuni konċernati? X’kien it-total salary bill fil-MITA fil-bidu tal-legislatura 2008 u x’inhu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra: L-Organigram tal-Malta Information Technology and Training Services Ltd. (MITTS Ltd.) kif kienet f’Ġunju 2008 (qabel inħatar iċ-Chairman il-ġdid li ġie maħtur f’Lulju 2008). (Dok Anness A). L-Organigram tal-Malta Information Technology Agency (MITA) kif inhi preżentament. (Dok Anness B). Qed inpoġġi wkoll tabelli minn Nru. 1 sa Nru 5 bl-informazzjoni mitluba.
Ta’ min isemmi li fl-2008, MITTS Ltd kienet bdiet transizzjoni biex issir Aġenzija (MITA) li fiha ġie assimilat ukoll l-ICT in Government Unit li preċedentament kienet fil-Ministeru ta’ l-IT.
Fis-sena ta leġislatura tal-2008 fil-MITTS Ltd kien hemm 10 gradi maniġerjali filwaqt li llum fil-MITA hemm 9 gradi maniġerjali: Ara Tabella 1.
Kif semmejt aktar qabel minħabba li fl-2008, l-ICT in Government Unit ġiet integrata fil-MITA, l-impjegati li kien hemm f’din il-Unit ġew trasferiti lura fil-MITA. Minn meta nħatar iċ-
Chairman
il-ġdid, (Lulju 2008) kien hemm 4 persuni li ġew
‘deployed’
mill- MITI/MITC għal MITTS Ltd./MITA, kif jidher f’Tabella 2.
In-numru ta’ riżenji li seħħew fil-MITTS Ltd/MITA minn Lulju 2008 lil hawn, hu ta’ disgħa u sittin persuna (69); filwaqt li n-numru ta’ impjegati ġodda għall-istess perjodu msemmi huwa ta’ tnejn u sebgħin (72).
Il-gradi li kienu jokkupaw dawn il persuni hu kif jidher f’Tabella 3.
It-tabella Nru. 4 telenka n-numru ta’ ħaddiema ngaġġati / rizenji għas-snin 2005 sal-lum.
It-total tas-
‘salary bill’
tal- MITTS Ltd għas-sena 2008 u t-total
tas-‘salary bill
‘ tal- MITA tal-2010 huwa kif jidher f’Tabella 5.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bir-rotot u skedi l-ġodda tat-trasport pubbliku hemmx xi ħsieb li l-operaturi flimkien ma' Transport Malta jikkunsidraw li jżidu s-servizz pubbliku minn u lejn is-Swatar/Valletta u viċi versa, billi dan huwa bħalissa kull siegħa u filwaqt li matul il-ġimgħa jieqaf fis-7.00pm u s-Sibt nifhem li jieqaf mis-1.00am 'l quddiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-network il-ġdid tat-trasport pubbliku, r-residenti tas-Swatar se jkollhom rotta ġdida bin-numru 110 li taħdem fuq bażi ċirkulari u li titlaq mill-interchange ta’ Mater Dei, tgħaddi mis-Swatar u terġa’ tmur lejn Mater Dei. Din ir-rotta ser ikollha frekwenza ta’ kull 30 minuta u l-aħħar servizz jitlaq minn Mater Dei fil-10.40 ta’ filgħaxija.
Infurmat ukoll li mill-
interchange
ta’ Mater Dei, il-passiġġieri għandhom il-faċilita’ li jagħżlu minn waħda mir-rotot li jmorru lejn il-Belt, jiġifieri Rotta 22 jew Rotta 31 u li għandhom frekwenza ta’ kull 10 minuti. L-aħħar ħinijiet ta’ dawn ir-rotot huwa fil-11.07 ta’ filgħaxija minn Mater Dei lejn il-Belt u fil-10.55 ta’ filgħaxija mill-Belt lejn Mater Dei.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25573 u jindika l-projected surplus/deficit ta’ Transport Malta għat-tliet snin li ġejjin, sena b'sena ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Persuni li ħadu promozzjoni jew inbidlilhom ix-xogħol fil-Ministeru
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25570 u jgħid min huma l-persuni fil-Ministeru, awtoritajiet, aġenziji, korporazzjonijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħu li ħadu promozzjoni u/jew inbidlitilhom id-designation tax-xogħol tagħhom mis-sena 2008 sal-lum ? Jista' jindika s-salarju, il-pożizzjoni u l-benefiċċji li kellu/kellha qabel il-promozzjoni u wara l-promozzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar promozzjonijiet fil-Ministeru tiegħi mill-bidu ta' din il-leġislatura.
Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Afrikana f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni mill-Unjoni Ewropea f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ħarġet l-aħħar offerta biex jitħaddmu trackless trains f'Malta? Fuq liema rotta, lokalità lokalità ħarġu dawn l-offerti? Kemm kien hemm persuni/kumpaniji li applikaw għal dawn il-liċenzji? Min ingħata l-offerta? Meta hu mistenni li jibda jopera s-servizz li kien rikjest fit-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta kienet ippubblikat sejħa għall-Interess għall-Provista u Tħaddim ta’ Ferroviji mingħajr Binarji fuq żewġ rotot stabbiliti minnha stess, waħda f’San Pawl il-Baħar (Rotta B) u oħra f’Marsaxlokk (Rotta Ċ). Din is-sejħa kienet ġiet ippubblikata fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ Novembru 2010.
Żewġ applikanti ssottomettew l-interess tagħhom sad-data tal-għeluq indikat fis-sejħa; iżda wieħed biss minn dawn l-applikanti kkonkluda l-proċess tal-applikazzjoni tiegħu, liema applikant eventwalment inħarġitlu awtorizzazzjoni minn Transport Malta biex jopera fuq iż-żewġ rotot wara li ssodisfa r-rekwiżiti kollha mitluba. L-applikazzjoni tal-applikant l-ieħor ma komplietx tiġi proċessata wara li dan tilef l-interess fl-applikazzjoni tiegħu.
Il-persuna li ngħata l-awtorizzazzjoni minn Transport Malta biex jopera ferroviji mingħajr binarji fuq dawn iż-żewġ rotot hija s-Sur Salvu Abela.
Is-servizz fuq dawn iż-żewġ rotot huwa mistenni li jibda f’Lulju li ġej.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26694, jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti l-Gvern lill-kuntratturi tat-toroq li ħadmulu? Kemm ilhom pendenti l-ammonti, kemm huma l-ammonti u liema huma l-kuntratturi tat-toroq? Kemm għandu jagħti l-Gvern f'arretrati ta' taxxi lit-taxpayers f'Malta u Għawdex u kemm ilhom dawn il-flus dovuti lit-taxpayers? Jista' jgħid kemm għandu jieħu l-Gvern mingħand it-taxpayers fi flus u ta' liema sena huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammonti pagabbli lill-kuntratturi jiġu dovuti meta jinħareġ iċ-ċertifikat tal-pagament mill-periti konċernati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti pendenti.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Marsa — Xatt l-Għassara tal-Għeneb - xogħlijiet fuq triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlesta x-xogħol fuq il-bini tat-triq u l-proviżjoni ta' servizzi relatati ma' Xatt L-Għassara Tal-Għeneb, Marsa peress li iżjed ma jdum ix-xogħol iżjed se jkun hemm problemi għal dawk li għandhom l-uffiċini u l-imħażen tal-kumpaniji tagħhom?
Jista' l-Ministru jara li t-timing tat-traffic lights fit-Triq tal-Barrani li jagħti għal Tarxien Road, Gudja jinbidel u jitwal għax din it-triq qiegħda sservi bħala devjazzjoni għall-fatt li Triq Garibaldi u Triq il-Kunsill tal-Ewropa huma magħluqa u b'konsegwenza t'hekk qiegħed ikun hemm queues twal ta' karozzi u traffic jams fit-Triq tal-Barrani?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-ġranet li ġejjin ser isir intervent fit-traffic lights imsemmija. Dan wara li Transport Malta għamlet l-analiżi neċessarja fuq l-impatt li dan it-tibdil jista’ jkollu fuq il-flows tat-traffiku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-bus stop li kien jeżisti għal bosta snin il-Veccia, San Pawl il-Baħar, fid-direzzjoni tal-Belt jitneħħa, għaliex huma bosta l-anzjani li kienu jużaw dan l-istage li huma nkwetati li dan se jitneħħa? Jekk hu l-ħsieb li dan jitneħħa, jista' jieħu l-passi neċessarji biex dan ma jiġrix?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kemm il-bus stop li jinsab qabel it-telgħa tal-Veċċja, kif ukoll dak li jinsab propju kif tispiċċa t-telgħa tal-Veċċja mhux se jitneħħew.
Għaldaqstant, bl-introduzzjoni tas-servizz il-ġdid, il-passiġġieri se jibqgħu jiġu servuti permezz ta’ dawn il-
bus stops.
Billi hemm diversi ilmenti dwar il-fatt li l-bus stop ta' qabel il-pjazza ta' Buġibba (fid-direzzjoni li bħalissa tieħdok lejn il-Belt) se jitneħħa, jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta jieħu l-passi neċessarji biex dan ma jiġrix?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-bus stop li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ser jitneħħa minħabba l-fatt li l-karozzi tal-linja direzzjoni lejn il-Belt Valletta mhux se jibqgħu jsegwu r-rotta normali li qed issir bħalissa, jiġifieri titlaq mill-venda ta’ Buġibba u tgħaddi minn Dawret il-Gżejjer. Bl-introduzzjoni tas-servizz il-ġdid tat-trasport pubbliku, r-rotot li se jidħlu fil-venda ta’ Buġibba direzzjoni lejn il-Belt Valletta se jibqgħu sejrin lejn Triq it-Trunċiera u Dawret il-Qawra.
Għaldaqstant, il-passiġġiera li jkunu jridu jmorru l-Belt Valletta u li jridu jirkbu mill-pjazza ta’ Buġibba għandhom jużaw il-
Bus Stops
li hemm fuq in-naħa tal-baħar.
Tas-Sliema — Traffic Impact Assessment - resident parking zone
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26741, jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għamlitx Traffic Impact Assesment fil-każ tal-għeluq ta' Bisazza Street? Jista' jinforma f'liema stadju waslet ir-resident parking zone f'Tas-Sliema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li saru studji fejn ġew evalwati skemi differenti għas-sistema tat-trasport fl-istess triq. Hemm żoni speċifiċi f'Tas-Sliema fejn il-kunsill lokali kien applika għall-introduzzjoni ta' Residential Parking Scheme. Hemm partijiet sostanzjali għal tali skema li kienu ġew approvati minn Transport Malta iżda dawn għadhom ma ġewx implimentati mill-kunsill lokali.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsiru xi tip ta' traffic calming measures fi Triq Kananea, Ħ'Attard peress li minħabba li din hi triq wiesgħa u pjuttost twila, ħafna drabi jsir sewqan bi speed qawwi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-talba se tgħaddi għall-kunsiderazzjoni tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il dgħajsa tradizzjonali Maltija (luzzu eċċ.) huma jew kienu (skont il-każ) reġistrati bħala dgħajjes li jintużaw mis-sajjieda sena b'sena fl-aħħar ħames snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ninsab infurmat li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.18990, it-talbiet sottomessi mill-Kunsilli Lokali qegħdin ikunu aċċettati u analizzati kollha iżda f’każ ta’ lokalitajiet li għandhom enforcement jiġu pproċessati biss it-talbiet relatati ma’ sigurta` fit-toroq. B’aġġornament rigward il-lokalità taż-Żurrieq, sal-lum ġew deċiżi 22 każ, filwaqt li baqa’ 6 talbiet pendenti u f’kaz ta’ 2 minnhom ġiet mitluba aktar informazzjoni mill-Kunsill Lokali. Lista aġġornata tal-lokalitajiet li għandhom enforcement tinsab annessa f’dokument separat.