Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Mellieħa u li jinkludi wkoll in-numru b’mod separat ta’ dawk li qed jattendu fil-bini tal-faċilità sportiva li tinsab biswit l-istess skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra u Naxxar — Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Mellieħa, ta’ San Pawl il-Baħar, tal-Qawra u tan-Naxxar (Primarja u Medja) (b’mod separat) u ta’ liema nazzjonalità huma dawn l-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu numru ta’ Learning Support Educators (LSEs) li qed jaħdmu fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-istudenti li qed jingħataw dan is-servizz fl-istess skola u jindika wkoll jekk hemmx studenti fl-istess skola li qed jistennew dan is-servizz?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija sal-ġurnata tal-lum hemm 32 LSE li qed jaħdmu f’din l-iskola, filwaqt li hemm 47 student li qed jingħataw servizz ta’ LSE.
Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Klabbs tal-għawm u tal-waterpolo – sponsorships, grants u għajnuniet oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu u kemm kienu jammontaw: a) l-isponsorships, b) grants; u ċ) għajnuniet oħra li ngħataw lill-klabbs tal-għawm u tal-waterpolo? Jista’ jgħid liema klabbs ibbenefikaw minnhom? Jista’ jgħid jekk għas-sena li ġejja hemmx il-ħsieb illi klabbs oħrajn jibbenefikaw ukoll u jekk iva, liema se jkunu dawn il-klabbs? Jista’ jgħid liema kriterju/i qegħdin jiġu applikati biex jitqassmu dawn l-għajnuniet u jekk il-klabbs lokali kollha humiex informati b'dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ assistenza li qed tingħata lill-klabbs tal-għawm u tal-waterpolo matul din is-sena hu ta’ €270,000. Il-Klabbs li bbenefikaw huma; AquaHub, Birżebbuġa ASC, Exiles Sports Club, Marsascala Aquatic, Marsaxlokk ASC, Neptunes WPSC, Otters, San Ġiljan ASC, Sirens ASC, Sliema ASC u Synchro Knights.
Kull klabb jista’ japplika għall-iskemi maħruġa minn SportMalta. Kull darba li tinħareġ applikazzjoni, il-klabbs kollha jiġu nfurmati permezz ta’ imejl. Dawn l-applikazzjonijiet ikunu aċċessibli mis-sit eletroniku ta’ SportMalta. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kriterji użati jiġu maħduma skont kemm ikun hemm fondi allokati u kif ukoll kemm l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi fil-ħin.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — purtinar/a u cleaners
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol, huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-Kuntrattur/i imma li qed jaħdmu għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn total ta’ 885 impjegat li jgħamlu xogħol ta’ purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jgħamlu l-istess xogħol.
Skejjel li jiftħu l-btieħi għall-parkeġġ għar-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 222 u jgħid liema huma l-iskejjel li qed jiftħu l-btieħi wara l-ħin tal-iskola biex jintużaw bħala parkeġġ għar-residenti? Jista’ jgħid x'qiegħed iżomm skejjel oħra li jagħmlu l-istess meta wieħed jifhem li f'kull raħal hawn problema ta' parkeġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Minsiteru jieħu in kunsiderazzjoni kull talba li titressaq mill-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu fl-Iskola Hand in Hand li ġejjin minn skejjel Indipendenti, Statali u tal-Knisja? Jista' jgħid ukoll jekk dawn humiex sussidjati mill-Gvern?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din l-istutuzzjoni privata hemm 24 student li jattendu l-programm imsemmi.
Skola Nazzjonali tal-Isport – SEC Performance Statistic
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-SEC Performance Statistic mhux updated fuq il-website tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan it-tali rapport sena b'sena għall-perjodu mill-2014 sal-2021?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jiġi evitat li titqabbel skola m’oħra, dawn ir-rapporti ma jiġux ippublikati. L-iskejjel jiġu mħeġġa biex din l-istatistika tintuża bħala eżerċizzju sabiex l-iskola tibni development aħjar sena wara sena.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-programm tas-SEC Revision Classes? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-klassijiet li qed jingħataw, u min jista' jibbenefika?
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Nefqa fuq reklmar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti dwar xi saqaf jew parti minnu / soqfa jew partijiet minnhom li jista' jkun / jistgħu jkunu perikoluż/i fl-iskola primarja tal-Kalkara?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2445 fejn intqal: “li kull każ irid jiġi evalwat b’mod sensittiv u bl-akbar professjonalità b’hekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi ppublikata”, jista' l-Ministru jgħid l-ammont totali ta' persuni li qegħdin fuq waiting list bħala numru kumulattiv biex isir educational psychologist assessment li jwassal, biex student ikollu LSE?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-assessments hu wieħed kontinwu u rigoruż.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu l-Ministeru tiegħu biex titnaqqas il-problema tal-obeżità fit-tfal u ż-żgħażagħ? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-pjani u l-miri tal-Gvern f’dan ir-rigward?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorati tal-Edukazzjoni ilhom għal diversi snin jaħdmu biex irawmu kultura pożittiva favur stil ta’ ħajja sana li fost l-oħrajn twassal għal prevenzjoni ta’ riskji dwar saħħa inkluż il-problema tal-obeżita fit-tfal u ż-żgħażagħ. Permezz tal-Istrateġija Nazzjonali, il-Ministeru hu kommess li jkompli jippromwovi stil ta’ ħajja sana. Dan jista jsir bl-użu ta’ wieħed mill-iżjed pilastri mportanti fl-istrateġija, il-benesseri fit-tfal u ż-żgħażagħ.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar snin ġew imnieda wkoll diversi inizjattivi li jinkludu polzi nazzjonali, strateġiji u programmi edukattivi marbuta mal-ikel, saħħa u eżerċizzju fiżiku ntegrati fil-kurrikulu eżistenti.
Fi ħdan il-Ministeru hawn iċ-Ċentru tal-Home Economics li gġandha rwol importanti fil-prevenzjoni tal-obesita. Dan iċ-ċentru joffri programmi edukattivi dwar l-ikel, is-saħħa u n-nutrizzjoni għal studenti fis-setturi kollha. Il-Proġett tal-Ħajja Responsabbli għandu l-għan li jappoġġa l-kisbiet edukattivi ta’ studenti vulnerabbli. Joffri wkoll sapport lil studenti li jkunu ser isiru ommijiet biex jaddottaw drawwiet ta’ ikel tajjeb.
Tajjeb li nsemmi wkoll il-programm pilota FunFit5 li fi Frar li għadda kien ippubblikat ir-rapport marbut ma’ din l-inizjattiva. Il-programm kellu l-għan li t-tfal fl-iskejjel ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw fi programm ta’ attività fiżika matul il-ġurnata skolastika tagħhom u kien organizzat mill-Malta Football Association (MFA), bil-kollaborazzjoni tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST).
Fun Fit 5 se jservi bħala għodda importanti fil-missjoni tal-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol (IFF) biex inħajru iktar tfal jipprattikaw l-isport, filwaqt li jgħixu ħajja aktar sâna permezz tal-attività fiżika. Dan l-istudju jikkumplimenta proġetti oħra li qed twettaq din il-Fondazzjoni, primarjament Fun Fit Football, li qed jilħaq eluf ta’ studenti f’diversi skejjel primarji madwar Malta u Għawdex.
Barra minn hekk għaddejha kollaborazzjoni kontinwa ma’ Ministeri oħra sabiex flimkien jiġu mplimentati skemi edukattivi relatati mal-ħarsien lejn is-saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il call għal HoD ħarġet matul dawn l-aħħar 3 snin kalendarji u ma kinitx qed tispeċifika jekk il-post hux għas-sekondarja jew għall-primarja? Jista' jgħid ukoll fejn qed iservu dawn l-HoDs kollha li ġew ingaġġati b'tali calls?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar 3 snin ħarġu 9 calls.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-Ministeru tiegħi hemm dawn il-bordijiet li fihom rappre¿entanza ta’ Segretarju Permanenti. Dawn huma l-MCAST Board of Governors, University of Malta Council, Mtarfa International School, National Board for Compulsary Education, National Curriculum Framework Review Board, National Skills Council, Commonwealth Centre for Connected Learning Foundation, National Open Access Committee u l-MCST. Kull membru jiġi appuntat skont il-liġi u l-esiġenza tal-bord.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Interpellant li fir-rigward tal-perkaċċi, kull membru jingħata r-remunerazzjoni mistħoqqa skont il-manwal u skont il-klassifikazzjoni tal-bord. F'każ li l-liġi titlob li wieħed mill-membri għandu jkun Segretarju Permanenti ta' xi Ministeru speċifiku, f'dak il-każ jitqiesu bħala ex-officio u ma jingħatawx remunerazzjoni.