Kuntratti — persuni li akkwistaw iċ-Ċittadinanza permezz tal-IIP
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u jgħid kemm min-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2017, 2018, 2019 u 2020 kienu persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza permezz tal-IIP?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15985, jista’ l-Prim Ministru issa jindikalna kemm hemm persuni b’diżabilità li jaħdmu fis-servizz pubbliku u jekk hemmx pjan li jiġu ingaġġati iktar?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li ċ-ċifra tal-persuni b’diżabilità li jaħdmu fis-servizz pubbliku hija ta 3.3% tal-impjegati kollha fl-istess servizz. Din ir-rata hija 1.3% aktar mill-minimu kif stipulata bil-ligi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16432 jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (ABELA, ROBERT)
B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11380, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni li l- Uffiċċju tal-Prim Ministru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Ottubru-Diċembru 2019: 19 il-talba
Jannar-Settembru 2020: 64 talba
Minn dawn kien hemm 15 il talba milqugħa, 63 ma gewx aċċettati u 5 għadhom pendenti.
Ninsab nfurmat li l-ebda talba ghal-informazzjoni ma tigi rrifjutata. Dawk li ma ġewx aċċettati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinietx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni jew li ma hemmx it-tagħrif mitlub. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Palazz tal-Girgenti – Xogħlijiet ta’ tisbiħ, rinnovament jew manutenzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16477 u jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol ta' tisbiħ, rinnovament jew manutenzjoni li sar fil-Palazz tal-Girgenti fl-2013, 2014 u 2015? Minn min kien twettaq u kemm kienet in-neqfa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li n-nefqa bejn Jannar 2013 u Dicembru 2015 kienet ta’€17,818.18 (VAT ekluza)
Annessa hawn taħt tinsab il-lista ta’dawk l-kumpaniji li wettqu x-xogħol ta' tisbiħ, rinnovament jew manutenzjoni kif ġejt nfurmat:
Alberta
Bitmac Works
Calleja Ltd
Caprice Glass Works ltd
Carmelo Mamo Ltd
Carmelo Pace
Construct Furniture
Defranco Enterprises
Electrical Supplies & Services
Electro Store
G & E Electronics
Go plc
Lexcorp International
Mark Schembri & Sons
Midwoods
Ozone Ltd
Pincott Ltd
Strand Electronics Ltd
Top Choice
V. Petroni Ltd
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ispiża u/jew flejjes kollha minfuqa b'rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet li huwa ndirizza flimkien mal-Ministru Edward Scicluna u mal-Ministru Silvio Schembri nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2020 filgħaxija?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16004, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-mawra fil-Montenegro relatat mal-windfarms li saret fl-2016, u kemm kien hemm uffiċjali fil-kontinġent Malti?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 26833 u 29670 tat-12-il leġislatura.
Palazz tal-Girgenti – Xogħlijiet ta’ tisbiħ, rinnovament jew manutenzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol ta' tisbiħ, rinnovament jew manutenzjoni li sar fil-Palazz tal-Girgenti fl-2013, 2014 u 2015? Minn min kien twettaq u kemm kienet in-neqfa?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dawn l-karigi huma kif qegħdin fil-lista :
Nomenklatura
Head Government Customer Care
Head Government Communications
Private Secretary
OPM Coordinator
Secretariat Officer
Member of Secretariat Pool
Secretariat Messenger
Secretariat Messenger/Cleaner
Secretariat Messenger/Charwoman
Personal Driver/Security Officer
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija 15329 u jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet, l-2019, mill-Institute for Public Services u kemm ġiet tiswa?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15323 u jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet 2019 mill-Management Efficiency Unit (MEU) u jgħid kemm ġiet tiswa?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-PQ 11380 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15622, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-artikolu 41 tal-Att dwar ix-Xandir Kap 350 - fejn fil-każ tal-Awtorità tax-Xandir din tista’ timponi sanzjoni jew penali ta’ natura amministrattiva - għandux operattiv, u jekk le għalfejn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita tax-Xandir hija entita Kostituzzjonali indipendenti u għalhekk awtonoma mill-ezekkutiv. Ninsab imma nfurmat li l-Artiklu 41 tal-Att dwar ix-Xandir għadu fis-seħħ.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15622, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-dispożizzjonijiet applikabbli skont u taħt l-Att dwar il-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi Kap. 544- fejn il-Kummissjoni Elettorali tista’ timponi sanzjoni jew penali ta’ natura amministrattiva – għandhomx operattivi, u jekk le għalfejn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita Kostituzzjonali indipendenti.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15343 u jgħid kemm kienet l-ispiża f’safar li sar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għas-snin 2017, 2018 u 2019 separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, jinsab fil-lista ta’ hawn taħt kif ninsab nfurmat:
2017
€586,944
2018
€670,583.64
2019
€661,945.01
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa jew xi entitajiet li huma fid-dekasteru tiegħu huwiex/humiex skedat/i li jkollu/jkollhom laqgħat mad-delegazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ser tasal Malta fil-weekend li ġej waqt li CEO tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jasal f’Malta t-Tnejn li ġej 28 ta’ Settembru għal jumejn? Jekk iva, minn min intalbet il-laqgħa/t u meta ntalbet? X’inhu s-suġġett li huwa fuq l-aġenda tal-laqgħat u jekk dan jinkludiex il-kuntratt tal-Electrogas?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda laqgħa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif qed jissuġġerixxi.
Minbarra hekk, l-Interpellant ikun mgħarraf ukoll li l-kumpanija msemmija minnu mhix l-istess waħda li tagħmel parti mill-konsorzju tal-Electrogas.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — sponsorships/grants mogħtija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizzjattiva u meta ngħatat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-perjodu msemmi, l-Istitut tas-Servizz Pubbliku ta sponsorships lill-288 persuna b’valur totali ta’ €825,494.00 (VAT mhux inkluża) u scholarships lill- 323 persuna b’valur totali ta’€1,820,766.00 (VAT mhux inkluża).
Nfurmat ukoll li c-CHOGM 2015 ta żewġ sponsorships b’valur totali ta’ €22,677.61( VAT mhux inkluża), l-Stamperija tal-Gvern tat
scholarship
ta’ taħriġ lill-tlett impjegati b’valur totali ta’€3,900 (VAT mhux inkluża), l-NDSF tat 5 grants b’valur totali ta’ €17,490.000 u l-IAID tat 22
sponsorships
ta’ taħriġ b’valur totali ta’ €72,439 (VAT mhux inkluża).