Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar sal-aħħar tal-2010 u sa l-aħħar ta’ Settembru din is-sena maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29384.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27787, jista' l-Ministru jgħid jekk il-flus mill-bejgħ tal-Holiday Inn marrux għand l-Air Malta, il-banek u l-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28996.
Jista' l-Minstru jgħid meta u jekk saret l-ittra mill-Kunsill Lokali tal-Belt biex jakkwista binja tal-gvern biex imbgħad tinbena lukanda, liema binja tinsab fuq is-Sur Salvatore eżattament fuq il-pitch tal-waterpolo tal-Belt? Jista' jpoġġi kopja ta' din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ġie notifikat permezz ta’ ittra datata 30 ta’ Settembru 2010 li ser issir applikazzjoni lill-MEPA biex jintalab permess għal Guest House u Lido fil-proprjeta’ numru 60 Triq Marsamxett il-Belt Valletta. Minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment, hemm applikazzjoni quddiem il-MEPA imressqa mill-Kunsill Lokali tal-Belt, biex jikkonverti u jirrestawra binja storika u sit fi Triq Marsamxett u l-water-polo pitch fi Triq il-Lanċa l-Belt Valletta f’guest house ta’ 40 kamra u Lido. Qiegħed inpoġġi kopja ta’ din il-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha karozzi mixtrija l-Korporazzjoni Enemalta u min jagħmel użu minnhom? Jista' jgħid kemm għandha karozzi mikrija l-Korporazzjoni Enemalta u min jagħmel użu minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta għandha total ta’ 242 vettura fuq il-kotba tagħha.
Ninsab infurmat ukoll li l-korporazzjoni qiegħda tikri 53 vettura. L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Malta Dairy Products - pjanijiet tal-Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Minstru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Malta Enterprise għall-aħjar użu tas-sit fejn topera l-Malta Dairy Products, f’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi oriġinarjament, il-Milk Marketing Undertaking kienet topera fuq medda kbira ta’art ġewwa x-Xewkija, Għawdex. Din l-art li hija proprjetà tal-gvern inqasmet f’żewġ biċċiet fejn bħalissa il-kumpanija Malta Dairy Products qed topera minn parti żgħira, filwaqt li l-parti l-kbira minn din l-art issa għaddiet f’idejn il-Ministeru għal Għawdex biex tintuża għal proġett propost minnhom.
Jista' l-Ministru jara għaliex anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ftit tax-xhur ilu kellu problema fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma li ssolviet, imma issa reġa' rċieva xi kontijiet għoljin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li min naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta separatement ta’ Fondi Ewropej u jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej fl-2010 u din is-sena sa Settembru? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-Programm Baġitarju tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarrraf lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċifri mitluba huma kif spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Għawdex — kumpaniji li twaqqfu b'għajnuna finanzjarja jew fiskali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji twaqqfu f’Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru b’għajnuna finanzjarja jew fiskali tal-Malta Enterprise? Jista’ jgħid x’tip ta’ għajnuna ngħatat kull kumpanija u kemm hija l-għajnuna li nagħtat? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29059.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fl-2010 u din is-sena sal-lum fuq inċentivi mill-Malta Enterprise għall-industrija f’Għawdex? Għal liema sena/snin ta’ operat kienet in-nefqa? Kemm kumpaniji bbenefikaw minn dawn l-inċentivi? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta huwa mistenni li jitħallsu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont l-iskema ta’ għajnuna? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq inċentivi għal Għawdex mill-2010 sal-lum kienet ta €2.7 miljun għal 247 proġett, filwaqt li dik għal Malta kienet ta’ €27.6 miljun għal 1,323 proġett.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rapport dettaljat tal-assistenza kollha li ingħatat mill-Malta Enterprise sena b’sena lill-kumpaniji Maltin u Għawdxin; kif ukoll rapport konċiż tal-għotjiet pendenti li huma mistennija li jitħallsu sal-aħħar tas-sena.
Għawdex — Malta Enterprise - skemi t'għajnuna lill-industriji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iskemi ta' għajnuna tal-Malta Enterprise li kienu/huma speċifkament għal Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-lum? Kemm kienu u x'kienu l-benefiċjarji ta' dawn l-iskemi? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li kif għidna kemm il-darba l-iskemi kollha tal-Malta Enterprise jistgħu jibbenefikaw minnhom kemm Maltin kif ukoll Għawdxin. Barra minn hekk, intrapriżi Għawdxin jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-Gozo Transport Grants kif ukoll għandom bonus ta’ 20% aktar taħt l-iskema Microinvest. Taħt l-iskema CREATE, intrapriżi fil-qasam tal-kreativita li jillokaw in-negozju tagħhom ġo żona identifikata ġewwa ir-Rabat Għawdex jinghataw kreditu ta taxxa ta' sittin fil-mija. Dawn it-tlett skemi huma imħallsa minn fondi lokali. Għad-dettalji dwar kull skema nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument anness ma risposta għal PQ 29054.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Enterprise fl-2010 u din is-sena sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu jew ta’ servizzi li jagħtu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom il-Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skont is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29059.
kuntratt mogħti t lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku separatament f’Għawdex fl-2010 u sa Settembru din is-sena? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet,eċċ provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28576 u jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Konċessjoni ta' privattiva — applikanti residenti Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni ta’ privattiva ngħatat fl-2010 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru? Kemm minnhom saru minn applikanti residenti f’Għawdex? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ. ta’ kull konċessjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-2010 kien hemm 24 konċessjoni ta' privattivi. Dawn ingħataw lil 13-il applikant barrani, u 11 il-applikant Malti, iżda lil l-ebda applikant li kellu indirizz minn Għawdex.
Ninsab infurmat ukoll illi sa Settembru ta' din is-sena kien hemm 10 konċessjonijiet ta' privattivi. Dawn ingħataw lil 7 applikanti barranin, u 3 applikanti Maltin, iżda lil l-ebda applikant li kellu indirizz minn Għawdex.
Qed inpoġġi fuq il Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Siġġiewi: Ta' Kirċippu — trasferiment ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex ir-residenti li jgħixu fi plots tal-Gvern fl-area Ta' Kirċippu, s-Siġġiewi u fl-inħawi ta' Triq Salvu Corso u Triq Karmenu Vassallo li sal-lum għadhom fi stadju ta' konvenju, ikunu jistgħu jiġu msejħa biex jersqu lejn it-trasferiment tal-proprjetà tagħhom li ilhom pendenti għal iktar minn 25 sena?
Jista' jgħid kemm beħsiebu jdum dan il-proċess u jekk hemmx data stabbilità biex dan it-trasferiment ikun jista' jseħħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-gvern beda proċess biex bih l-artijiet kollha li fuqhom hemm mibnija housing estates jiġu akkwistati mill-gvern. Wara li jiġi konkluż l-akkwist, dawn l-artijiet jiġu trasferiti lill-Awtorità tad-Djar li min naħa tagħha tkun tista’ tikkonkludi l-kuntratt mar-residenti li qegħdin fuq konvenju biex b’hekk it-titolu tar-residenti jkun wieħed legali.
Billi dan il-proċess jirrikjedi ħafna riżorsi, l-akkwist tal-artijiet qiegħed isir fuq numru ta’ snin. Huwa previst li dan il-proċess jitkompla fis-sena 2012.
L-art fis-Siġġiewi li qed jagħmel referenza għaliha l-Onorevoli Membru hija wkoll parti minn dan l-eżerċizzju u se tiġi akkwistata fis-snin li ġejjin.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — item of expenditure
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28502 u jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2010 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28502.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — virements
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28504 u jgħid x’virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28504.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27233, jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu l-entitajiet għal ħażniet taż-żejt fl-istorage facilities tal-MOBC mis-sena 2004 sa April 2011? Jista' jagħti din l-informazzjoni, kull kumpanija għaliha, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali, u għaldaqstant ma tistgħax tingħata.
kumpaniji li xtraw vetturi elettriċi — tnaqqis ta' taxxa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpaniji li kkwalifikaw minn tnaqqis fit-taxxi fuq ammonti li nefqu fuq vetturi elettriċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhux possibbli tweġiba għalissa għal din il-mistoqsija minħabba li l-miżura li qed jirreferi għaliha tapplika mis-sena ta’ stima 2012 għal vetturi mixtrija mill-1 ta’ Jannar 2011 ’il quddiem. Għalhekk il-formoli tat-taxxa rilevanti, li fuqhom trid tinbena l-eventwali tweġiba, għadhom mhumiex dovuti u għadhom lanqas biss intbagħtu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.