Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm-il ġurnata sick leave ittieħdet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena mill-ħaddiema, uffiċjali eċċ. fiċ-Ċivil abbażi dipartiment, dekasteri li jaqgħu taħt il-Ministeri kif stabbiliti llum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istatistika mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżamx mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 19713 u tgħid kemm-il persuna fuq għajnuna soċjali twaqqfilha dan il-benefiċċju fl-aħħar sentejn u nofs? Tista' tagħti din l-informazzjoni:
a) xahar b'xahar;
b) lokalità b'lokalità;
ċ) skont l-age group; u
d) skont in-natura tal-marda kronika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 19713
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il parental skills programme ġie organizzat mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali s-sena l-oħra? Fejn ġew organizzati dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
studenti fil-pussess ta’ sigaretti, alkoħol u droga
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fis-sena skolastika 2009-2010 kemm kienu rrappurtati studenti fil-pussess ta’ sigaretti, alkoħol u droga u kif dawn ġew indirizzati? Kemm kienu r-rapporti li saru fis-sena skolastika ta’ qabel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena skolastika 2008-2009 u fis sena skolastika 2009-2010, ma kien hemm l-ebda każ referut fl-Anti-Substance Unit fir-rigward ta’ studenti li inqabdu fil-pussess ta’ sigaretti, alkoħol u droga.
Tista’ l-Ministru tgħid fis-sena skolastika 2009-2010 kemm kienu rrappurtati każi ta’ bullying ta’ studenti fuq studenti u ta’ studenti fuq għalliema eċċ.? Kemm kienu r-rapporti li saru fis-sena skolastika ta’ qabel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn Settembru 2008 sa Ġunju 2009 (is-sena skolastika 2008-2009) kien hemm 286 każijiet ta’ bullying ta’ studenti fuq studenti rreferuti l-anti-bullying unit. Filwaqt li fis-sena skolastika 2009-2010 kien hemm 208 każijiet ta’ bullying ta’ studenti fuq studenti rreferuti l-anti-bullying unit.
F’dawn is-sentejn ma ġie rrapurtat l-ebda każ ta’
bullying
minn studenti fuq għalliema.
Tista' l-Ministru tgħid kif, jum b'jum, qed tintuża l-pixxina nazzjonali u minn min qed tintuża? Tista' tgħid ukoll x'kienet l-ispiża, kemm rikorenti kif ukoll kapitali li ntnefqet għall-pixxina nazzjonali matul is-sninn 2008/2009 sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Malti għall-Isport — flus biex inbnew pitches tal-football
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kien is-sehem tal-Kunsill Malti għall-Isport, matul is-snin 2008, 2009 u 2010 sena b'sena sabiex inbnew pitches tal-football? Tista' taqsamhom ukoll skont għal liema proġett intnefqu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tikkunsidra li l-ground tat-tarmak tal-iskola primarja ta' Bormla jinbidel f'wieħed b'wiċċ artifiċjali sabiex jitgawda aħjar u b'aktar sigurtà għat-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni Xogħol u Familja qed jistudja b’mod attiv il-possibilità li l-grawnd li jinsab quddiem l-iskola primarja ta’ Bormla jintuża b’mod aħjar għal ġid tal-istudenti tal-istess skola. Dan isir b’konsultazzjoni mal-Kulleġġ Sta Margerita u mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada. Madankollu, biex dan isir, trid tiġi ċċarata s-sitwazzjoni marbuta ma’ min huwa responsabbli għal din il-biċċa art, li bħalissa ma tinsabx taħt ir-responsabilta’ diretta tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Xogħol u Familja.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex xi studenti fil-korsijiet tal-Foundation fl-Mcast m'humiex se jingħataw stipendju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Studenti li qed jagħmlu l-Foundation Course fl-MCAST fil-livell 2 huma intitolati għall-istipendju.
Studenti li qed jagħmlu korsijiet f’livell 1, jiġifieri fl-istess livell ta’ min qiegħed fil-V klassi tas-sekondarja, mhux meqjusa li daħlu fil-livell Post-Sekondarju u allura mhux intitolati għal stipendju.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux il-ħsieb tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni li jibqa joħrog sejħiet għall-Kindergarten Assistants II anke wara l-2015 meta ser jibda jintalab grad akkademiku (ECEC teacher) kif miftiehem fl-aħħar ftehim kollettiv mal-MUT? Jekk le, x'ser isir mill-istudenti li bħalissa qed jistudjaw għad-diploma "MCAST-BTEC National Diploma in Children's Care, Learning and Development" ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern u MUT f’Awwissu 2010, fis-sena 2015 il-vakanzi li jkun hemm fil-livell tal-Kindergarten jibdew jimtlew minn għalliema u ma jibqgħux jiġu impjegati Kindergarten Assistant II.
Dan ġie ddikjarat fis-sena 2007 sabiex kull student li huwa interessat li jaħdem f’dan is-settur ikun jista’ jagħżel korsijiet skont il-livelli meħtieġa għar-reklutaġġ.
Tista' l-Ministru tgħid hux il-ħsieb li wara l-2015 il-Kindergarten Assistants IIs u l-ECEC teachers ikunu kumplimentari ta’ xulxin jew hux il-ħsieb li gradwalment il-post ta KGA II (u I) eventwalment jispiċċa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2015 kull vakanza li jkun hemm fil-livell ta’ Kindergarten tibda timtela’ mill-għalliema Early Childhood Education and Care (ECEC).
Kindergarten Assistants li diġa’ huma fl-impjieg iżommu posthom, imma l-postijiet ta’ dawk li jirtiraw jew jitilqu mill-impjieg jiġu mimlijin minn għalliema ECEC.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti li rrispondew għall-aħħar sejħa ta' ingaġġ għal Kindergarten Assistant? Kemm minnhom kellhom ir-rekwiżiti meħtieġa għall-post u kemm minnhom fil-fatt intgħażlu u f’liema grad iddaħħlu (KGA I jew KGA II)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kien hemm 159 applikant li rrisipondew għall-aħħar sejħa ta’ ingaġġ għal Kindergarten Assistant II. Kien hemm 85 li kellhom ir-rekwiżiti meħtieġa għall-post, minn dawn għaddew 45 li se jiġu ingaġġati bħala KGA II fil-futur qrib.
waiting list ta' persuni li jixtiequ jaħdmu bħala Kindergarten Assistants
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk teżistix xi tip ta' waiting list ta' persuni li jixtiequ jaħdmu bħala Kindergarten Assistant I u Kindergarten Assistant II? Jekk iva, kemm hi twila din il-lista?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma teżisti ebda waiting list ta’ persuni li jixtiequ jaħdmu bħala Kindergarten Assistants I jew Kindergarten Assistants II.
Hemm riżultat tas-Servizz Pubbliku għas-sejħa tal-applikazzjoni tal-KG II.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W131, tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawn il-korsijiet huma ġodda, kemm hemm klassijiet għal kull suġġett u kemm hu n-numru attwali ta' studenti f'kull klassi ta' kull suġġett, kemm hemm adult educators jew full-timers ġodda u f'liema suġġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm adult educators fl-iskola Wistin Camilleri li s-sena l-oħra kienu jgħallmu fl-istess skola u din is-sena ma ġewx imsejħa biex jgħallmu u tgħid għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li hemm erba' edukaturi għall-adulti li kienu jagħtu sehemhom is-sena l-oħra fl-Iskola tal-Arti Wistin Camilleri u din is-sena ma ġewx imsejħa.
Ir-raġuni hi dovuta għall-ammont ta’ applikanti għal dawn il-korsijiet.
Tista' l-Minsitru tgħid x'inċentivi qed jingħataw liċ-ċentri tat-tfal u lill-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f'dawn iċ-ċentri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ċ-ċentri tat-tfal tal-gvern għandhom finanzjament ta’ 748,000 Euro fl–2010 u dan ser jiżdied għal 950,000 Euro fl-2011.
Il-ġenituri li għandhom dħul ogħla mill-benchmarks stabbiliti u li jibgħatu t-tfal fiċ-ċentri tal-gvern u ġenituri li jibgħatu t-tfal tagħhom f’dawk privati, li huma reġistrati mad-Dipartiment tal-Istandards Nazzjonali, huma ntitolati għal tnaqqis fit-taxxa ta’ 931.75 Euros, skond Artiklu 14 C tal-ATT dwar it-Taxxa tad-Dħul (Kap 123 – Liġijiet ta’ Malta)
Tista' l-Ministru tgħid, b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19157, meta hemm il-ħsieb li l-233 student jingħataw it-€300 bħala għajnuna finanzjarja biex jagħmlu semestru ta' studju f'Universitajiet Ewropej matul is-sena akkedemika peress li ntilfu l-flus li kienu se jieħdu mill-programm tal-Unjoni Ewropea Erasmus minħabba tmexxija ħażina tal-UEPA?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm tnejn u għoxrin (22) student li għadhom ma tħallsux peress li għadhom ma issottomettewx id-dokumenti neċessarji lill-Uffiċju Internazzjonali ġewwa l-Università ta’ Malta. L-Uffiċju Internazzjonali diġa fakkar lill-istudenti biex jibgħatu dawn id-dokumenti mill-iktar fis possibbli. L-istudenti l-oħra li bħalissa qegħdin isegwu perjodu ta’ studju kollha tħallsu.