Legislature:
Category:
Reset
Active:

Boat parties – livell tal-mużika ġewwa l-port

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dgħajjes li jkunu qed jorganizzaw boat parties humiex obbligati li jbaxxu l-mużika ġewwa l-port tard bil-lejl? Jekk iva, jista' jgħid jekk Transport Malta hijiex l-awtorità li tenforza dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-organizzaturi tal-boat parties huma meħtieġa li jinnotifikaw formalment lill-Awtorità tal-Port għall-awtorizzazzjoni, u meħtieġa jikkonformaw mal-Avviż lill-Baħħara relatat u l-kundizzjonijiet tal-permess inkluż il-livelli tal-mużika. L-Ispettorat tal-Port u l-Martime Enforcement Unit jagħmlu spezzjoni ad hoc biex jiżguraw il-konformità.

Pontijiet ta’ Sant’Anġlu — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Pontijiet ta’ Sant’Anġlu u meta huwa ppjanat li jintemmu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Pontijiet ta’ Sant’Anġlu bdew f’Ġunju 2023 u mistenni li jkunu lesti fil ġimgħat li ġejjin.

Shore supply North Harbour & Boiler Wharf — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett tan-North Harbour & Boiler Wharf Shore Supply u meta huwa ppjanat li dawn ix-xogħlijiet jintemmu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-proġett tan-North Harbour & Boiler Wharf Shore Supply bdew f’Novembru 2020 u mistennija jkunu lesti fix-xhur li ġejjin.

North Harbour & Boiler Wharf Shore Supply — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser jiswa l-proġett North Harbour & Boiler Wharf Shore Supply?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet relatati mal-proġett North Harbour & Boiler Wharf Shore Supply huma stmati li ġejjin jiswew madwar 33.2 miljun Ewro VAT eskluża.

Ħal Safi – Triq Salvu Cauchi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir Triq Salvu Cauchi bejn Triq in-Nassaba u Triq San Pawl f'Ħal Safi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pjan ta’ ħidma mal-Kunsilli Lokali, Triq Salvu Cauchi hija waħda mit-toroq li ġiet proposta mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokkat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalità rispettiva tagħhom

Infrastructure Malta – Sejbiet arkeloġiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema entitajiet u awtoritajiet Infrastructure Malta tagħmel konsultazzjonijiet rigward wirt storiku u kulturali bħal shelters jew sejbiet arkeoloġiċi taħt l-art li possibilment jistgħu jinstabu fiż-żona fejn Infrastructure Malta tkun se tagħmel xi xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta tikkordina ma’ entitajiet diversi u tuża mezzi disponibli għaliha sabiex tevalwa s-sit li jkun se jsir fih xogħlijiet. L-entita’ ewlenija hija Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li tigwida lill-Aġenzija għal proċessi u metodi neċessarji in kwantu jidħol wirt storiku.

Koordinatur tal-komunikazzjoni — Kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-koordinatur tal-komunikazzjoni tas-Segretarjat tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 17431.

Għawdex – Test tas-sewqan – Żmien ta’ stennija

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18731 u 18732, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli għal kull kategorija ta' liċenzja u li tkun turi l-istatistika mitluba ta' żminijiet ta' stennija ta' dawk li jkunu fallew it-test tas-sewqan f'Għawdex, meta tiġbor l-applikazzjonijiet tal-Motoring Schools kollha flimkien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi n-numru ta’ testijiet li reġaw saru wara li dawn l-istudenti fallew milli jgħaddu mit-test tas-sewqan. Iż-żmien ta’ stennija sabiex individwu li jkun falla t-test tas-sewqan jerġa jitla għat-test jiddependi mill-Motoring School tal-individwu, ċjoè meta din terġa tapplikalu sabiex jitla għat-test tas-sewqan. It-tabella tinkludi kemm testijiet li saru f’Malta kif ukoll f’Għawdex, minħabba li dawn it-testijiet isiru mill-istess eżaminaturi.

Malta — Test tas-sewqan – Żmien ta’ stennija

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18729 u 18730, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli għal kull kategorija ta' liċenzja, u li tkun turi l-istatistika mitluba ta' żminijiet ta' stennija ta' dawk li jkunu fallew it-test tas-sewqan f'Malta, meta tiġbor l-applikazzjonijiet tal-Motoring Schools kollha flimkien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi n-numru ta’ testijiet li reġaw saru wara li dawn l-istudenti fallew milli jgħaddu mit-test tas-sewqan. Iż-żmien ta’ stennija sabiex individwu li jkun falla t-test tas-sewqan jerġa jitla għat-test jiddependi mill-Motoring School tal-individwu, cioe meta din terġa tapplikalu sabiex jitla għat-test tas-sewqan. Din it-tabella tinkludi kemm testijiet li saru f’Malta kif ukoll f’Għawdex, minħabba li dawn it-testijiet isiru mill-istess eżaminaturi.

Rotot tal-karozzi tal-linja — Puntwalità

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-perċentwali ta' puntwalità ta' kull rotta tal-karozza tal-linja minn Marzu 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13187, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni u jinkludi l-għamla, il-mudell u s-sena tal-manufattura tal-vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates elenkati fl-istess tweġiba?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Fgura – Problemi fil-kantuniera bejn Triq il-Kampanella u Triq il-Karmelitani

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24300 u 24302 li saru fit-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk jekk fil-frattemp sarux spezzjonijiet neċessarji fil-problemi li hemm fil-kantuniera bejn Triq il-Kampanella u Triq il-Karmelitani, il-Fgura senjatament f’din it-triq billi hemm partijiet li ser jisfrundaw internament fil-garaxxijiet ta’ terzi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar – Triq Bormla — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru ġewwa Triq Bormla, Ħaż-Żabbar u kemm ser idumu għaddejjin u kemm huma stmati li ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għamlet Infrastructure Malta fi Triq Bormla, Zabbar ilhom lesti mis-sena l-oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18594 u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13893, 17705 u 18266 dwar konsulenti/advisors fil-Ministeru tiegħu, liema tweġiba ma tweġibx dak li ġie mistoqsi u peress li ħadd ma qed jikkontesta jekk dawn ġewx impjegati skont il-manwal indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija 13893, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti impjegati mill-Ministeru tiegħu u s-Segretarjat Parlamentari li jaqa' taħtu, kemm dawn jitħallsu, u x'livell ta' edukazzjoni u esperjenza għandhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13983.

Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - Sewqan perikoluż – Miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq Amleto Spiteri, f'Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija oarlamentari għandha tintbagħat lill-Ministeru kkonċernat.

Vetturi bil-Y-Plates — Permessi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18126, jista' l-Ministru jikkonferma li ma nħarġux permessi għal-liċenzja tal-operatur għal servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar (Y-plates), li fihom is-sit dikjarat mill-operatur fejn se jiġu ggaraxxjati l-vetturi mhuwiex parkeġġ ta' supermarket?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi permessi għal-liċenzja tal-operatur għal servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar dejjem inħarġu skont il-provvedimenti tal-L.S. 499.68.