Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas

Ministeru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Infurmat ukoll li ntuża is-servizz tac-Civil Protection Department (CPD) biex jiġi pprovdut dan is-servizz għall-binjiet ġewwa Belt is-Sebħ.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16841 tas-Seduta 388.

Żurrieq — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità taż-Żurrieq mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Safi — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Ħal Safi mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Birżebbuġa — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Birżebbuġa mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Farruġ — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati f’Ħal Farruġ mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Rebate għal xiri ta’ electric car jew hybrid — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser joħorġu l-applikazzjonijiet matul l-2021 biex min jixtri electric car jew hybrid ikunu jistgħu jieħdu r-rebate li ġie mwiegħed fil-budget? X’inhi r-raġuni li għalkemm diġà qegħdin f’Marzu dawn l-applikazzjonijiet għar-rebate għadhom ma ħarġux? Meta Transport Malta għandha l-ħsieb li toħroġ dawn l-applikazzjonijiet għar-rebate? Għal kemm ser jammonta dan ir-rebate?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa Transport Malta qedgħha tistabbilixxi strateġija għas-snin li ġejjien u malli tikkonkludi l-grants kollha kemm għal min jixtri vettura li taħdem bl-eletriku, hybrid jew vetturi Petrol jew Diesel li jagħmlu nqas ħsara lill-ambjent dawn ser jiġu mħabbra. Nżid ukoll li L-Awtorita’ għat-trasport f’Malta diġa nfurmat lil-aġenti kollha li jbiegħu l-vetturi ta’ dawn it-tip u li kull persuna li rreġistrat l-vettura wara Jannar ta’ 2021, ser jkun jista’ japplika wara li joħorġu l-Grants u għaldaqstant ma’ hemm l-ebda biża’ li dawk li rreġistraw l-vettura min Jannar li għadda l-quddiem se jitifu l-Grant. Din il-proċedura intuzat ukoll is-sena l-oħra għaliex il-grants ġew imħabbra f-April ta’ 2020. Il-ħsieb huwa li malli jiġu formulati l-ammonti globali tal-Grants inkluż kull grant individwali, dawn jiġu ppublikati fil-gazzetta tal-Gvern u mħabbra mill-Ministeru.

Imsida – proġett maġġuri fil-pjazza — konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ma jridx jikkonsulta ma' dawk kollha affettwati mill-proġett maġġuri propost fil-Pjazza tal-Imsida billi mhux se jsirlu EIA (Environmental Impact Assessment)? X’inhi r-raġuni li għalkemm l-EIA huwa studju li jevalwa l-effetti kemm ambjentali kif ukoll soċjali tal-proġett ta’ dan it-tip, għalkemm skont l-Ewwel Skeda tal-Liġi Sussidjarja 549.46 jeħtieġ mhux biss EIA imma anke konsultazzjoni pubblika mar-residenti tal-inħawi, dawn mhux ser isiru?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal il-Ġdid – Triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule – rapport tekniku tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarx rapport tekniku dwar it-triq li hemm tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule Raħal il-Ġdid billi jidher ċar li diġà ċediet u ni¿let ‘l isfel b’inkonvenjent u storbju għar-residenti u l-ħwienet?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.

Request for Proposal għal Ferry Services f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ir-'Request for Proposals for a Public Service Concession Contract for the Provision of Scheduled Sea Ferry Services in Malta and Gozo' u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ din l-imsemmija ‘Request for Proposal’?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar, 2021 Transport Malta, hekk kif imhabbar mil-Ministri Ian Borg u Clint Camilleri, harget Port Notice li issa mill-1 ta’ Ġunju tal-2021, l-operaturi ta’ trasport bil-baħar se jkunu jistgħu jibdew jipprovdu s-servizz tagħhom bejn il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta u l-Port tal-Imġarr permezz ta’ fast ferry dirett għall-passiġġieri biss. Dan tħabbar wara li ttieħdet deċiżjoni mill-kabinett tal-ministri sabiex is-suq tat-trasport bil-baħar fuq din ir-rotta speċifika jiġi liberalizzat ghal servizz ta’ passigieri biss, u minn bastimenti li jilhqu kriterji ċari mnizzla fl-istess Port Notice.

Port tal-Imġarr – xogħol infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol infrastrutturali hemm ippjanat li jsir, meta ser jibda u kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa ġewwa l-Port tal-Imġarr biex fl-1 ta’ Ġunju 2021 jibda jopera s-servizz tal-Fast Ferry Service bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u l-Port il-Kbir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li għadu kmieni wisq biex jiġi stabbilit x’xogħol infrastruttulali li hemm pjanat ġewwa l-Port tal-Imgarr, dan għaliex is-sejħa għal l-operaturi għadha miftuħa u l-Awtorità għadha trid tannalizza liema bastimenti ser jiġu uzati. L-Awtorita’ ta’ Transport ser tkun tista tipprovdi aktar informazzjoni la darba ikun hemm id-deċizjoni finali.

Attard – Triq Ferdinand Inglott, Triq Tumas Chetcuti u Central Link – tħawwil ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitħawlu s-siġar bejn it-toroq residenzjali (Triq Ferdinand Inglott u Triq Tumas Chetcuti) u s-Central Link, Ħ’Attard?

Response (BORG, IAN)

Central Link Project qed isir b’investiment ta’ €55 miljun biex jonqos il-ħin fl-ivvjaġġar, titjieb il-kwalità tal-ajra u jinħolqu faċilitajiet aktar siguri għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi fir-rotta ta’ toroq ewlenin bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali. Il-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona. Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Il-proġett se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. L-istudji dwar il-kwalità tal-arja li saru minn esperti indipendenti matul l-istadju tal-ippjanar tal-proġett juru li bl-eliminazzjoni tal-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi, dan l-investiment se jwassal għal titjib kbir fil-kwalità tal-arja f’diversi żoni residenzjali tal-madwar fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fil-fatt, il-proġett se jwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata (trabijiet fini) sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żidiet fil-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar fil-futur. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%. Il-materja partikulata u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-iżjed żewġ fatturi prinċipali tat-tniġġis mill-vetturi, u waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mard respiratorju. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, Infrastructure Malta fetħet l-ewwel triq ġdida ta’ Central Link Project, karreġġjata b’żewġ korsiji li tevita tliet junctions tat-traffic lights biex tipprovdi rotta eħfef u aktar sigura mill-Imrieħel sal-inħawi ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, lejn Ta’ Qali. Wara diskussjonijiet li kienu saru mar-residenti din it-triq ġdida mhux biss saret b’¿ewġ korsiji flok erbgħa kif kien ippjanat minn amministrazzjonijiet preċedenti, iżda l-periti tal-aġenzija ddisinjawha wkoll b’mod li jkollha l-inqas impatt possibbli fuq l-inħawi residenzjali fil-qrib. Din it-triq ġdida hija mifruda minn tliet toroq residenzjali li hemm viċin, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti, b’faxxa li se tkun imħaddra bis-siġar u pjanti, u b’parti oħra mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi. Barra minn hekk, Infrastructure Malta bniet il-parti l-kbira tat-triq ġdida f’livell aktar baxx, madwar sular taħt it-tliet toroq residenzjali, biex tnaqqas ukoll drastikament l-impatt viżiv tagħha. Qed tibni wkoll mill-ġdid dawn it-tliet toroq residenzjali b’bankini ġodda, sistemi tas-servizzi taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. F’partijiet mir-rotta se jsiru wkoll crash barriers għal aktar sigurezza ta’ dawk li jkunu għaddejjin mill-inħawi. Bħalissa qed issir is-sistema ta’ pajpijiet tat-tisqija għas-siġar, u fix-xahrejn li ġejjin se jitħawlu madwar 328 siġra f’din iż-żona, li l-ispeċi tagħhom se jkunu randa, ċipress, ballut u siġra ta’ Ġuda. Dawn huma biss ftit mill-mijiet ta’ siġar li Infrastructure Malta diġà ħawlet u se tkompli tħawwel bħala parti minn dan il-proġett.

Central Link – crash barrier

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jiġi installat crash barrier bejn Triq Ferdinand Inglott (il-parti ħdejn l-In Design Showroom) u s-Central Link minħabba li hemm periklu kbir għar-residenti kawża ta’ sewqan eċċessiv?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 19714 tal-istess Seduta.

Servizz ta’ Fast Ferry

Question

Jista' l-Ministru jispega għala l-Gvern iddeċieda li jillimita s-servizz ta' fast ferry għall-passiġġieri biss? Kemm ser jiswa l-moll illi ser jinbena fil-Port il-Kbir għal dan is-servizz? Jista' jgħid jekk dan il-moll hux ser ikun għall-użu esklussiv ta' min ser jopera dan is-servizz jew jekk jistax jintuża ukoll mill-Gozo Channel (Operations) Ltd. għas-servizz tagħha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-intenzjoni tal-fast ferry bejn il-port ta’ l-Mġarr u il-Port il-Kbir (Valletta) kien minn dejjem kontemplat għal passiġġieri biss. Ninsab infurmat ukoll li l-moll fil-Port il-Kbir se jkun ta’ tip ta’ floating facility u mhux struttura permanenti u mistenni li jiswa ċirca € 3.2 million exc. VAT.

Xemxija – żona ta’ Beachaven – concession għall-operat ta’ marina jew irmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ingħatatx concession għall-operat ta’ marina jew irmiġġi fiż-żona tax-Xemxija magħrufa bħala Beachaven? Jista’ jgħid lil min ingħatat din il-concession, fuq liema termini u kondizzjonijiet ingħatat u jekk ħarġitx sejħa pubblika għall-offerti qabel ma ngħatat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li konċessjoni nngħatat lill-operatur Harbour Management Ltd fiż-żona magħrufa bħala tal-Beachaven, ix-Xemxija. Din il-konċessjoni ngħatat wara sejħa għall-offerti li kienet ħarġet l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta, dak iż-żmien l-Awtorita’ Marittimma ta’ Malta , f’Novembru tal-2009 fejn wara din is-sejħa, l-kumitat ta’ evalwazzjoni appuntat mill-istess Awtorita’, għażel lil Harbour Management Ltd wara li dawn issottomettew l-aħjar offerta.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – direct orders

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18556, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Gazzetti tal-Gvern li juru kemm ingħataw direct orders fl-2018, 2019 u 2020 mill-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament u kemm kien il-valur ta’ kull direct order, lil min ingħatat u għal-liema xogħlijiet ingħatat kull direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta – xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħlijiet minn Transport Malta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fis-snin 2018, 2019 u 2020? Kemm kien il-valur ta' kull biċċa xogħol? X’kien jinvolvi x-xogħol? Kemm minn dawn ingħataw b’tender pubblika? Kemm minnhom ingħataw b’direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19860 tal-istess Seduta.