Għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal oġġetti tal-ikel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-oġġetti tal-ikel eċċ., li jingħataw bħala għajnuna mill-Unjoni Ewropea humiex l-istess għal kull belt u raħal f'Malta u Għawdex? Jekk iva, jista' jgħid x'kienu l-oġġetti li ngħataw f'Jannar u f'Frar 2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-oġġetti tal-ikel li jingħataw bħala għajnuna mill-Unjoni Ewropea huwa l-istess għal kull raħal f’Malta u Għawdex. Matul Jannar u Frar 2010 tqassmu ġamm u għaġin.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-European Union Aid ilha ma tingħata f'Ħal Qormi madwar tliet xhur? Jista' jgħid kif l-aħħar darba li din l-għajnuna ngħatat, jiġifieri fi Frar 2010, il-jam li ngħata kien skadut? Min hu responsabbli minn dan l-ikel u minn fejn hu ġej? Min hu responsabbli li jiskrutinizza li l-ikel li jingħata jkun tajjeb għan-nies? Jista' jgħid jekk itteħdux passi dwar dan il-fatt? Jekk iva, x'sar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-distribuzzjoni waqfet f’kull lokal minħabba li kien fadal biss ġamm. Id-distribuzzjoni terġa’ tibda malli nirċievu prodotti mill-allokazzjoni ġdida għas-sena 2010.
L-ġamm li tqassam ma kienx skadut tant li fuq it-tikketta dan għandu
best before date
ta’ 08/2011 jiġifieri għandu aktar minn sena oħra.
L-Aġenzija għall-Pagamenti hija responsabbli mill-iskema Food for the Most Deprived Persons of the Community, u d-distribuzzjoni hija f’idejn NGOs li kull sena japplikaw biex jagħtu dan is-servizz. L-ikel ġej kollu mill-pajjiżi tal-Ewropa.
L-ikel li jitqassam huwa ċċertifikat għall-konsum mill-pajjiż li jkun immanifatturah (fil-każ tal-ġamm u l-għaġin, huwa l-Italja).
Billi l-ġamm li ngħata kien tajjeb għal konsum ma kien hemm l-ebda ħtieġa li jittieħdu passi.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kumpaniji tal-awdituri
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-WasteServ għanda s-servizz kemm ta' Internal Auditor kif ukoll ta' External Auditors. External Auditor huma BDO Consult Ltd. Din il-kumpanija ġiet identifikata permezz ta' expression of interest maħruġa fl-20 ta' Ġunju 2008. Ir-rata ta' ħlas hija ta € 6,350 fis-sena. L-Internal Auditor huwa Grant Thornton li ntgħażlu nhar it-12 ta Lulju 2007 permezz ta' sejħa għal offerti minn diversi kumpaniji . Il-pakkett jinkludi ħlas ta' € 51 fis-siegħa.
Fil-każ tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi, l-Awdituri huma Grant Thornton. Dawn ġew magħżula f' Marzu 2009 wara sejħa għal
tender
maħrug fuq il-gazzetta tal-Gvern u avvizi fuq il-gazzetti lokali. Il-pakkett finanzjarju mifthiem huwa ta' € 3850 (incl VAT) kull sena b'żieda ta madwar 7% kull sena sussegwenti. Isir ukoll ħlas addizzjonali ta' €2 għal kull kopja ta' rapport li jkun legat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' tadam li ġie reġistrat sat-30 ta' Marzu 2010? Billi t-taħwil tat-tadam jibqa' jitħawwel ukoll wara t-30 ta' Marzu, jista' jgħid jekk fil-fatt il-bdiewa hux se jkunu jistgħu jirreġistraw it-tadam li se jħawlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti nieda eżerċizzju ta’ reġistrazzjoni tat-tadam għall-kontroll tal-Baħrija tat-Tadam (Tuta absoluta), u din għalqet fit-30 ta’ Marzu 2010.
Skont l-istess Notifikazzjoni tal-Gvern nru. 79 tal-2010 u l-estenzjoni mħabbra fin-Notifikazzjoni tal-Gvern nru. 286 tal-2010, din ir-reġistrazzjoni kienet miftuħa għal dawk kollha li se jkabbru pjanti tat-tadam bejn Frar u Awwissu tal-2010.
Sat-30 ta’ Marzu 2010, ġew irreġistrati 2,497,062 metri kwadri ta’ tadam minn bdiewa li se jikkultivaw it-tadam għall-ipproċessar jew għall-mejda u 45,451 xitla tat-tadam minn individwi li ser ikabbru t-tadam għall-użu tagħhom personali.
Peress illi kull min ikabbar it-tadam huwa obbligat jirreġistra skont l-Avviż Legali 26 tal-2010, id-Dipartiment għadu jaċċetta reġistrazzjonijiet tat-tadam wara t-30 ta’ Marzu 2010 u dawn qed jiġu kkunsidrati bħala “Late Applications”.
.
Huwa ppjanat li din is-sistema ta’ registrazzjoni obbligatorja se terġa tapplika għall kull min għandu l-ħsieb li jikkultiva t-tadam bejn Settembru u Diċembri li ġejjin. Dan kif ikun imħabbar aktar ‘il quddiem fil-Gazzetta tal-Gvern.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentri 8928, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jiġi riabilitat ir-razzett storiku tal-Bagħal fil-Buskett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riabilitazzjoni ta’ dan ir-razzett huwa parti minn proġett li għalih diġà saret sottomissjoni għal kofinanzament mill-Unjoni Ewropea. Diġa ġew mitfugħa applikazzjoni għand il-MEPA għar-riabilitazzjoni ta’ din il-binja u prezentement qegħdin nistennew il-permessi meħtieġa. Ġaladarba it-talba ta’ kofinanzjament tkun aċċettata u joħrog il-permess tal-MEPA, tinħareg sejħa għal tenders għax-xogħlijiet.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — entitajiet governattivi, aġenziji, awtoritajiet, bordijiet u kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk l-entitajiet governattivi, aġenziji, awtoritajiet, bordijiet u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għas-sit ufficjali tal-Gvern (www.gov.mt) li tinkludi lista eżawrjenti tal-Ministeri kollha u d-dipartimenti u dikasteri li jaqgħu taħthom. Qed inpoġġi fuq il-Mejda kopja stampata ta' dan is-sit.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn l-Awtoritajiet tal-Affarijiet Rurali ġewx infurmati kemm saru spezzjonijiet mis-sanità għand il-produtturi tal-għasel? Għand liema produtturi tal-għasel saru l-ispezzjonijiet? Għand il-produtturi kollha? X'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-taqsima ta’ l-Apikoltura kienet ressqet lis-sanità l-ilmenti ta' diversi produtturi dwar l-eżistenza ta' għasel mhux ġenwieni fuq is-suq lokali. Kienu nġabru mis-Sanità 12-il kampjun ta’ għasel li jinkludu 7 ta' prodott lokali u 5 ta’ prodott impurtat. Id-Dipartiment m’għandux informazjoni dwar l-eżitu tal-ispezzjonijiet li saru.
Għar-rigward ta’ spezzjonijiet mid-dipartiment tas-saħħa nitlob l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
persuni/kumpaniji reġistrati bħala li jimmanifatturaw il-ġbejniet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni/kumpaniji reġistrati bħala li jimmanifatturaw il-ġbejniet f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fit-30 ta' April 2010 fuq ir-reġistri tad-Dipartiment tal-Agrikoltura kien hemm 410 produtturi ta' ġbejniet reġistrati. Minn dawn 314 huma f' Malta u 96 huma f' Għawdex.
spezzjonijiet mis-sanita` għand dawk li jimmanifatturaw il-ġbejniet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn l-Awtoritajiet tal-Affarijiet Rurali ġewx infurmati kemm saru spezzjonijiet mis-sanità għand dawk li jimmanifatturaw il-ġbejniet? Għand min saru dawn l-ispezzjonijiet u x'irriżulta minnhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Id-Dipartiment ta’ Servizzi Veterinarji għamel 126 f’Malta u 16 f’Ghawdex spezjonijiet fuq ir-rziezet ta’ nagħaġ u mogħoż li l-ħalib tagħhom jintuża biex jiġu prodotti ġbejniet. Fil-preżent dawn lir-rziezet li għandhom aktar min 10 animali qed jiġu ispezzjonati biex nifformolaw liema minnhom huma f’sitwazjoni li jistgħu japplikaw għal awtorizazzjoni taħt ir-regolament 853 ta’ 2004 li jippermetilhom jikommerċjalizzaw il-ġbejniet taghhom fis-suq Ewropew jew għal esportazzjoni. Oħrajn li m'humiex interessati fl-esportazzjoni u jilħqu l-livelli neċessarji jridu jiġu kkonsidrati għall-approvazzjoni taħt ir-regolament 852 ta’ 2004 fejn jiproduċu gbejniet għas-suq lokali. Dawk il-produtturi li għandhom inqas minn 10 nagħġiet li jinħelbu, huma kkunsidrati bħala stabbilimenti ta' produzzjoni minima u tradizzjonali. Dawn l-istabbilimenti jkunu jistgħu jbiegħu biss l-ġbejniet tagħhom direttament lill-konsumatur. Għar-rigward ta’spezzjonijiet mid-Dipartiment tas-saħħa, nitlob l-Onor Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 16263 rigward l-ewwel mistoqsija tiegħu.
Fir-rigward tat-tieni mistoqsija, nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 15954
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokument li juri l-informazzjoni mitluba għar-rigward tad-Diretturi
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-livelli tan-nitrati li nstabu fl-ilma ta' taħt l-art (tal-pjan u ta' fuq it-tafal) kull sena mill-1998 sal-2009 f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Sas-sena 2008, il-monitoragg tal-kwalita ta’ l-ilma tal-pjan f’Malta kien iffukat fuq dawk il-korpi ta’ l-ilma li jintuzaw ghall-irfiegħt a’ l-ilma tax-xorb. Għalhekk fl-ewwel tabella, qed jiġi ppreżentat kif il-livell tan-nitrat varja f’dawn il-korpi ta’ l-ilma bejn l-1998 u l-2009 kif imkejjel fil-Pumping Stations operati mill-Water Services Corporation.
Fl-2009 ġie mniedi għall-ewwel darba f’Malta programm estensiv ta’ monitoraġġ tal-korpi kollha ta’ l-ilma tal-pjan li għalhekk ikopri kemm dawk il-korpi ta’ l-ilma li jintużaw ghall-irfiegħ tal-ilma tax-xorb u anke dawk il-korpi li jintużaw esklussivament għat-tisqija. Minħabba li l-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ użati fil-korpi ta’ l-ilma l-kbar (dawk ikkwotati fit-tabella Numru 1) ma humiex l-istess pumping stations tal-Water Services Corporation iżda jinkludu wkoll spejjer u
boreholes private,
il-valuri ppreżentati fit-tieni tabella ma jaqblux eżatt u ma jistgħux jiġu komparati ma dawk tal-ewwel tabella.
Għalhekk tajjeb li wieħed jinnota wkoll li:
i. billi l-punti ta’ monitoraġġ il-ġodda huma aktar imxerrda mal-korpi ta’ l-ilma kollha; il-valuri pprezentati fit-tieni tabella għandhom ikunu meqjusa bħala aktar rappreżentattivi tal-kwalita tal-ilma tal-pjan; u
ii. billi l-punti ta’ monitoraġġ ikopru ukoll
areas
ta’ dawn il-korpi ta’ l-ilma li ma jintuzawx ghall-irfiegħ ta’ ilma tax-xorb; il-livell
average
ta’ nitrat fihom huwa għola mill-
avearge
li joħroġ mill-Pumping Stations tal-Water Services Corporation li huma f’lokalitajiet aktar ċentrali fil-korp tal-ilma. Fil-fatt il-livelli ta' nitrati identifikati jikkorrelataw b’mod qawwi ma' l-intensità ta' l-attività agrikola fiż-żona minn fejn issir l-estrazzjoni
Ta' min ifakkar għal darb’ oħra li llum qed inħossu l-effett ta' nuqqas ta' ħsieb jew konoxxenza fis-snin li għaddew. Skont l-esperti huwa kkalkulat li r-Residence Time (jiġifieri, iż-żmien li jieħu l-ilma tax-xita mill-ħin li jippenetra fl-art sakemm joħroġ mill-pjan ta' l-art) huwa bejn wieħed u ieħor 40 sena. Illum f'dawn il-livelli qed naraw ir-riżultat tal-użu indiskriminat ta' fertilizzant, b'mod partikolari l-Urea li llum huwa llegali li timportah u wisq aktar li tużah.
soċjetajiet kummerċjali li attwalment qed jagħmlu esplorazzjoni għaż-żejt jew gass
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hemm soċjetajiet kummerċjali li attwalment qed jagħmlu esplorazzjoni għaż-żejt jew gass fl-ibħra li jifformaw parti mill-ġurisdizzjoni Maltija? F'kull każ x'informazzjoni għandu l-gvern dwar il-progress jew in-nuqqas ta' progress fl-(a) esplorazzjoni u (b) fl-eventwali produzzjoni ta' żejt jew gass?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li bħalissa hawn żewġ kumpaniji li qed jesploraw għaż-żejt permezz ta’ ftehim magħruf bħala Production Sharing Contract milħuq mal-Gvern Malti.
Il-Gvern jinsab f’kuntatt kontinwu ma’ dawn il-kumpaniji u jsir monitoraġġ tal-obbligazzjonijiet kuntrattwali skont kif miftihem fil-Production Sharing Contract.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tender jew direct order ta' kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatatx xi tender jew xi direct order mill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant illi ma ngħata l-ebda tender jew direct order lill-kumpanija M.A.&A. Services Ltd matul dawn l-aħħar 12-il xahar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2544, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni għall-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 rispettivament? Jista' jinforma ukoll bl-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar sitt snin, sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta għamlet rapport dwar il-kundizzjoni tal-pompi tal-fuel f'Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jara li dan ir-rapport jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li peress l-istudju li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant jifforma parti minn proċess li għadu mhux konkluż, ir-rapport ma jistax għalissa jkun ippubblikat.
Ippjantar ta' Photovoltaics fuq il-bjut ta' bini tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi legali ttieħdu kontra l-kumpaniji li talbu ħlas esaġerat fl-iskema dwar it-twaqqif ta' impjanti ta' photovoltaics minn ażjendi u djar privati? Kemm kien hemm kumpaniji involuti f'dan l-abbuż? X'ibbenefikat minn procurment fl-ippjantar ta' photovoltaics fuq il-bjut tal-bini tal-gvern, kull kumpanija fl-aħħar sentejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Pipeline li jissupplixxu gass bejn Malta u Sqallija
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi hemm dwar il-pipeline li jissupplixxi gass bejn Malta u Sqallija? Meta hu ppjanat li jseħħ dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kl-istudju relatat mal-informazzjoni mitluba kien sar mill-Enemalta u għaldaqstant nitlob lill-Onor Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi.
servizz tal-emerġenza fil-biċċerija darba fil-ġimgħa
Question
Jekk is-servizz tal-emerġenza fil-biċċerija se jibda jingħata biss darba fil-ġimgħa, jista' l-Ministru jgħid x’se jagħmlu dawk ir-raħħala li jkollhom xi annimal li, per eżempju, jikser siequ iżda ma jkunx marid u s’issa setgħu joqtluh u xorta joħorġuh għall-bejgħ fil-pront?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn produtturi tal-għasel reġistrati f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fis-6 ta' Mejju 2010 fuq ir-reġistri tad-Dipartiment tal-Agrikoltura kien hemm 181 persuna reġistrata għat-trobbija tan-naħal u ż-żamma tal-imġiebaħ rispettivi tagħhom. Minn dawn 127 huma Maltin u 45 huma Għawdxin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16486 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'tip ta' servizzi u xi prodotti jistgħu jinbiegħu mill-pompi tal-petrol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-pompi tal-petrol huma liċenzjati mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi biex ibiegħu dawn il-fuels:
●
Petrol
skont l-i
standard
MSA EN 228
●
Lead Replacement Petrol
(LRP) skont l-i
standard
MSA EN 228
● B 100 - li hu 100 fil-mija
bio-diesel
●
Diesel
skont l-i
standard
MSA EN 590
Hemm numru limitat ta' pompi tal-
petrol
li huma ukoll awtorizzati biex ibiegħu l-pitrolju. Din l-awtorizzazzjoni kienet inħarġet mill-Enemalta li qabel kienet hi r-regolatur tas-settur.
Permezz tal-Avviż Legali 249 tal-2008 il-pompi tal-
petrol
se jkunu jistgħu jbiegħu l-Gass Petroleum Likwefatt. Dan se jkun jista' jsir meta jidħlu fis-seħħ regolamenti dwar l-installazzjoni u l-użu tal-autogas.
Dan ma jeskludix li xi pompi tal-
petrol
inħarġu liċenzji minn awtorità jew awtoritajiet oħra kompetenti biex ibiegħu prodotti jew servizzi li ma jaqgħux taht il-liċenzja maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi.