Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġġiewi – Triq it-Tabib Nikol Zammit – tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq it-Tabib Nikol Zammit, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.

Għaqdiet volontarji — skemi/għotjiet/grants

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, jista’ l-Ministru jinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex l-informazzjoni tinġabar.

Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali m’hemm l-ebda Advisor ingaġġat.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Farfett tal-Fejġel – skips tar-riċiklaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara x’passi jistgħu jittieħdu sabiex jonqsu l-iskips ta’ riċiklaġġ, jew almenu jkun hemm iktar kontroll sikwit, fi Triq il-Farfett tal-Fejġel, Żabbar billi dawn qegħdin ikunu ta’ inkonvenjent kbir għall-ġirien u qed jiġbdu wkoll kwantità kbira ta’ ġrieden?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar illi l-Kunsill m’għandux siti alternattivi fejn jista’ jitrasferrixxi l-bring-in sites. Infurmat li minħabba li qed jiġi depożitat skart illegali u skart domestiku madwar il-bring-in sites, hemm bżonn li jiġu installati cameras ta’ sigurtà għal skopijiet ta’ monitoraġġ u infurzar.

Siġġiewi – Triq Salvu Curso — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Salvu Curso, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.

Siġġiewi – Triq Karmenu Vassallo — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Karmenu Vassallo, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.

Borġ in-Nadur – xiri ta’ art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk art fiż-żona magħrufa bħala Borġ in-Nadur ġietx mixtrija minn Heritage Malta u jekk iva x'kien il-prezz imħallas? Jista’ jgħid jekk dan hux skont ir-rekwiżiti tal-procurement stipulati mil-liġi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li tali akkwist sar skont ir-regolamenti viġenti. Mill-bqija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għal PQ 2360.

Ħal Tarxien – Triq Manuel Buhagiar – xogħlijiet fuq triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni wasal, fi Triq Manuel Buhagiar, Ħal Tarxien? Jista’ jgħid kemm huwa kalkulat li ser iddum iktar biex tiġi finalizzata u kemm ser tiġi tiswa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-interpellanza tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Iż-Żejtun – Triq Nikola Attard — bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bankina li hemm sfrundata u mkissra fi Triq Nikola Attard, Żejtun tissewwa billi qiegħda tikkaġuna ħsara lill-proprjetajiet privati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi l-istess Kunsill għaddej bi programm ta’ xogħlijiet fuq sqaqien fiċ-ċentru taż-Żejtun kif ukoll fuq bankini madwar il-lokalità kollha. Infurmat li bħalissa għaddej xogħol estensiv fuq Triq San Frangisk fejn mhux biss qiegħed isir il-wiċċ tat-triq iżda qegħdin ukoll jinbidlu l-mains tad-drenaġġ u tal-ilma flimkien mas-servizzi tal-ilma tad-djar. Infurmat li x-xogħol imsemmi qiegħed fil-lista ta’ xogħlijiet li jsir skont il-prijorità u l-urġenza mistħoqqa.

Ħal Tarxien – Ħsarat fi Triq San Tumas

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2943 dwar ħsarat fi Triq San Tumas f’Ħal Tarxien li kienet indirizzata lill-Ministru responsabbli mit-toroq, peress li l-Ministru rreferieni għand il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien għaliex dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq teħtieġ minn żmien għal żmien, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali msemmi ser jagħmel il-manutenzjoni tant meħtieġa (patching estensiv) fit-triq imsemmija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-istess Kunsill se jagħmel rikjesta mal-entità kkonċernata sabiex Triq San Tumas tinbena mill-ġdid is-sena d-dieħla. Infurmat ukoll li fil-frattemp, il-Kunsill Lokali se jibqa’ jagħmel manutenzjoni regolari tat-triq sabiex itaffi l-inkonvenjenza.

Il-Fgura — Ħsarat fi Triq l-14 ta’ Diċembru 1945

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2945 dwar ħsarat fi Triq l-14 ta’ Diċembru 1945 li kienet indirizzata lill-Ministru responsabbli mit-toroq, peress li l-Ministru rreferieni għand il-Kunsill Lokali tal-Fgura għaliex dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq teħtieġ minn żmien għal żmien, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-Kunsill Lokali msemmi ser jagħmel il-manutenzjoni tant meħtieġa (patching estensiv) fit-triq imsemmija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li t-triq imsemmija jeħtieġ li ssir mill-ġdid u għaldaqstant saru diversi rikjesti mill-Kunsill lill-entità kkonċernata sabiex din issir. Infurmat li patching żgħir qed isir min-naħa tal-Kunsill Lokali iżda patching estensiv mhux qed isir minħabba r-raġuni surreferita.

Każ quddiem il-Bord tal-Governanza

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2947, filwaqt li nassigura lill-Ministru li m’hemm ebda intenzjoni li ma nħallix l-istituzzjonijiet jaħdmu, anzi qed nipprova nara li din l-istituzzjoni taħdem, jista’ l-Ministru jirrispondi punti A u B tal-mistoqsija parlamentari oriġinali? Hemm xi raġuni partikolari għaliex il-Ministru qed jipprova jevita li jirrispondi dawn il-punti li huma fl-interess pubbliku u li jpoġġu lill-Awtoritajiet akkontabbli lejn il-pubbliku għall-kariga pubblika li qed jokkupaw u l-ħlas li qed jieħdu minn fondi pubbliċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’dan l-istadju m’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2947.

Is-Siġġiewi – restawr ta’ emerġenza fuq ħitan ta’ barra tal-Kappella Ta’ Ċwerra

Question

Jista' l-Ministru jagħti direzzjoni biex isir restawr ta' emerġenza fil-ħitan ta' barra tal-Kappella magħrufa bħala Ta' Ċwerra li tinsab fil-pjazza tas-Siġġiewi hekk kif jidhru ġebel li jistgħu jaqgħu taħt bankijiet fejn ikunu bilqiegħda n-nies?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Direttorat tar-Restawr li l-Kappella ta’ Ċwerra fis-Siġġiewi mhijiex proprjetà pubblika. Madankollu se tkun qed issir spezzjoni tal-allegata ħsara biex tkun tista’ tittieħed azzjoni li titqies meħtieġa fiċ-ċirkostanzi, skont il-qafas legali li jirregola sitwazzjonijiet simili.

Gudja – Bye-law dwar parkeġġ residenzjali

Question

B'referenza għall-bye-law dwar il-parkeġġ fil-Gudja li l-Ministru wieġeb dwarha fil-mistoqsija parlamentari 540, jista' l-Ministru jgħid għaliex din it-talba għall-bye-law eventwalment ġiet rifjutata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja illi l-proposta ta’ bye-laws preżentata mill-istess Kunsill dwar il-parkeġġ kienet ġiet rifjutata minħabba li tali proposta kienet tikkonfliġġi ma’ policy nazzjonali dwar parkeġġ kontrollat.

Artifatt Storiku

Question

B'referenza għad-diskors tal-Ministru Anton Refalo waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari tas-seduta 36, nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru, jista’ l-Ministru, permezz tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, jikkonferma jekk hux f'pożizzjoni li jgħid minn fejn oriġinat il-ġebla storika li għandu fil-ġnien privat tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1305.

Raħal Ġdid – Ħsarat fil-Pjazza Prinċipali

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2747 u 3087, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba dwar ħsarat fil-Pjazza prinċipali ta’ Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba parlamentari bin-numru 2056.