Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni jistennew servizz tat-terapija u r-riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5622 u 5267 u jgħid kemm hemm persuni jistennew servizz fir-rigward tat-terapija u r-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga bħalissa, struttura bi struttura?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’persuni jistennew servizz fir-rigward tat-terapija u r-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga bħalissa huma hekk :- Drugs Community Team 37 – dawn għandhom jinqdew sa xahar ieħor Detox Outpatients 6 – dawn għandhom jinqdew sat- 13 ta Frar Residential Units: Dar l-Impenn (In-patient Detox): Xejn Komunita’ Santa Marija: Xejn.

Ġinekoloġija u Kirurġija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5631, liema ġinekologi minn A sa G u liema kirurgi minn A sa K irtiraw jew ġew ingaġġati matul is-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Reżistenza kontra l-antibiotiċi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5633, minħabba r-reżistenza li żviluppat kontra dawn l-antibiotiċi, jistgħu jibdew jiġu provduti antibiotiċi aktar effettivi fl-interess tal-ġid komuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Djar tal-Anzjani — residenti u staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-Djar tal-Anzjani tal-gvern kemm hemm: a) Persuni: i) indipendenti? ii) semi dipendenti? iii) dipendenti? iv) b'dementia b) Staff grad bi grad?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5698 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

immigranti illegali bit-TB

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5423 u jgħid kemm kien l-ammont ta' immigranti illegali li nstabu li kellhom it-TB fl-aħħar 5 snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar ħames snin ġew irrappurtati 104 każ ta’ Tuberkulożi f’immigranti irregolari skond it-tabella t’hawn taħt: Sena Tuberkulozi fil-pulmun Tuberkulozi barra l-pulmun 2004 9 1 2005 9 6 2006 12 3 2007 11 8 2008 33 12
Leg 11 PQ #5700 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nuqqas ta' ħrieqi provduti mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5402 u jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm każi fejn persuni li jmorru jiġbru l-ħrieqi mid-dipartiment qed jgħidulhom li m'hemmx biżżejjed? Qed nibgħatlek separatament każ ta' persuna b'diżabilità li meta marret biex tiġbor 84, ingħatat biss 15.

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5785 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Infermiera — flus dovuti lilhom

Question

Jista' Ministru jieħu passi biex flus dovuti lil infermiera skond il-ftehim kollettiv mal-MUMN u wkoll ta' xiri li għamlu ta' tagħmir tal-informatika u l-komunikazzjoni jfittxu jitħallsu? Jista' jieħu passi biex ħlasijiet bħal dawn isiru b'mod regolari u mhux impjegati inkarigati minflok ma jipproċessaw it-talbiet li jsiru regolarment joqogħdu jigbruhom sakemm ilaħħqu ċerti ammonti? F'kull każ kemm hu n-numru ta' infermiera li għandhom jieħdu flus mid-Dipartiment tas-Saħħa, x'inhuma l-ammonti totali li jridu jitħallsu u għalxiex, u meta hemm il-ħsieb li tali flus jitħallsu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5790 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f’mistoqsija parlamentari 5176 rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5793 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5178 u jgħid x’kien l-ammont ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali li tħallsu lir-residenti ta’ Malta u ta’ Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ kull sena minflok kull kwart tas-sena mill-1999 ‘l hawn u jgħid kif kienu maqsumin f’benefiċċji kontributorji u f’benefiċċji mhux kontributorji u skond in-natura tal-benefiċċju? Jista’ jgħid kemm kienu l-benefiċjarji f’kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta oriġinali.

Kont tas-Saħħa

Question

B'referenza għall-prinċipju tal-kont tas-saħħa li hemm referenza dwaru fid-diskors tal-baġit 2006 paġna 69, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5620 u 5266 u jgħid kemm jirriżulta li kien għas-snin 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Applikazzjonijiet għal social housing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4553 u jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għal social housing sad-data tal-mistoqsija? Jista' jaqsam din l-informazzjoni f' a) irġiel u nisa b) kemm hemm separati c) single mothers u jgħid x'inhuma l-etajiet f'age groups tal-applikanti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema nisa ħol-fabbriki — shifts ta' bil-lejl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi regolament li permezz tiegħu, ħaddiema nisa fil-fabbriki jistgħu ma jaċċettawx li jaħdmu shift ta' bil-lejl kontra l-volontà tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ma jeżisti l-ebda regolament fl-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jimpedixxi ħaddiema nisa milli jaħdmu xogħol ta' bil-lejl fil-fabbriki.

Kumpanniji — four day week

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba aktar 'l isfel dwar il-kumpanniji u ħaddiema li qed jaħdmu bil-four day week: a) Minn Ottubru 2008 kemm hawn kumpanniji li qed jaħdmu fuq bażi ta' four day week? b) Liema huma dawn il-kumpanniji? ċ) Kemm iħaddmu nies dawn il-kumpanniji? d) Kemm huwa maħsub li se jdumu jaħdmu fuq bażi ta' four day week dawn l-istess kumpanniji? e) X'kienu ir-raġunijiet li ġabu dawn il-kumpanniji biex jiġġustifikaw din il-miżura li jaħdmu four day week? f) Hemm xi talbiet oħra quddiem id-dipartiment minn kumpanniji biex jaħdmu b'sigħat imnaqqsa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li meta id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta l-Impieg jirċievi talba biex ħaddiema jitpoġġew fuq ġimgha ta’ inqas xogħol issir spezzjoni fl-intrapriża konċernata biex tevalwa r-rikjesta u jsiru konsultazzjonijiet neċessarji ma min iħaddem u mal-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom. Fil-każ li jkun hemm raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba, tinħareg l-approvazzjoni għal-nuqqas fis-siegħat ta' xogħol, kull darba gal perjodu ta’ erba ġimgħat, skont kif stipulat fl’Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Matul l-2008 inħargu dawn l-awtorizzazjonijiet: · Trelleborg Sealing Solutions Ltd · Hetronic Malta Ltd · Methode Electronics Malta Ltd · Malta Moulds Ltd · Pamargan Products (Malta) Ltd (91 minn 155 impjegat) · Dold Industrial Automation Ltd · Powerswitch Ltd · Multi Packaging Ltd · Packprint Ltd · Waldorf Auto Services Centre Ltd (limitata ghal zewg kategoriji ta’ haddiema) F’Jannar 2009 inħargu dawn l-awtorizzazjonijiet: · Malta Moulds Ltd · Pamargan Products (Malta) Ltd (impjegati kollha) · Stainless Steel Products Ltd · Hetronic Malta Ltd · Methode Electronics Malta Ltd · Dold Industrial Automation Ltd · Powerswitch Ltd Informat ukoll li fil-preżent hawn disa’ kumpaniji li qed jaħdmu fuq bażi ta’ four day week li b’kollox iħaddmu 1208 impjegat bejnithom. Dawn huma: · Malta Moulds Ltd · Pamargan Products (Malta) Ltd · Stainless Steel Products Ltd · Hetronic Malta Ltd · Methode Electronics Malta Ltd · Dold Industrial Automation Ltd · Powerswitch Ltd · Multi Packaging Ltd · Packprint Ltd Informat ukoll li hija l-intrapriża li abbażi taċ-ċirkostanzi li ssib ruħha fihom, tiddeċiedi jekk għandhiex titlob permess biex taħdem fuq bażi ta’ four day week, partikolarjament bħala miżura tintuża biex ikunu jistgħu jiġu evitati redundancies . Tali permess jingħata għal perjodu ta’ mhux itwal minn erba’ ġimghat. Imbagħad hija l-kumpanija li tiddeċiedi jekk tridx titlob li testendi dan il-perjodu jew le. Ir-raġunijiet li ġabu dawn il-kumpaniji biex jiġġustifikaw din il-miżura kienet li dawn għaddejjin minn sitwazzjoni finanzjarja diffiċili u kellhom nuqqas sostanzjali fl-ordnijiet kawża tal- kriżi finanzjarja u ekonomika preżenti. Bħalissa ma hemmx talbiet oħra pendenti.

Servizzi għat-tfal b'diżabilità intelletwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilità intelletwali bħalissa li qed jużaw is-servizz taċ-child development and assessments unit (CDAU)? Kif huma mqassma skond l-età, subien u bniet? Liema huma s-servizzi li ngħataw lil dawn it-tfal? Kemm minnhom huma minn Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5866 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Organizzazzjonijiet Non-Governattivi — għajnuniet ta' fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Organizzazzjonijiet Non-Governattivi li huma rikonoxxuti mill-Gvern bħala NGOs li jikkwalifikaw għal għajnuniet ta' fondi mill-Unjoni Ewropea (Cohesion/Structural Fund)?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5875 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

riforma ta' liberazzjoni — kumpanniji fuq l-istock exchange

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riforma ta' liberazzjoni tinkludix ukoll kumpanniji li huma listed fuq l-istock exchange?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #5889 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mgarr — Oqbra - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4192 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti sabiex jinxtraw oqbra fiċ-ċimiterju tal-Imġarr?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5941 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdxin li ggradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2007/2008 bdew jaħdmu jew sabu xogħol f’Malta u Għawdex separatament minn meta ggradwaw ‘l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2007/2008 kien hemm 25 persuna li bdew jaħdmu f’Malta u Għawdex, 23 persuna sabu xogħol f’Malta u 2 persuni sabu xogħol f’Għawdex. Informat ukoll li kien hemm xi gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma gradwaw. Dawn mhumiex inklużi mal-25 persuna ta’ hawn fuq.

Awtorità tad-djar — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli l-persuna ndikata separatament, li għandha l-applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar, b' puntegg ta' 166 punt żgur, għad sallum ma ġiex allokat lilha fond tant meħtieġ? Jara l-Ministru li dan huwa każ li għandu jingħata l-attenzjoni immedjata u meħtieġa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.