Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Triq Santa Tereża - zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir zebra crossing, anke jekk b'mod temporanju, fi Triq Santa Tereza, Bormla fejn sa ftit ġimgħat ilu kien hemm pelican lights?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Transport Malta.

San Pawl il-Baħar — KSI - mains tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26939 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaċċerta li x-xogħol bil-mains tad-drenaġġ li jrid jitqiegħed fi Triq it-Tamar, Triq il-Port Ruman u Triq Alof Wignacourt, ilkoll f'San Pawl il-Baħar, isir qabel ma l-bdiewa li mill-art tagħhom iridu jgħaddu dawn il-mains fil-fatt jaħdmu l-istess art, għaliex inkella probabbilment jintilef aktar żmien biex il-mains jitqabbad mas-sistema sħiħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-dokumenti neċessarji sabiex tinħareġ l-offerta ntbagħtu fl-aħħar ġranet u għaldaqstant skont l-arranġamenti li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena l-offerta se toħroġ minn Transport Malta fil-ġimgħat li ġejjin. Hu ppjanat li ladarba jintagħżel il-kuntrattur x-xogħlijiet jitlestew sal-aħħar tas-sajf. Ninforma lill-Onor Interpellant li r-responsabbiltà tax-xogħlijiet xorta baqgħet fir-responsabbiltà tal-WSC u huwa biss il-ħruġ tal-offerti, l-għażla tal-kuntrattur u l-ħruġ tal-permessi neċessarji fir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Bus stops

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u fejn se jitneħħew bus-stops mir-rotot il-ġodda li se jkunu qed jintużaw għat-trasport pubbliku? Fl-istess ħin jista' jagħti tagħrif dwar kemm u fejn żdiedu bus stops matul ir-rotta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jindika jekk hux qed isaqsi d-domanda referibilment għal Malta u Għawdex kollha u jekk hux jitlob in-numru kumulattiv ta’ tibdiliet jew informazzjoni dwar kull bidla li qed issir.

Għawdex — bus terminus tar-Rabat

Question

Peress li l-bus terminus tar-Rabat, Għawdex jidher li se jintuża mill-Arriva biss, jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet se jkun hemm għat-turisti u għas-sidien tal-minibuses u tat-taxis fil-bus terminus jew x'imkien ieħor fir-Rabat stess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għall-coaches u minibuses tat-turisti se jinżamm u jibqa’ jintuża t-terminus temporanju li ġie mwaqqaf riċentament fil-parking prinċipali tar-Rabat, Għawdex. Rigward it-taxis dawn qatt ma kellhom parking spaces fit-terminus peress li dawn għandhom taxi stand fi Triq Putirjal, Rabat, liema taxi stand se tibqa’ topera kif kienet.

chauffeur driven car hire — użu mill-bus lane

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-kumpanija Arriva qed titlob li l-chauffeur driven car hire liċenzjati, ikunu esklużi mill-bus lanes? Jekk hu veru, ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa att kontra min għandu dan ix-xoghol u qed jiġi mkasbar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Arriva qatt ma talbet li l-vetturi liċenzjati biex jinkrew bħala vetturi għall-kiri bix-xufier ikunu esklużi milli jagħmlu użu mill-bus lanes. Id-deċiżjoni li vetturi ta’ dan it-tip ma jistgħux jagħmlu użu mill- bus lanes ittieħdet minn Transport Malta wara li din evalwat l-elementi kollha li għandhom jiġu kkunsidrati dwar liema vetturi tat-trasport pubbliku għandhom jitħallew jagħmlu użu mill- bus lanes ; kif isir f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropeja, fosthom ir-Renju Unit, li inċidentalment ukoll ma jippermettix vetturi għall-kiri milli jagħmlu użu mill- bus lanes . Fid-deċiżjoni tagħha ta’ liema vetturi jistgħu jagħmlu użu mill- bus lanes , l-awtorità fost l-oħrajn, ikkunsidrat l-impatt li dawn jista’ jkollhom fuq: l-effiċjenza tas-servizz tat-trasport pubbliku; l-immaniġġjar tat-traffiku; u l-impatt fuq il-bidla meħtieġa mill-użu ta’ trasport privat għall-użu tas-servizz tat-trasport pubbliku. Din id-deċiżjoni la hi att kontra min għandu dan it-tip ta’ xogħol u lanqas hija ntenzjonata biex tkasbar; iżda pjuttost għandha l-għan li tħajjar użu aktar tas-servizz tat-trasport pubbliku, għaliex jaf li dan se jkun moqdi aħjar minħabba li se jkollu priorità fuq it-traffiku normali.

Ħaż-Żabbar — toroq imkissrin

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir titjib fuq Triq Labour, Triq il-Foss sa fejn il-Mitħna, u Girdle Road ġewwa Ħaż-Żabbar, liema toroq jinsabu fi stat mill-aktar diżastruz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-każ ta' Triq il-Labour, Transport Malta qed tistenna li jiġi aġġudikat it-tender min-naħa tad-Dipartiment tal-Kuntratti, filwaqt li Girdle Road u Triq il-Foss jagħmlu parti minn proġett ikbar li jiġbor fih ir-rikostruzzjoni tat-toroq li se jwasslu għal Smart City. F'dan il-każ, Transport Malta qed tistenna l-permessi meħtieġa mingħand il-MEPA.

Persuni ta' nazzjonalità Awstraljana f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Awstraljana f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni ta' Nazzjonalità Asjatika f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Asjatika f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni ta' Nazzjonalità Amerika Latina f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Amerika Latina f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni ta' Nazzjonalità tal-Federazzjoni Russa f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità tal-Federazzjoni Russa f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni ta' Nazzjonalità Amerikana f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Amerikana f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni ta' Nazzjonalità Għarbija f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Għarbija f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Proġett ta' Bieb il-Belt, Parlament il-Ġdid u Teatru — flus imħallsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn, jiġifieri minn liema fond, tħallsu l-flus kollha li tħallsu s'issa in konnessjoni mal-Proġett ta' Bieb il-Belt/Parlament il-Ġdid/Teatru bla saqaf?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23443.

Wied il-Buni, Birżebbuġa — xogħlijiet ta' dredging

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdumu x-xogħlijiet ta' dredging li qed isiru mill-Freeport fin-naħa ta' Wied il-Buni, Birżebbuġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' dredging fin-naħa ta' Wied il-Buni, Birżebbuġa huma kkuntrattati mill-kumpannija privata Malta Freeport Terminlals Ltd. Ix-xogħlijiet ta' dredging fl-ilmijiet tal-Freeport mistennija jispiċċaw fl-aħħar ta' din is-sena 2011.(PA 7189/07) Ix-xogħlijiet ta' dredging ħdejn il-West quay hu maħsub li jibdew fl-aħħar kwart ta' din is-sena 2011. (PA 4819/07)

Ħ'Attard — tneħħija tal-venda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26825 u ċioe: Peress li bis-sistema ġdida tat-trasport pubbliku jidher li l-venda ta' Ħ'Attard se titneħħa, jista' l-Ministru jgħid kif iċ-ċittadini ta' Ħ'Attard jistgħu jużaw it-trasport pubbliku biex imorru l-Belt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-residenti ta’ Ħ’Attard li joqgħodu n-naħa ta’ Triq l-Imdina jistgħu jirkbu r-rotot diretti bin-numri 51, 52 u 53 mill-interchange li ser ikun hemm ġewwa Triq l-Imdina. Infurmat ukoll li ser ikun hemm rotta ċirkulari bin-numru 106 li titlaq minn Mater Dei, tgħaddi minn ġo Ħ’Attard minn Triq Birbal, Triq Lord Strickland, Triq il-Linja u Triq l-Imdina u tibqa’ sejra lejn l- interchange ta’ Ta’ Qali. Mill- interchange lura lejn Mater Dei r-rotta terġa’ tgħaddi minn ġo Ħ’Attard minn Triq il-Pitkali, quddiem l-isptar Santa Katerina, Triq il-Linja, Triq San Anton, tidħol Ħal Balzan minn Triq il-Kbira u tibqa’ sejra l-Wied ta’ Birkirkara u Triq in-Naxxar. Għaldaqstant, ir-residenti tan-naħa tal-isptar Santa Katerina jridu jirkbu r-Rotta 106 hi u sejra lejn l-isptar Mater Dei u minn hemm jibdlu l-karozza fuq il- Bus Stop ta’ Triq in-Naxxar ġewwa Birkirkara fejn jirkbu r-rotot 41, 42 jew 43 lejn il-Belt Valletta. Għażla oħra hi li jibdlu fl- interchange ta' Mater Dei fejn hemm aktar konnessjonijiet frekwenti għal Belt Valletta.

kumpanija Arriva — rotot għas-servizz tat-trasport

Question

B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 26837, peress li qed jissemma' mingħajr ma qatt ġie miċħud li l-gvern se jispiċċa jħallas mijiet t’eluf ta' euros f’multa u li dawn il-flus se jiġu mit-taxxi tal-poplu, ma jaħsibx il-Ministru li din hija raġuni speċifika u valida li tiġġustifika t-talba li saret fil-mistoqsija originali? Min se jinżamm accountable għal din in-nefqa żejda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda multa li se tiġi mħallsa minn Transport Malta f'dan ir-rigward.

Bugibba — Swimming zone

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk is-swimming zone taħt il-pjazza ta' Buġibba hijiex ser tinbidel milli kienet fis-snin imgħoddija? Meta hu mistenni li jitqiegħdu l-ħbula li jimmarkaw din iż-żona tal-għawm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-Swimmers' Zone taħt il-Pjazza ta' Buġibba tqiegħdet fil-15 ta' Ġunju 2011 u saret bħalma kienet is-sena l-oħra.

Valletta — mobile kiosk ġewwa City Gate

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, kienx jidditjeni liċenzja sabiex huwa jopera mobile kiosk ġewwa City Gate Valletta u dan qed jiġi spustjat minħabba x-xogħlijiet li qed isiru hemmhekk, bir-riżultat li l-arja li qed tiġi allokata lilu minflok l-arja li kellu, hija ta' metru u ftit bi ftit aktar minn żewġ metri kwadri ftit 'il barra minn Putirjal, liema arja fiha innifisha diġà hija limitata peress li jeżistu erba' pilastri fiha, u b'hekk bl-arja mogħtija lilu se jkun ferm diffiċli jopera l-gabbana tiegħu? Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex ġustament dan jingħata post aktar spazjuż?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Transport Malta — riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid, lokalità b'lokalità, fejn saru x-xogħlijiet minn Transport Malta in konnessjoni mar-riforma tat-trasport pubbliku, u jindika t-toroq fejn sar ix-xogħol u l-ispiża ta' kull biċċa xogħol, b'mod partikolari xogħlijiet fejn se jkun hemm bus stops u bus interchanges?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.