Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17832 u 18131 u jgħid għalfejn il-pool tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għal dawn l-aħħar xhur mhuwiex jintuża bl-istudenti jkollhom imorru f'faċilitajiet oħra biex jipprattikaw l-għawm, filwaqt li anzjani Siġġiwin qegħdin jiġu mċaħħda minn dan is-servizz li kien jiġi offrut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18228 u jgħid jekk is-sit li jinsab fiż-żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa (preċiżament bejn Triq is-Sagħtar u Triq il-Miġbħa) u li issa l-Gvern iddeċieda li jippermetti bini ta’ numru ta’ appartamenti, kienx is-sit identifikat li fuqu kienu ser isiru l-klassijiet temporanji f'containers sakemm tinbena/jew issir l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Learning Support Assistants – talbiet biex jirrapportaw fi skejjel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kap ta' skola għandux id-dritt li jitlob Learning Support Assistant (LSA) biex jirrapporta fi skola oħra dakinhar stess li l-istudent jew l-istudenti ma jattendux fl-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom il-kundizzjoni ADHD separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata tal-llum fl-iskejjel madwar Malta hemm 1,427 student li għandhom l-‘ADHD’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata tal-llum fl-iskejjel madwar Malta hemm 2,004 student li għandhom l-‘Awtiżmu’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom Down Syndrome separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata tal-llum fl-iskejjel madwar Malta hemm 71 student li għandhom l-‘Down Syndrome.
Skejjel — evacuation chair għal persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15799, 16554, 17071, 17377 u 17645 u jgħid f'liema skejjel hemm evacuation chair li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità f'każ li jkun hemm nirien fis-sular ta' fuq tal-istess skejjel?
Jista' l-Ministru jgħid xi nstab mill-Fact Finding Board li nħatar sabiex jara s-sitwazzjoni fl-Iskola Guardian Angel? Jista' jgħid ukoll x'kienu r-rakkomandazzjonijiet u azzjonijiet meħtieġa li rriżultaw minn dan il-Bord?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport tal-Fact Finding huwa wieħed kunfidenzjali, filwaqt li r-rakkomandazzjonijiet tal-bord jiġu evalwati u fejn neċessarju implimentati.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu skedat li jsir ix-xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park, f’Ħal Qormi, u x’tip ta’ xogħol se jsir?
Jista' l-Ministru jgħid meta sar xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, u x’tip ta’ xogħol sar matul l-2023 u sal-ġurnata li fiha qed tingħata din it-tweġiba, xahar b'xahar?
Malta Racing Club — Tiġrijiet bejn sewwieqa taż-żwiemel - Fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk EquestriMalta jew xi entità governattiva, għaddewx fondi lill-Malta Racing Club biex jorganizzaw tiġrijiet bejn sewwieqa taż-żwiemel Russi u oħrajn Maltin? Jista’ jgħid ukoll jekk fiċ-ċirkostanzi internazzjonali jaħsibx li dan kien għaqli jsir?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-EquestriMalta tassisti t-tiġrijiet u l-isport taż-żwiemel kemm mill-aspett amministrattiv u kif ukoll mill-aspett finanzjarju, bl-għan li jtejjeb dan l-isport fl-intier tiegħu.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-parteċipanti Russi;
1) Ma saqux taħt il-bandiera Russa u l-Malta Racing Club ġiet mitluba li timxi mal-protokolli maħruġa mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Il-protokolli huma applikabbli biss għal kompetizzjonijiet uffiċjali.
2) Ma kienetx parteċipazzjoni ta' tim, iżda individwali.
3) Ma telgħet fl-ebda ħin il-bandiera tar-Repubblika tar-Russja għall-kuntrarju tal-kumplament tal-pajjiżi l-oħra parteċipanti.
4) Is-sewwieqa ukoll ma libsux il-ġakketta nazzjonali ta' pajjiżhom.
Skejjel għal żgħażagħ b'diżabilità minn 16-il sena 'l fuq
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li jistgħu jattendu żgħażagħ b'diżabilità li għandhom minn 16-il sena 'l fuq u jekk hemmx waiting list għal dawn l-iskejjel? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li jinfetħu iktar skejjel għal żgħażagħ b'diżabilità li għandhom minn 16-il sena 'l fuq?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda waiting list għal żgħażagħ b’diżabilità minn 16-il sena 'l fuq għax l-iskejjel konċernati joffru s-sapport neċessarju sabiex jibqgħu għaddejin bil-proċess edukattiv tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder' separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17832 u jgħid għalfejn il-pool tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għal dawn l-aħħar xhur mhuwiex jintuża bl-istudenti jkollhom imorru f'faċilitajiet oħra biex jipprattikaw l-għawm, filwaqt li anzjani Siġġiwin qegħdin jiġu mċaħħda minn dan is-servizz li kien jiġi offrut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Malti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17813 u jagħti separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Malti u
b. visiting lecturer tal-Malti
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ingliż
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17814 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Ingliż u
b. visiting lecturer tal-Ingliż
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ekonomija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17815 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Ekonomija u
b. visiting lecturer tal-Ekonomija
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers fil-Fakultà tal-Liġi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17816 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer fil-Fakultà tal-Liġi u
b. visiting lecturer fil-Fakultà tal-Liġi
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.