B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10692 fejn kien ingħad li Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex 'mhuwiex il-mument li ssir mill-ġdid peress li fil-viċinanzi għaddej proġett kbir ieħor li l-entratura għalih huwa mill-imsemmija triq', u peress li fil-bidu tax-xahar ta' Novembru 2019 ser jiġi inawgurat dan il-proġett kbir tal-Gozo Innovation Hub, u li l-uniku entratura ta' dan il-proġett huwa min Triq il-Pitkalija, tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġux it-tenders, meta ħarġu u meta ġew awarded biex din it-triq tinbena mill-ġdid, jinbidlu s-servizzi, isir storm water culvert, isiru bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq u jsir id-dawl lil din it-triq? Tista’ tgħid meta ser jibda x-xogħol infrastrutturali fuq din it-triq u jekk hux ħa jkun lest kollu kemm hu qabel issir iċ-ċerimonja ta' inawgurazzjoni tal-Gozo Innovation Hub?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba għall-kwotazzjonijiet ġiet mitluba nhar it-18 ta’ Ottubru 2019 u għalqet nhar il-25 ta’ Ottubru 2019. B’kollox kienu sottomessi erba’ sottomissjonijiet u li minnhom intgħażlet l-orħos offerta. Ix-xogħol beda u huwa mistenni li jitlesta fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru 2019. Ix-xogħol fit-triq ġie skedat skont ix-xogħol fuq il-proġett.
Proġett ta’ triq alternattiva għad-daħla tal-Belt Victoria
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta’ triq alternattiva għad-daħla tal-Belt Victoria, u tgħid fil-konkret x'sar sa issa u tgħid x'hemm ippjanat li jsir fil-ġimgħat li ġejjin? Tista’ tgħid ukoll min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett, kemm-il siegħa xogħol għamel sa issa u kemm tħallas għal dan ix-xogħol li diġà għamel? Tista’ tgħid jekk sarux xi laqgħat ta' konsultazzjoni u informazzjoni għall-stakeholders u għall-persuni li ser jintlaqtu minn dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 10025 dwar il-proċess tal-għażla tal-periti.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10725 kollha kemm hi u tgħid min huma l-periti/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett tal-Master Plan tar-Ramla? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija, x'esperjenzi u kwalifiċi għandhom fi proġetti marittimi u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija? Tista’ tgħid ukoll kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol għamel/għamlet fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Master Plan tar-Ramla matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11419.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10621 li ngħatat fl-20 ta’ Ġunju 2019 fejn intqal li kienu ġew ikkanċellati t-tenders għall-proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq iż-Żewwieqa fil-Qala u Triq ta’ Isopu fin-Nadur, u li kellhom joħorġu tenders mill-ġdid permezz ta’ Negotiated Procedure, tista’ l-Ministru tgħid jekk inbedix il-proċess ta’ tendering (negotiated procedure) skont LN352/16 għal dawn iż-żewġ toroq u ġiex konkluż? It-tenders ingħataw?? Meta hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq dawn iż-żewġ toroq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ Negotiated Procedure qiegħed fl-istadju preparatorju, u t-tender għandu jiġi pproċessat fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10499, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet li għadu ma sar ebda tip ta’ xogħol ta’ emerġenza f’parti mill-ħajt tat-triq tal-Bajja tax-Xwejni, peress li jinsab fi stat ħażin ħafna u ta’ periklu kbir għan-nies u turisti li jiffrekwentaw din il-bajja matul is-sena? F’liema xahar u sena hu ppjanat li se jibda x-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li x-xogħlijiet se jsiru biswit il-bajja, il-Ministeru għal Għawdex intalab biex jissottometti applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar (PA), qabel ma jibdew ix-xogħlijiet imsemmija. L-applikazzjoni ġiet approvata nhar l-1 ta’ Ottubru, 2019. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-blokkok tal-konkos (Pre-cast) u fil-ġimgħat li ġejjin għandhom jibdew ix-xogħlijiet fuq is-sit.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10810, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja tal-konklużjonijiet tal-istudji li saru minn esperti lokali u barranin dwar it-tafal u l-movimenti fi Triq l-Imġarr fin-Nadur? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-disinn li ġie mħejji biex jilqa' għall-isfidi kkaġunati mill-moviment tat-tafal? Tista' tgħid min kien responsabbli jħejji dan id-disinn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10642, li ngħatat fl-24 ta Ġunju 2019, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-ewwel fażijiet għar-riġenerazzjoni u l-Master Plan tax-Xlendi li huma faċilitajiet għas-sajjieda u riġenerazzjoni tal-boathouses tlestewx u jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma tlestewx, min se jerfa’ r-responsabilità għalfejn għadhom ma tlestewx u meta ser jitlestew?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dry standing area tax-Xlendi.
Min-naħa l-oħra, ix-xogħol fuq il-
boathouses
, li kien jinkludi tibdil tas-soqfa, tlesta kważi kollu. Infatti għad fadal biss
boathouse
waħda li għad jrid jsir xogħol fuqha. Dan ix-xogħol huwa mistenni li jitlesta fi żmien ħmistax oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentarii 10642, li ngħatat fl-24 ta’ Ġunju 2019, fejn ingħad li 'ix-xogħol fuq il-parkeġġ tax-Xlendi hu skedat li jibda wara is-sajf' tista’ l-Ministru tgħid jekk it-tenders ħarġux, u jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux it-tenders biex isir ix-xogħol neċessarju fuq il-parkeġġ u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender qed jiġi vvettjat u għadu ma ġiex ippubblikat biex jinkorpora elementi teknoloġiċi u ekoloġiċi addizzjonali skont kif imħabbar fil-Baġit 2020.
Għawdex – manutenzjoni, provvista u ġbir ta’ skips
Question
Tista' l-Ministru tgħid min qed jipprovdi s-servizz ta' provvista, manutenzjoni u ġbir regolari ta' skips miftuħa f' diversi siti f'Għawdex, kif intgħażel u kemm tħallas s’issa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-servizz qiegħed jingħata mill-kumpanija Sultech & Co. Ltd. Din il-kumpanija intgħażlet wara sejħa għall-offerti u s’issa tħallset is-somma ta’ €6,086.91 VAT inkluż.
Għawdex – Għajnsielem – area tal-Fessej – open skips
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-kuntrattur li qed jipprovdi s-servizz ta' 'Open Skips' ġewwa l-area tal-Fessej f'Għajnsielem Għawdex? Tista’ tgħid ukoll ħarġitx sejħa pubblika, fejn ħarġet u meta ħarġet u kemm damet miftuħa s-sejħa pubblika? Jekk le, x'inhi r-raġuni li ma ħarġitx sejħa pubblika? Kemm ilu jipprovdi dan is-servizz il-kuntrattur u kemm kien u qed jitħallas għal kull tunnellata u għal kull open skip? Kif ġiet stabbilita r-rata ta’ ħlas? S’issa kemm tħallas globalment il-kuntrattur?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanjia Sultech & Co. Ltd qiegħda tipprovdi s-servizz ta’ ġarr tal-open skips. Is-sejħa għall-offerti permezz ta’ hand quotation ħarġet fil-11 ta’ Diċembru u għalqet fit-12 ta’ Diċembru 2018. Ma ħarġitx sejħa pubblika għaliex is-servizz ried jibda jingħata b’mod urġenti. Sadanittant inħarġu żewġ sejħiet oħra pubbliċi.
L-ewwel sejħa pubblika għall-offerti ġiet ippubblikata fl-24 ta’ Jannar 2019 u għalqet fis-27 ta’ Frar 2019. Din is-sejħa kellha tiġi kkanċellata abażi tal-artiklu 18.3 (b) tal-
General Rules Governing Tenders.
It-tieni sejħa ħarġet fil-26 ta’ Mejju 2019 u għalqet fl-10 ta’ Ġunju 2019. Din is-sejħa ma ġietx
awarded
minħabba appell li tqajjem minn wieħed mill-offerenti waqt l-istadju ta’ appell.
Dan is-servizz ilu jingħata mill-kumpanija Sultech & Co. Ltd. minn Diċembru 2018 u qiegħed jingħata bir-rata ta’ €49.60 VAT eskluż, għal kull
open skip
trasportat. Ir-rata ta’ ħlas ġiet stabbilita permezz tal-orħos offerta li ntefgħet. S’issa l-kuntrattur tħallas is-somma ta’ €6,086.91 VAT inkluż.
Ministeru għal Għawdex — servizz ta' kumpanija għal microtargeting
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità li taqgħa taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex ma użat servizzi tad-ditta legali msemmija mis-sena 2013 sal-lum.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus fuq il-kunċett ta' Eko Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum? Tista' tagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot ta' Eko Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum u għal xiex sar kull pagament? Tista' tgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10725 kollha kemm hi u tgħid min huma l-periti/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett tal-Master Plan tar-Ramla? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija, x'esperjenzi u kwalifiċi għandhom fi proġetti marittimi u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol għamel/għamlet fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Master Plan tar-Ramla matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 10725.
Nerġa ninfurmah li l-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu, li huma kollha mqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Biex inseraħlu moħħu ngħidlu li ħarġet e-tender MGOZ/MPU T 29/2018 għal Framework Agreement for the Provision of Architectural Professional Services for the Minsitry for Gozo. Meta l-Ministeru ikollu bżonn servizzi ta’ periti, jagħmel Call-Off bejn il-periti li kienu urew interess li jagħtu is-servizzi tagħhom u skont l-orħos offerta tingħata l-award ta’ dak ix-xogħol partikolari.
Tista' l-Ministru tgħid liema parroċċi u istituzzjonijiet tal-knisja f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tagħha jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Ġunju 2017 sal-lum? Tista' tgħid f'kull każ kemm kien l-ammont jew għajnuna oħra li ngħatat jew ġie miftiehem li jingħata lil kull parroċċa u għal liema skop ingħata?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra
Tista' l-Ministru, tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Ġunju 2017 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11287.
Min-naħa l-oħra, it-tender ġie kkanċellat peress li l-offerti kienu administratively jew technically non-compliant. Għaldaqstant, it-tender se jerġa’ jiġi ppubblikat hekk kif jgħaddi l-Appeals Period.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL4039 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 270, nhar it-Tlieta, 29 ta' Ottubru 2019)
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inbena Housing Soċjali ġdid ġewwa Għawdex mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tgħid kemm-il appartament ġdid u garaxxijiet ġodda (Housing Soċjali ġdid) ser jinbena ġewwa Taċ-Ċawla r-Rabat Għawdex? Tista’ tikkonferma li f'dawn l-aħħar ġranet it-tender għal-xogħol ta' kostruzzjoni ġiet ikkanċellata? U jekk iva x'inhuma r-raġunijet li din it-tender ġiet ikkanċellata u x'inhu ppjanat li jsir wara dak li ġara?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11287.
Min-naħa l-oħra, it-tender ġie kkanċellat peress li l-offerti kienu administratively jew technically non-compliant. Għaldaqstant, it-tender se jerġa’ jiġi ppubblikat hekk kif jgħaddi l-Appeals Period.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10073 u taġġorna dwar x’sar mit-3 ta’ Ġunju 2017 sal-lum dwar ir-riġenerazzjoni u l-Master Plan ta’ Marsalforn u x’hemm ippjanat li jsir (proġetti infrastrutturali) sas-sajf 2020? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa fuq Marsalforn mill-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar sentejn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol beda.
Marsalforn Għawdex – Toroq Santa Marija u Qbajjar – pjanijiet – surveys tekniċi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10730, tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux is-surveys tekniċi u x’irriżulta minn dawn is-surveys fuq it-toroq Santa Marija u Qbajjar f’Marsalforn u taġġorna lill-Kamra dwar fiex waslu l-pjanijiet għal dawn it-toroq u jekk humiex ser isiru matul is-sena 2020?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-surveys (livelli) saru fuq l-imsemmija toroq f’Marsalforn u qed jiġu preparati t-tenders.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10693 u tagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mit-8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta’ Ġunju 2017? Tista’ f’kull każ tgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 10693.
Il-Pitkalija t’Għawdex – kontenituri ta’ ħxejjex u frott
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul is-sena 2019 kienx hemm rapporti jew ilmenti rigward il-Pitkalija t’Għawdex dwar kontenituri ta’ ħxejjex u/jew frott li ma kinux nodfa? Jekk iva, kemm kien hemm rapporti xahar b’xahar u x’sar jew x’qed isir biex dawn ir-rapporti jew ilmenti jiġu indirizzati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2019 id-Direttorat għall-Affarijiet Rurali ta’ Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ma irċieva l-ebda ilment fuq kaxxi tal-Pitkalija li ma kinux nodfa.