Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #17338 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta’ ’l fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies ta’ ’l fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu, jew qegħdin fuq il-payroll tal-Gvern u kemm minnhom huma persons of trust?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li huma tmienja l-persons of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li huma l-fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu u l-ebda wieħed minnhom ma hu uffiċjal pubbliku.
Leg 13 PQ #16981 Sitting 402 2020-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16811 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm tmien ħaddiema nisa u ħamsa irġiel li applikaw ghat-teleworking. L-applikazzjonijiet tagħhom ġew milqugħa. Jidher ċar illi kull min talab b’mod formali sabiex jaħdem bit-teleworking, it-talba tiegħu jew tagħha ġiet milqugħa.
Leg 13 PQ #16901 Sitting 400 2020-11-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pandemija — Direttiva 13

Question

Peress li d-Direttiva numru 13 daħlet fis-seħħ fit-13 ta’ Marzu 2020, ġiet estiża fis-27 ta’ April 2020 imma ġiet revokata fit-2 ta’ Ġunju 2020, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, hux se jerġa’ jattiva din id-direttiva li tirregolarizza l-possibiltà li ħaddiema fis-settur pubbliku jaħdmu mid-dar minħabba l-pandemija tal-COVID-19?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li kif diġà ntqal pubblikament għal aktar minn darba, hemm direzzjoni ċara mis-Segretarju Permanenti Ewlieni biex talbiet għal telework f’dawn iċ-ċirkustanzi ma jiġux rifjutati sakemm kull dipartiment jassikura li s-servizz lill-klijenti jibqa’ mhux mittiefes.
Leg 13 PQ #17204 Sitting 400 2020-11-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru — Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka d-destinazzjoni, id-data u minn min kien akkumpanjat f’kull safra l-Prim Ministru bejn Frar u Mejju 2017? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni ta’ kull okkażjoni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5667.
Leg 13 PQ #17087 Sitting 399 2020-11-11 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16704 u jgħid kemm hemm bħala numru, konsulenti mqabbdin mill-uffiċċju tiegħu, kemm jieħdu bħala rimunerazzjoni u kif ġew maħtura?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tliet konsulenti mqabbdin mill-uffiċċju tiegħi fuq bażi ta’ persons of trust. Wieħed hu ngaġġat fuq Skala 3 u tnejn bħala part-timers fuq Skala 3 u Skala 12 pro-rata rispettivament.
Leg 13 PQ #17078 Sitting 398 2020-11-10 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar tal-Gvern — Spiża

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15980 u jgħid kemm intefaq flus fuq safar mill-Gvern fl-2019?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 16287.
Leg 13 PQ #17079 Sitting 398 2020-11-10 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li għaddew Medical Board u reġgħu bdew jaħdmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15986 u jgħid kemm hemm persuni li għaddew Medical Board mill-2013 sal-lum u kemm minnhom, jekk hemm, reġgħu bdew jaħdmu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-figuri tal-Medical Board kif annessi hawn taħt huma minn mindu l-istess bord beda jaqa’ taħt il-People & Standards Division fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Sena Persuni li għaddew Medical Board Re-instated 2018 39 2 2019 29 7 2020 18 3
Leg 13 PQ #16865 Sitting 397 2020-11-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li huma minn skala 6 'l fuq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-pagi fis-settur pubbliku jsegwu l-ftehim kollettiv tal-entità partikolari u mhux l-iskali ta’ pagi fis-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #17075 Sitting 397 2020-11-09 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq komunikazzjoni lill-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15759, 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #17038 Sitting 395 2020-11-06 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħaddiema li għandhom diżabilità

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6302 u 15626, jista’ l-Prim Ministru jindika kemm hemm persuni b’diżabilità li huma ħaddiema fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 16570.
Leg 13 PQ #16847 Sitting 390 2020-11-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li kien hemm 25 ħaddiem tas-settur pubbliku fid-dekasteru tal-Prim Ministru li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19 mill-1 ta’Marzu 2020 sal-llum.
Leg 13 PQ #17022 Sitting 390 2020-11-04 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stat ta’ Emerġenza fis-Saħħa Pubblika

Question

Peress li l-aħħar li kien issejjaħ stat ta’ emerġenza fis-Saħħa Pubblika kien l-1 ta’ April 2020 meta fil-gżejjer Maltin kien hawn 186 każijiet attivi u dan kien tneħħa fl-aħħar ta’ Ġunju, u peress li llum hawn aktar minn 2,000 każ attiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid min għandu dmir isejjaħ stat ta’ emerġenza fis-Saħħa Pubblika, jekk hux il-Prim Ministru jew is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika? Jekk hu s-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, x’qed iżomm biex terġa’ tissejjaħ stat ta’ emerġenza?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija ma tinkwadrax fil-parametri tal-Artiklu 27 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati.
Leg 13 PQ #16898 Sitting 388 2020-11-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tender (Tender for the provision of videographic services to cover Government activities in GozoCfT CA Unique ID:DOI 5/2020)

Question

Jista’ l-Prim Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender (Tender for the provision of videographic services to cover Government activities in GozoCfT CA Unique ID:DOI 5/2020) li għalqet fil-5 ta' Ġunju 2020, u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din l-imsemmija tender għadha ma ġietx awarded?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li dan it-tender ġie awarded, fil-21 ta’ Ottubru 2020.
Leg 13 PQ #16829 Sitting 384 2020-10-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema infettati bil-Covid-19

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li ma kienx hemm ħaddiema tas-settur pubbliku fid-dekasteru tal-Prim Ministru li kienu infettati mill-COVID-19.
Leg 13 PQ #16926 Sitting 384 2020-10-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti ta' konsulenzi legali lil avukati u ditti legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka l-kuntratti kollha ta’ konsulenzi legali lil kull avukat u kull ditta legali minn kull entità li taqa’ taħtu li ngħataw mil-1 ta’ Marzu 2013 sa Jannar 2020? Jistax għal kull każ, jgħid x’kien l-ammont imħallas u l-isem tal-avukat/ditta?

Response (ABELA, ROBERT)

Rigward l-NDSF, nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 11999. Ninsab ukoll nfurmat li fl-2020 din l-entita tat kuntratt ta’ konsulenza legali lill Dalli Advocates għal-ammont ta’ €2,970.0. Ninsab ukoll nfurmat li s-Servizz.gov tat kuntratt ta’konsulenza legali lid-ditta legali SZA fejn fl-2017 l-ammont kien ta’€289.10, fl-2018 l-ammont kien ta’ €1,073.80 u fl-2019 l-ammont kien ta’€3,510.50.
Leg 13 PQ #16505 Sitting 379 2020-10-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – diffikultà għall-ingaġġ tal-istudenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-istudenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex isibu diffikultajiet sabiex jiġu ingaġġati għax-xogħol f’setturi kliniċi u jekk iva x’inhuma kif ukoll x’passi qegħdin jittieħdu sabiex jiġu solvuti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16503.
Leg 13 PQ #16811 Sitting 379 2020-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #16722 Sitting 378 2020-10-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li ebda entita fid-dekasteru tal-Prim Ministru ma ħalset kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Leg 13 PQ #16704 Sitting 377 2020-10-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm bħala numru, konsulenti mqabbdin mill-uffiċċju tiegħu, kemm jieħdu bħala rimunerazzjoni u kif ġew maħtura?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #16349 Sitting 374 2020-10-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li hemm 33 spazju riservat li 4 minnhom huma temporanji u dawn jintużaw minn diversi uffiċċji u dipartimenti fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.