Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilita — Standards Nazzjonali
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28025 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm saru sorveljanza mill-Health Care Standards Directorate fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali/Hostels, meta saru dawn iż-żjarat u f’liema Residenza saru dawn iż-żjarat ta’ sorveljanza matul din il-Leġiżlatura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Health Care Standards Directorate jagħmel kemm spezzjonijiet għal għarrieda jew bħala parti minn investigazzjoni ta’ lmenti li jkun irċieva kif ukoll spezzjonijiet ippjanati. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista tal-ispezzjonijiet li saru mill-Health Care Standards Directorate matul din il-leġiżlatura sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi proċedura hemm biex persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali tibda tirċievi s-Servizz ta’ Outreach? Min huwa responsabbli minn dan is-servizz? Hemm xi waiting list biex persuna tinqeda minn dan is-servizz? Kemm huwa ż-żmien li persuna tistenna biex tirċievi dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-persuni li jkollhom bżonn is-servizz tal-Outreach jiġu riferuti mill-Konsulenti Psikjatriċi rispettivi tagħhom. Dan is-servizz jaqa` taħt ir-responsabbilta’ tas-Senior Nurse Manager u Charge Nurse.
M`hemm l-ebda lista ta` stennija u persuna tiġi segwita immedjatament .
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hawn persuni f’Malta u f’Għawdex li jbatu bid-dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li jbatu bid-dijabete u jieħdu xi mediċina b’xejn relatata ma din il-kundizzjoni sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena huwa ta’ 30, 677.
Ninfurmah ukoll illi n-numru attwali ikun xi ftit akbar għaliex ikun hemm ftit pazjenti li jikkontrollaw din il-kundizzjoni bid-dieta biss u oħrajn li jagħżlu li ma jużawx mediċinali b'xejn milli jipprovdi l-istat. Skont l-iStħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa (EHIS) li sar fl-2015, 8.5% mill-popolazzoni ta' eta' 'l fuq minn 15-il sena iddikkjaraw li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete. Dan jammonta għal madwar 33, 600 persuna. Dan in-numru ma jinkludix dawk li jsofru minn din il-kundizzjoni imma għadhom ma jafux. Filfatt riżultati preliminari ta’ studju nazzjonali li għaddej bħalissa jindikaw li n-numru jista’ jkun akbar.
Spiża totali nazzjonali marbuta mal-inċidenza tad-Dijabete
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hi l-ispiża totali nazzjonali marbuta mal-inċidenza tad-dijabete f’pajjiżna (Spiża; preventive measures, kura primarja, hospitalization, mediċini, surgery, telf ta’ ġranet ta’ xogħol eċċ.)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Mediku għandu l-jedd li jimponi penali amministrativa bis-saħħa tas-setgħat mogħtija bl-Avviż Legali 38 ta’ 2009, Regolamenti tal-2009 dwar Penali imposti mill-istess Kunsill Mediku. It-tieni Artiklu tal-imsemmi Avviż Legali jistipula li f’dawk il-każijiet li l-Kunsill Mediku ikun sodisfatt li akkuża li tinġieb kontra professjonist tkun ġiet ippruvata, dan il-Kunsill jista’ jimponi penali ta’ mhux iżjed minn għoxrin elf euro. Artiklu 3 ikompli jispecifika li “jekk professjonist jonqos milli jħallas dik il-penali li tiġi imposta fuqu fi żmien tliet xhur mid-data meta tiġi imposta dik il-penali, għaldaqstant il-Kunsill Mediku għandu jordna li isem il-professjonist jiġi kanċellat mir-reġistru adatt mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda avviż ieħor.”
Is-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika huwa l-Awtorità dwar il-Liċenzjar għall-għanijiet tal-Att dwar il-Medicini, Kap 458, u għalhekk ukoll għandu l-jedd li jimponi penali amministrativa bis-saħħa ta’ Artiklu 100 tal-Att hekk imsemmi meta persuna tkun ikkommettiet reat kontra dan l-Att jew xi regolamenti jew regoli magħmulin taħtu. Artiklu 100 (3) jesiġi li
“Il-Ministru għandu jippreskrivi l-penalitajiet li jistgħu jintalbu mill-Awtorità dwar il-Liċenzjar dwar xi reat speċifikat: I
żda penali bħal dik ma għandhiex tkun teċċedi ammont ta’ tlieta u għoxrin elf u mitejn u tlieta u disgħin euro u tlieta u sebgħin ċenteżmu (23,293.73).
”
Meta tinkiser id-dispożizzjoni tal-Artiklu hekk imsemmi, jidħol fis-seħħ Artiklu 100 (5) li jispeċifka li
“
Meta l-persuna li jingħatalha l-avviż taħt is-subartikolu ma tħallasx il-penali fi żmien il-perjodu ta’ wieħed u għoxrin ġurnata msemmi fis-subartikolu (3) u ma osservatx, fiż-żmien speċifikat, il-ħtiġiet ta’ dan l-Att, jistgħu jittieħdu proċedimenti ordinarji kontriha skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, ta’ dan l-Att u ta’ kull liġi oħra li t
kun tapplika dwar ir-reat.”
Ninfurmah ukoll illi skont l-Avviż Legali 32 tal-2015,
Regolamenti tal-2015 dwar l-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni
,(KAP. 524)Artiklu 18(9) ‘
Multa amministrattiva imposta ma għandhiex, sakemm ma jkunx xort’oħra provdut minn jew taħt l-Att, teċċedi t-tliet mija u disgħa u erbgħin elf u erba’ mitt euro (€349,400) għal kull ksur jew nuqqas ta’ konformità u, jew ħdax-il-elf u sitt mitt euro (€11,600) għal kull jum ta’ ksur jew nuqqas ta’ konformità skont il-ka
ż li jkun.
Iżda jekk l-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu ksur huma mwettqa minn impriża u l-Awtorit
à tqis li l-att jew ommissjoni għandhom effetti partikolarment sinifikanti għad-detriment tal-klijenti u, jew pazjenti, l-ammont iddikjarat li jista’ jiġi impost bħala
multa amministrattiva jista’ jiżdied għal ammont li ma jkunx aktar minn ħamsa fil-mija tal-fatturat tal-impriża fis-sena kalendarja minnufih qabel i
s-sena li fiha l-ksur ikun sehh.Kull multa imposta kuljum tista’ tkun retroattiva għad-data tal-att jew ommissjoni jew tal-bidu tal-ksur
.’
San Maison Elderly Home – trasferiment ta’ pazjenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid hux minnu li d-Dar tal-Anzjoni ta’ Sa Maison Home se tagħlaq? Jekk fl-affermattiv, billi hemm numru ta’ pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli traferit f’din il-home, jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid fejn se jmorru jekk tagħlaq din il-home ? Kemm hemm pazjenti trasferiti mill-Isptar Monte Carmeli għal San Miason? Jekk dawn il-pazjenti jiġu trasferiti f’post ieħor min se jħallas u kemm se jitħallas għal kull pazjent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dar tal-Anzjani ta’ Sa Maison ser tingħalaq minħabba xi xogħol ta’ rinovar f’din l-istess dar, filwaqt li ser ikunu qed jinfetħu żewġt idjar oħra li permezz tagħhom ser jospitaw 40 pazjent li kienu ġew trasferiti mill-isptar Monte Carmeli fis-sena 2003 taħt l-iskema Extended Care System. Trattativi mad-diriġenti ta’ Sa Maison għadhom għaddejin.
Hemm ukoll 18 pazjenti oħra li ġew trasferiti f’
Sa Maison
matul Novembru tal-2017 peress li kien qed isiru xi xogħlijiet strutturali fl-isptar Monte Carmeli. Dawn il-pazjenti ser jiġu trasferiti f’dar oħra tal-anzjani liema negozjati għadhom ukoll għaddejjin.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li uffiċjali tas-Sanità jkunu jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa biex irażżnu ż-żieda fin-numru ta' ġrieden li hemm f'Triq Familja Cumbo fil-Mosta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġew irreġistrati l-ebda lmenti mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rigward il-problema ta’ infestazzjoni ta’ ġrieden fit-triq indikata. Hekk kif saret din il-mistoqsija parlamentari ntbagħtu ħaddiema mit-Taqsima tal-Pest Control fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u għamlu trattament għal kontra l-ġrieden fiż-żona. L-istess trattament ser jiġi ripetut fi żmien ħmistax il-ġurnata.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jsir l-MRI (bil-loppju) lill-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-aktar fis, minħabba l-istat ħażin li tinsab fih?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament liema każ huwa urġenti imma l-appuntament huwa għas-7 ta’ Diċembru 2018 f'Mater Dei? Possibbli l-Ministru jara li dan l-appuntament isir qabel minħabba l-urġenza tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5935, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm residenti fl-Isptar Monte Carmeli li l-ispiża tagħhom għal kull ġurnata, tlaħħaq bejn wieħed u ieħor:
(a) minn €76 sa €99
(b) minn €100 sa €299
(c) minn €300 sa €499
(d) minn €500 sa €654?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 kien hemm 83% (tlieta u tmenin fil-mija) tal-pazjenti li għal kull ġurnata fl-isptar Monte Carmeli l-ispiża kienet minn €76 sa €99, 11% (ħdax fil-mija) li l-ispiża kienet minn €100 sa €299, 1.5% (wieħed punt ħamsa fil-mija) li kienet minn €300 sa €499 u 4.5% (erbgħa punt ħamsa fil-mija) minn €500 sa €654.
Ministeru – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar il-proġett ta' estensjoni (bini ta’ aktar oqbra) fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? It-tender ġie awarded? Minn min hu ffurmat il-konsorzju li rebaħ it-tender u se jagħmel ix-xogħol? Meta hu ppjanat li jibda u jitlesta x-xogħol ta' din l-estensjoni f’dan iċ-Ċimiterju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-riżultat u r-rapport tal-evalwazzjoni fuq il-proġett tal-Addolorata ġie sottomess lid-Dipartiment tal-Kuntratti. Il-Konsorzju rebbieħ huwa Campo-Santo. Hekk kif jiġi ffirmat il-kuntratt jkun jista’ jibda x-xogħol. Huwa ppjanat li l-estenzjoni tal-oqbra titlesta sa massimu ta’ 36 xahar minn meta jinbeda x-xogħol.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23156 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża bejn wieħed u ieħor għal kull ġurnata ta’ resident li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża ta’ sodda kuljum fl-Isptar Monte Carmeli tvarja skont it-trattament u l-kura li jkun jeħtieġ il-pazjent kkonċernat u tvarja bejn €76 u €654.
Sptar Monte Carmeli – postijiet vakanti ta’ psikjatri, infermiera u social workers
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministu u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm postijiet vakanti ta’ psikjatri, infermiera u social worker fl-Isptar Monte Carmeli?
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Standards Nazzjonali tas-Servizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-iStandards Nazzjonali tad-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità se jiġux applikati wkoll għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull proġett residenzjali fil-komunità ġħal persuni b`nuqqas tas-saħħa mentali jiġi awtorizzat mill-Commission for the Rights of Persons with Disability (CRPD) qabel jinħarġu l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar, waqt li jsiru spezzjonijiet mid-Dipartiment għar-Regolamentazzjoni tas-Saħħa li japplika standards skont il-liċenzja maħruġa.
B’referenza għall-Press Release li ħareġ il-Ministeru għas-Saħħa fuq allegat każ ta’ avvelenament tal-ikel li ġie kkonsmat mit-tobba tal-Isptar Monte Carmeli fil-weekend tas-27 ta’ April 2018, jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-investigazzjoni kif ukoll kopja tar-riżultati tal-kampjuni li ttieħdu? Jista’ jgħid x’azzjonijiet ser jittieħdu f’każ li tinstab xi ħaġa ħażina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar is-27 sat-28 t’April ġie organizzat avveniment għat-tobba tal-isptar Monte Karmeli, fejn attendew 47 persuna. 17 milli attendew, żviluppalhom gastroenterite wara li kkunsmaw ikel li kien ġie ordnat minn kumpanija tal-outside catering u li kien servut waqt dan l-istess avveniment. Wieħed mill-każijiet kellu jittieħed għal kura fl-Isptar Mater Dei. Is-sintomi ma damux aktar minn jumejn. Immedjatament uffiċjali għas-saħħa ambjentali ssejħu sabiex jibdew l-investigazzjonijiet neċessarji waqt li numru ta’ pazjenti pprovdew kampjun tal-ippurgar tagħhom iżda ma ġie isolat l-ebda mikrobu.
Saru diversi spezzjonijiet kemm fil-post fejn ġie offrut tali ikel kif ukoll ġewwa l-istabbilimenti fejn ġie ppreparat l-ikel. Waqt l-imsemmija spezzjonijiet ġew elevati numru ta’ kampjuni tal-ikel li seta’ kien involut fil-każ indikat, kif ukoll ittieħdu
swabs
.
Madanakollu, it-testijiet
mikrobijoloġiċi
kollha rriżultaw fin-negattiv.
Ministeru għal Għawdex – bini li kien inbena mill-flus ta’ Eko-Għawdex
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4265 u jgħid għal xiex qed jintuża llum il-bini li kien inbena mill-Ministeru għal Għawdex mill-flus ta’ Eko-Għawdex u li kellu jkun iċ-Child Development Centre f’Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jgħid jekk din il-binja kollha hijiex amministrata mill-Ministeru għas-Saħħa jew jekk ġietx mgħoddija lil xi Ministeru ieħor jew xi kumpanija privata? Jekk iva lil min ġiet mgħoddija u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġo din l-istess binja u xi grad għandhom dawn il-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-binja msemmija minnu ġiet mgħoddija lill- amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex bħala parti minn proġett ta' żvilupp tal-istess sptar.
Fil-preżent, minn din il-binja jingħata servizz ta’ social work li huwa amministrat mill-Ministeru ta' Għawdex u s-servizz tal-Pharmacy of Your Choice (POYC). Din il-binja tospita ukoll uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Hemm il-ħsieb illi fil-futur qarib jiżdied l-użu ta’ din il-binja.
Il-grad tal-ħaddiema li jaħdmu minn din il-binja jvarja minn tobba u nurses għal social workers u skrivani.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-sala mibnija reċentement u li kellha tintuża bħala Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bdietx tintuża għal dan l-iskop u jekk le għal xiex qed tintuża bħalissa u għalfejn mhijiex tintuża bħala Orthopaedic Unit? Meta hu ppjanat li tibda tintuża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa qegħdin fi proċess sabiex ikunu jistaw jiġu ngaġġati nfermiera Għawdxin sabiex ikunu jistaw jaħdmu f'dan il-unit. Wara dan il-proċess, mistenni jibda programm ta' taħriġ għall-infermiera dwar din il-kura speċjalizzata.
Ta' min wieħed jirrimarka illi din l-istess amministrazzjoni żiedet in-numru ta' konsulenti tal-ortopedija minn dak ta' wieħed għal tlieta. Sar ukoll investiment qawwi f'dik li hija għodda li tiġi użata fl-operazzjonijiet tal-Ortopedija. Sabiex jikkumplimenta dan kollu, ħarġet ukoll sejħa għal Specialist Nurse għal dan id-dipartiment speċifiku.
Dan kollu jawgura tajjeb biex il-kura tal-Ortopedija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex tkun tal-għola livell, xi ħaġa li l-poplu Għawdxi kien ilu jistenna għal snin twal.
Fil-preżent u sakemm jiġi esegwit dan il-proċess kollu, qed jiġu użati tlett uffiċċji kif ukoll xi kmamar li fihom qed jinżamm apparat relatat mal-ortopedija.