Jista' l-Ministru jara l-każ ta' tifla ta' tliet xhur li ommha hija Maltija u missierha barrani li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li meta marru l-isptar bit-tifla ma riedux jarawha, minkejja li l-missier ilu 20 sena Malta? Jista' jagħti spjegazzjoni u jara jekk hemmx xi rimedju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti u fejn intbagħtu bejn il-lejla tal-5 u 6 ta' Jannar 2011 meta ġew trasferiti għall-homes privati minħabba n-nuqqas ta' spazju fl-Isptar Mater Dei? Kemm qed iħallas il-gvern għal dawn is-soddod? Kemm se jdumu hemm u kemm se jintalbu jħallsu l-familjari? Din l-iskema se tibqa' jew miftuħa għal ftit taż-żmien ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux spezzjonijiet fil-homesfuq ħmieġ, kwalità ta' ikel, riabilitazzjoni u attivitajiet soċjali li jiġu organizzati għall-anzjani kemm fil-homes tal-gvern kif ukoll f'dawk privati u tal-knisja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ispettorat tas-Saħħa matul is-sena jagħmel spezzjonijiet kemm fil-homes tal-Gvern kif ukoll f’dawk privati u tal-Knisja biex jassigura li qed joperaw f’ambjent adekwat u qed jagħtu kura adekwata. Spezzjonijiet jinkludu, fost affarijiet oħra, dawk fuq iġene, kwaliatà u sigurtà ta’ ikel u attivitajiet soċjali li jiġu organizzati għall-anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux xi rapport għaliex fl-aħħar snin ingħalqu homes tal-anzjani tal-Knisja meta l-popolazzjoni kulma jmur qegħda tixjieħ u allura se jkollna iktar bżonn homes għall-anzjani? Jekk iva,jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li l-knisja li kienet fundatura biex tagħti servizzi lill-anzjani li jkollom bżonn residenza waslet biex ħadet dan il-pass? Jekk m'għandux risposta, jista' jistaqsi lill-awtoritajiet ikkonċernati x'kien li wassal biex ħadu dawn il-passi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment ma għandux informazzjoni għaliex fl-aħħar snin ingħalqu xi homes tal-anzjani tal-Knisja. Ma jidhirlix li hija fil-kompetenza tal-Ministeru li jagħmel dak li hemm mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar statistika li għandu u jgħidilna kemm hawn anzjani ġewwa homes, kemm privati , kemm tal-knisja u kemm publiċi inklużi ukoll residenzi bħal San Vincenz de Paule?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil — first-aid boxes
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar xi eżerċizzju biex ikun stabbilit jekk fuq postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil hemmx first-aid boxes? Jekk iva, x’irriżulta minn dan l-eżerċizzju? Jekk le, għaliex u hemmx il-ħsieb li jsir eżerċizzju bħal dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' sussidju tat-telephone ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li ilha xhur li applikat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ingħalqet il-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Meta ttieħdet din id-deċizjoni u minn min? Jista' jgħid jekk din hix miżura temporanja jew permanenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata kienet għal ħafna żmien tiġi amministrata mill-Patrijiet Franġiskani. Ix-xogħol kien jinkludi tindif, servizzi ta’ Quddies funebri jew xi funzjonijiet oħra. Peress li l-patrijiet iddeċidew li jtemmu s-servizzi tagħhom b’seħħ mill-ewwel ta’ Jannar tal-2011, kellha tittieħed id-deċiżjoni li temporanjament il-kappella tiġi magħluqa sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet kif din ser topera u minn min. Qed isir kull sforz sabiex tinstab persuna jew persuni b’esperjenza u dedikazzjoni biex jieħdu ħsieb din il-kappella, kif ukoll jippreparaw u jassistu għall-funzjonijiet li jsiru fiha.
Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Patrijiet Franġiskani tas-servizz li taw matul is-snin.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex il-budget u l-flus dedikati għas-servizz meals on wheels ġew imnaqqsa għal matul is-sena 2011? Kemm fil-fatt ġew imnaqqsa u kif se jatfettwa s-servizz tal-meals on wheels dan it-tnaqqis fil-budget?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ammont li ġie mnaqqas fil-budget tal-Meals on Wheels għas-sena 2011 huwa ta’ €73,000 fuq is-sena ta’ qabel. Ir-raguni għal dan it-tnaqqis hija li l-preparazzjoni tal-ikel li jitqassam mis-servizz tal-Meals on Wheels qegħda ssir fil-kċina tar-Residenza San Vincenz de Paule u mhux minn kuntrattur privat ingaġġat mill-Maltese Cross Corps. Id-Dipartiment jassigura lil minn qed jagħmel użu mill-Meals on Wheels, li dan is-servizz se jkompli jiġi pprovdut.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-waiting lists li hemm għad-dħul fil-homes, nursing homes u residenzi għall-anzjani?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Lista ta’ Stennija għad-Djar tal-anzjani u Residenza San Vincenz de Paule hija hekk:
Dar tal-Anzjani
Lista ta’ Stennija
Bormla
155
Floriana
106
Gżira
32
Mellieħa
149
Mosta
100
Msida
193
Mtarfa
172
Żejtun
160
Total Djar tal-Anzjani
1067
San Vinċenz De Paule
771
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Xogħlijiet fid-Dipartimenti u Uffiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jipprovdi tabella li tinkludi kull talba li saret għall-inklużjoni ta' mediċina fil-formularji li ġiet approvata, bid-data tal-approval, u bid-data ta' meta saret l-ewwel ordni? Fejn ma saritx ordni, jista' l-Ministru jispjega għalfejn u meta se tinxtara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru named patient requests fl-2010? Kemm minnhom ġew approvati? Minn dawn li ġew approvati, kemm minnhom inxtratilhom il-mediċina, bi spjega, għal dawk li għadha ma nxtratilhomx? Għalfejn ma nxtratilhomx u meta se tinxtralhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra
National Dementia Strategy Group — rakkmandazzjoni għall-mediċina b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi inkluża r-rakkmandazzjoni tan-National Dementia Strategy Group, hekk kif ġew irrapportati fit-Times tas-17 ta' Marzu 2010, li niġu bħall-bqija tal-Ewropa u nibdew nagħtu l-mediċina għaliha b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra
Jista' l-Ministru jagħtina breakdown tan-nefqa tal-gvern fuq mediċina fit-2010 by quarter?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-nefqa tal-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Saħħa) fuq medicina / medical devices / disposables fl-2010 by quarter kienet kif spjegat hawn taħt:
Quarter 1 (Jannar, Frar u Marzu) €14,703,159
Quarter 2 (April, Mejju u Ġunju) €16,071,293
Quarter 3 (Lulju, Awissu u Settembru) €16,776,979
Quarter 4 (Ottubru, Novembru u Diċembru) €17,016,077
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull okkażjoni li mediċina kienet out of stock minn xi sptar tal-gvern, spiżerija tal-gvern, jew mis-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, b'breakdown ukoll ta' liema kienu tort tal-aġent u liema tal-gvern fis-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-inhaler Atimos Modulite ilu għal perjodu ta' żmien out of stock? Jekk iva, jista' jagħti raġuni għal dan u jgħid meta se jerġa' jkun hawn provista regolari tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-supplier li miegħu il-Gvern għandu ordni pendenti għal din il-mediċina, għandu problemi mal-fornitur minn barra u qiegħed jara kif sejjer isolvi din il-problema biex ikun jista’ jissuplixxi din il-mediċina.