San Pawl il-Baħar — Triq Erba' Mwieżeb - Karozza abbandunata
Question
Jista' l-Ministru, permezz tal-pulizija, jieħu passi neċessarji biex il-karozza li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament titneħħa minn fejn hi għaliex wara li ilha fit-Triq Erba' Mwieżeb, San Pawl il-Baħar għal diversi xhur, issa bdiet tiġi żarmata biċċa biċċa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi il-vettura li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tneħħiet minn fejn kienet.
Jista' l-Ministru jgħid għaċ-ċittadini mill-Unjoni Ewropea li jaslu u jitilqu Malta, liema kienet id-data (jum, xahar u sena) meta ma baqax obbligatorju li tintela':
a) id-
Desembarcation Card
?
b) l-Embarcation Card?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ħtieġa li ċittadini ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jimlew l-Embarkation u d-Disembarkation Card tneħħiet fl-1 ta' Jannar 2001 u fl-1 ta' April 2004 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1960 'l hawn, kemm-il sentenza ta' għomor il-ħabs ingħatat mill-qorti? Jista' jgħid liema kienu l-każijiet, min kin l-imħallef f'kull każ, u jekk il-ħati/ħatja inħelisx mill-ħabs, u jekk iva wara kemm snin (każ b'każ)?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mis-sena 1960 'l hawn kien hemm 15 il-każ fejn ingħatat sentenza ta' għomor il-ħabs. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawk l-għasses tal-Pulizija f'Malta u f'Għawdex li jinsabu magħluqa fil-fatt jibdew jinfetħu regolarment (jekk possibli 24 siegħa kuljum)? Fejn dan mhux possibli jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn l-għasses jitneħħewlhom is-sinjali li jindikaw li l-post huwa għassa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Għases prinċipali kollha jinżammu miftuħa l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jingħalqu temporanjament meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f'dik l-Għassa tkun meħtieġa x'imkien ieħor. Għalhekk ma narax li huwa l-każ li għandu jsir dak li qed jiġi propost mill-Onorevoli Interpellant.
Kuntistabbli u Surġenti — trasferimenti minn Malta għal Għawdex
Question
Jista' l-Minstru jgħid kemm kienu dawk il-kuntistabbli u surġenti li ġew trasferiti minn Malta ghal Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn u jgħid meta saru dawn it-trasferimenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar sentejn kien hemm 7 surġenti u 38 kuntistabbli li ġew assenjati fuq xogħol f'Għawdex. Dawn it-trasferimenti saru kif jidher f'din it-tabella:-
2007
PS
PC
WPC
Frar
11
April
11
Dicembru
3
8
1
2008
Frar
4
6
1
TOTAL
7
36
2
Cyber Crime Unit — Investigazzjoni fuq kompjuter cds u hard drive
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li kellhu il-kompjuter tiegħu, cds u hard drive ikkonfiskat mis-Cyber Crime Unit tal-Pulizija, pendenti investigazzjoni għadu sal-lum priv mill-kompjuter tiegħu u l-aċċessorji li hawn fuq indikati allavolja mill-investigazzjoni li saret irriżulta li huwa ma kkometta l-ebda reat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hekk kif il-Pulizija tikkonkludi l-investigazzjoni u ma jkunx hemm aktar ħtieġa għaż-żamma ta' l-oġġetti elevati, dawn jiġu rritornati lil sidhom.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-interviews neċessarji għall-ħruġ tal-Licence A għal dak li hu manifattura tan-nar lil dawk il-persuni illi għamlu l-kors relattiv f'Ottobru 2007? Jekk għad m'hemmx data għal dawn l-interviews, jista' jiffissa tali data minnufih? Jidhirlu illi sena u tliet xhur ta' stennija huwa aktar minn biżżejjed?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-interviews li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant mistennija li jsiru fi Frar 2009.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Safar fuq xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Intepellant qed titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra.
Attachments:5024 safar paper laid.xls5024 Safar AG.xls5024 Safar.xls5024 Safar entities.xls5024 Safar.xls5024 Safar Ministry-Dept paper laid.xls
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Nefqa globali fuq Hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-nefqa globali għall-hospitality matul is-sena 2008 kienet ta' €47,689.54.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga matul is-sena 2008, xahar b'xahar u jgħid x'kienet il-kwalità u l-ammont f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ droga maqbuda mill-Pulizija matul is-sena l-oħra, minn diversi lokalitajiet f’Malta huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Irid jiġi indikat li r-risposta tad-domanda nurmu 2023, li l-ammont ta' droga Khat maqbuda f'Mejju kien ta' 10 kg u mhux ta' 1 kg, kif ukoll li l-ammont ta' Eroina li nqabdet f'Ġunju kien ta' 2.2grms u mhux t' 302.2 grm u li fl-istess xahar nstab 4 pjanti tal-Cannabis.
Attachments:5018 Drugs confiscated during 2008.doc
Tfal taħt l-età li daħlu ġo postijiet ta' divertiment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt l-età legali li daħlu ġo postijiet ta' divertiment, bars eċċ. matul Diċembru 2008 u Jannar 2009 s'issa? F’liema lokalitajiet? X’passi ttieħdu u kontra kemm-il sid tal-post?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul Diċembru tas-sena l-oħra u matul din is-sena s’issa kien hemm 12 il-persuna taħt is-sittax-il sena li nstabu mill-Pulizija ġewwa postijiet ta’ divertiment f’San Ġiljan. B’riżultat ta’ dan, il-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra 6 persuni responsabbli mill-postijiet ta’ divertiment fejn instabu dawn iż-żagħżagħ.
Miżura fuq xorb minn żgħażagħ taħt is-sbatax-il sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlitx fis-seħħ il-miżura li tħabbret fil-baġit li żgħażagħ taħt is-17-il sena ma jistgħux jixorbu f'postijiet ta’divertiment, bars eċċ? Dawn iż-żagħżagħ jistgħu iżda jidħlu f’dawn il-postijiet għalkemm ma jixorbux xorb alkoħoliku?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-emenda msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha ma daħlitx fis-seħħ.
Investigazzjoni fuq affarijiet li ntqalu fil-programm Xarabank
Question
Wara l-programm Xarabank tal-Ġimgħa 9 ta’Jannar, fejn kien hemm preżenti anke uffiċjal għoli tal-Korp tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu investigati xi affarijiet li ntqalu mill-prostituta mill-Ukrajna speċjalment li missier ħa t-tifel tiegħu ta’ erbatax-il sena għandha biex jagħmel is-sess magħha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Korp tal-Pulizija qed isir l-istħarriġ meħtieġ sabiex tkun magħrufa l-identita' tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li x-xogħol fl-għassa ta' San Pawl il-Baħar jitlesta? Meta, wara dan, hu mistenni li din l-istess għassa tibda tinfetaħ kuljum?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Bħal ma diġa spjegajt f’Mistoqsijiet preċedenti fuq l-istess suġġett, ninsab infurmat illi x-xogħol fuq din l-Għassa għadu sejjer, fejn fost l-oħrajn trid tkun solvuta il-problema li hemm dwar ilmijiet li jinġemgħu fit-triq quddiem din l-Għassa. Dwar din il-problema intalbet ukoll l-assistenza tal-Kunsill Lokali, li qed ukoll jassisti sabiex din il-problema tkun solvuta. Għaldaqtant għad m’hemmx data fissa meta dan irid ikun lest. Naturalment wara li x-xogħol meħtieġ ikun lest, din l-Għassa tibda tkun immanjata regolarment, skond il-ħtieġa u l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax ħanut jopera mingħajr trade licence oriġinali?
Jista' ħanut li ma jkollux trade licenece oriġinali jopera jew saħansitra tinħareġ il-liċenzja to operate mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Skond challenge li ġie ppreżentat il-qorti datat 05/10/06, li d-dettalji qed jinbagħtu separatament, irriżulta mid-dokumenti li tpoġġew, li l-ħanut msemmi m'għandu l-ebda dokument/permessi oriġinali sabiex ikun jista' jopera kif espress mill-liġi sabiex wieħed ikun jista jopera. Jista' jgħid kif dan il-ħanut għadu jopera sal-lum mingħajr il-permessi oriġinali, u allura f'dan l-isfond x'passi jmiss li jittieħdu fuq dan l-każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1024 u 3859 rispettivament.