Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Head office
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-uffiċċji tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi jinsabu f'Millennia Buildings (Floor 2), Triq Aldo Moro, Marsa. Dawn l-uffiċċini ġew akkwistati permezz ta’ tender u fl-2009 il-kera mħallsa kienet ta' € 70,619 fis-sena.
Peress li fl-aħħar tal-2009 l-Awtorità ġiet assenjata b’responsabiltajiet ġodda u ċioe Climate Change Division u Oil Exploration Division żdiedu l-impjegati u allura kien hemm il-bżonn li jiżdied l-ispazju tal-uffiċini. L-Awtorità kriet spazju addizzjonali fl-istess binja u bl-istess kundizzjonijiet oriġinali. Il-kiri ta' din iż-żieda fl-ispazju tiswa € 22,194 fis-sena.
Fir-rigward tal-
head office
tal- Kumpannija WasteServ Malta Ltd il-post hu magħruf bħala ‘Phoenix Buildings’, Triq il-Ferrovija il-Qadima, Santa Venera. Il-post ġie akkwistat permezz ta’
direct order
b’approvazzjoni mill-finanzi u b’kera li tammonta għal €50,017.03 fis-sena.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — persuni li bdew l-impjieg tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fil-Ministeru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fl-ewwel erba’ xhur tas-sena ġew impjegati 12-il impjegat.
Il-karigi/xogħol u
salary scale
qed jidhru hawn taħt:-
Kariga
Skala
Senior Manager
3
Technical Attache’ (Fisheries)
7
Manager
7
Risk Analysis Co-Ordinator
7
EU Fund Officer
9
5 x
Veterinary Support Officer
12
Member in the Secretariat Pool
14
Casual Substitute Clerk
16
Sant' Antnin — xiri ta' equipment għall-impjant għar-riciklaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tax-xiri tal-equipment tal-impjant għar-riciklaġġ ta’ Sant'Antnin kienx jikkontjeni l-klawsola li tissejjaħ Maintenance Clause? Jekk fl-affermattiv għal kemm perjodu torbot din l-klawsola u l-ispiża konnessa? Jekk le, min hu mistenni li jagħmel il-maintenance u l-estimi tal-ispiża involuta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-kuntratt tax-xiri kellu l-Maintenance Clause. Din il-klawsola torbot lill-kuntrattur għal perjodu ta’ sena u tkopri l-management, training u operat. L-ispiza hija ta’ € 555,114.40 (exc. VAT). Mal-kuntratt ġie provdut ukoll stock ta’ spare parts li għandu jkopri perjodu ta’ 3 snin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regolamenti li jispeċifikaw il-ħinijiet li fihom jista' jsir xogħol ta' kostruzzjoni f'areas residenzjali? Jekk fl-affermattiv min jinforza dawn ir-regolamenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Skont AL 295-07, l-awtorità kompetenti dwar ħinijiet ta’ xoghol ta’ kostruzzjoni hija l-MEPA u għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16763 u ċioe: b’referenza għar-rapport tal-Awditur Ġenerali 2008, jista’ l-Ministru jagħti dettalji sħaħ dwar dawn l-items speċifikati fir-rapport tal-ftehim bejn Wasteserv u l-gvern biex jiġu ri-imburżati €244,000 fi spejjeż mill-Ministeru flimkien ma’ kopja dettaljata tal-ftehim? X’kien ikopri flimkien mal-fatturi (invoices) relevanti? Jista' jgħid min kienu s-service providers li tħallsu €60,000 fis-sena 2008 mingħajr ma kien hemm riċevuti fiskali jew tax invoices għal dawn is-servizzi? Liema kienet dik il-kumpanija li tħallset €60,000 għal servizzi ta’ konsulenza mingħajr mal-awditur irnexxielu jsib kopja tal-ftehim konċernat jew imqar dokumentazzjoni dwar l-ingaġġ tagħha? X’kien is-servizzi offrut minn din il-kumpanija u liema kumpaniji oħrajn ġew avviċinati għal xogħol simili? Lil min tħallsu €14,000 f’konsulenza għal park tan-natura f’Xrobb l-Għaġin? Lil min tħallsu €10,000 għal konsulenza fuq ir-riabilitazzjoni tas-Salini?
Jista' l-Ministru jagħti kopji tal-ftehim dwar it €18,000 f’konsulenza li tħallsu in konnessjoni ma' Ta’ Qali Animal Welfare Shelter u jgħid liema kienet dik l-NGO privata li skont l-Awditur Ġenerali tħallset €9,300 mingħajr ma jidher li kien hemm ftehim validu? Lil min tħallset is-somma ta’ €477,000 f’
direct orders
f’konsulenzi in konnessjoni mal-inċineratur tal-biċċerija li dettalji dwarha ma instabux traċċi? Lil min tħallset is-somma ta’ €32,000 lill-periti in konnessjoni mar-
refurbishment
tal-istess sit mingħajr evidenza miktuba tal-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi? Lil min tħallset is-somma ta’ €65,000 għal
skips
għall-biċċerija fis-snin 2007 u 2008 meta l-kuntratt mad-ditta konċernata skada fis-sena 2006 mingħajr ma nstabu traċċi ta’ estensjonijiet formali tal-kuntratt? Billi intqal fil-
media
li l-ministeru ma jagħmilx supervizjoni tad-
direct orders
, liema uffiċjal jew entità li taqa’ taħt il-kompetenza tal-Ministeru se terfa' r-responsabbiltà għal dawn l-allegati nuqqasijiet kollha bi ksur tal-
financial regulations
tal-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għada qegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Lehmayer International blacklisted mill-Bank Dinji — korruzzjoni
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16851, jikkonferma l-Ministru li qabel ma l-Bank Dinji ħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar blacklisting ta' Lehmayer International, l-istess kumpanija diġà kienet instabet ħatja ta' atti ta' korruzzjoni minn pajjiżi differenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kif ġa ġie mwieġeb pubblikament, il-proċess ta’ kuntratti ta’ Malta ma jippermetti ebda forma ta’ blacklisting u allura ċertu screening mhux meħtieġ li jsir.
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern, permezz ta’ stqarrija pubblika maħruġa fit-3 ta’ Mejju 2010, ħabbar li se jressaq emendi biex persuna li tkun kisret il-liġi ma tkunx tista’ tieħu xogħol b’
tenders
tal-Gvern. Dan se jgħodd ukoll anke għal kumpaniji fejn ikun hemm direttur jew diretturi li jkunu kisru l-liġi.
Infakkar lill-Onor Interpellant li Malta ma kenitx l-uniku parti li tat xogħol lil din il-kumpanija fl-aħħar snin, tant li mill-2006 ‘l hawn il-kumpanija in kwistjoni ngħatat kuntratti mill-Kummissjoni Ewropea, l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank għall-Investiment Ewropew, il-Bank għall-Iżvilupp Ażjatiku u l-Bank għall-Iżvilupp Afrikan. Dan minbarra xogħol li nagħtat il-kumpanija mill-Gvern ta’ Ċipru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16484 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn pompi tal-petrol f'Malta u Għawdex u jgħid fejn qegħdin? Jista' jgħid kemm infetħu pompi ġodda mis-sena 2000 sal-lum u fejn jinsabu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel mistoqsija. Dwar it-tieni mistoqsija jien infurmat li mis-sena 2000 ‘il hawn ma nħarġet l-ebda liċenzja ġdida però kienu rilokati erba' pompi.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Kuntratti lill-kumpanija Content House
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16156 u jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fil-perjodu indikat, il-kumpanija Content House ingħatat kuntratt biex tipprovdi promozzjoni u attivitajiet ta’informazzjoni dwar miżuri marbutin mal-pjan għall-iżvilupp rurali. Il-kumpanija intagħażlet wara sejħa għall-offerti u s-somma totali mħallsa kienet ta’ €21,015.80.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ġnien li ġie rranġat u estiż fl-inħawi ta' Kennedy Grove, u li hu miftuħ għall-pubbliku, fil-fatt jibqa' miftuħ wara s-7.00 pm għaliex diversi persuni jixtiequ jiddevertu f'dan il-post iżda qed isibu l-ġnien magħluq wara s-7.00 pm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex fix-xhur tas-sajf il-ġnien indikat mill-Onor Interpellant jibqa miftuħ sal- 11.00 p.m. minflok ma jingħalaq fit-8.30 p.m. kif kien isir s’issa.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5614, jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti l-oħra identifikati barra dak imsemmi tal-Buskett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 8300.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm impjegati mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi li ilhom ma jitħallsu għall-overtime sa' minn Novembru 2009? Jista' jgħid meta se jsir dan il-ħlas pendenti u pendenzi oħra ta' overtime li hemm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-dewmien biex issir il-ħlas pendenti tal-overtime li qed tirreferi għalih l-Onor. interpellant hu dovut minħabba li ma ġietx segwita l-proċedura stabilita meta saret it-talba. Il-ħlas isir wara li l-proċeduri stabbiliti jkunu segwiti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16653 u jgħid, fil-kuntest tan-National Flood Relief Project, kemm huwa stmat li jqum il-harvesting ta' metru kubu ilma (1 cubic metre) run-off water jekk tiġi adottata sistema ta' tunnelling (mini) taħt l-art? Jista' jgħid ukoll xi proċess ta' polishing ikollu bżonn dan l-ilma run-off biex ikun jista' jiġi użat għat-tisqija fil-biedja/landscaping? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-prezz ta' provvista tal-ilma 2nd class għat-tisqija, dejjem b'sistema ta' underground tunnelling, u ċioe kalkulazzjonijiet separati kull metru kubu għall-:
a) ġabra (
capture
);
b)
storage
(f'
tunnels
/mini);
ċ)
polishing
; u
d) distribuzzjoni rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li minn kalkoli li kienu saru meta sar l-iStorm Water Masterplan mill-kumpannija Tahal li hi ffurmata minn esperti Iżraeljani mgħejjuna minn esperti lokali inħargu dawn il-figuri:
a. Il-ġabra (li din tintuża ukoll biex ittaffi l-problema tal-għargħar) – madwar € 80.31 kull metru kubu
b. il-ħażna permezz ta’ mini - bejn €1.77 sa € 5.87 kull metru kubu. (jiddipendi fuq id-daqs tal-ħażna u l-ammont li jiġi ppumpjat kull sena)
c. Trattament għat-tisqijja – bejn € 0.05 sa €0.30 kull metru kubu (jiddipendi jekk hux se jintuża għal landscaping jew agrikultura)*
d. Distribuzzjoni - madwar €1.00 kull metru kubu
Il-proċess ta’ trattament li jkollu bżonn l-ilma li jinġabar fil-mini biex ikun jista’ jiġi użat għat-tisqija jikkonsisti f’dan li ġej:
a. Tneħħija ta’ grit u separazzjoni ta’ żjut
b. Tneħħija ta’ organics, hydrocarbon, u trace concentrations ta’ heavy metals
c. Polishing permezz ta’ ultrafiltration (UF) jew permezz ta’ RO (Reverse Osmosis) biex jitneħħew pathogens, bacteria u viruses.
National Flood Relief Project — Ilma meqjus bħala run-off
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16656 u jagħti r-raġunijiet għaliex l-ilma magħruf bħala run-off għandu jiġi polished to make it good for consumption (ovvjament għat-tisqija), dejjem kif stqarret il-persuna responsabbli min-National Flood Relief Project fi Frar li għadda? X'effett jew x'impatt ħażin jista' jagħmel ilma run-off (unpolished) li jkun użat għat-tisqija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ilma magħruf bħala run-off, speċjalment dak li jkun miġbur minn toroq u żoni urbani jista jkun ikkontaminat minn ħafna sorsi. Minħabba f’din l-inċertezza fil-kompożizzjoni tal-ilma miġbur, dan irid ikun trattat għas-speċifikazzjonijiet minimi għal użu bħala ilma agrikolu. Wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn ilma li jkun użat għat-tisqija ta’ prodotti agrikoli u ilma li jkun użat għat- tisqija ta’ landscaped areas, minħabba li fl-ewwel każ is-speċifikazzjonijiet tal-ilma huma aktar iebsa.
L-effett li jista' jkollu ilma
run-off
mhux trattat li jintuża għat-tisqija ta’ prodotti agrikoli hu li jista’ jikkawza mard f’min jikkonsma dawn il-prodotti minħabba l-kontaminazzjoni li dan ikollu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' informazzjoni tinġabar mill-Ministeru mingħand il-Koperattiva ta' min Irabbi l-Majjal dwar dak li hu kontroll ta' qatla tal-majjal fil-biċċerija? X'tip ta' kollaborazzjoni qed issir bejn il-Ministeru u l-KIM biex tiġi kkontrollata l-kwalità tal-majjal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-informazzjoni li tinġabar mill-Ministeru tirrigwarda l-ammont ta' ħnieżer, l-oriġini tagħhom u min se jnizzilhom għall-qatla.
Din l-informazzjoni tingħata mill-Kooperattiva f'isem il-produtturi u tinkludi dikjarazzjoni mingħand is-sid li l-bhejjem mhux trattati b'mediċina u huma rreġistrati u li ġew ittrasportati skont ir-regolamenti.
Il-majjal maqtul huwa ikklassifikat mill-operatur iżda t-titjib ġenetiku tal-karkassa huwa xogħol li jsir mill-istess Koperattiva u l-membri tagħha. Għall-azzjonijiet ta' titjieb tar-razza tal-majjal il-gvern jgħaddi somom ta' flus lill-KIM mill-programm ta' SMPPMA tal-fondi strutturali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' samples ittieħdu biex ġew deċiżi l-livelli ta' nitrati li suppost għandna fil-ħamrija, skont kif inġabru biex jintużaw għar-riżultati ppubblikati? Minn liema lokalitajiet inġabru dawn is-samples?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi r-riżultati ppublikati jirreferu għal samples ta’nitrati fl-ilma.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16896 u 16630 u jikkonferma jekk il-proġett ta' mini għal ħażna ta' l-ilma tax-xita ġiex skartat? Jekk fl-affermattiv għaliex sar hekk? X'qiegħed jiġi propost bħala soluzzjoni għal problema tal-għargħar f'pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-proġett ta’ mini għal ħażna tal-ilma tax-xita ma ġiex skartat iżda ridimensjonat. Dan minħabba li minn studji ta’ feasibility li saru mill-esperti Iżraeljani mgħejjuna minn esperti Maltin li għamlu li Storm Water MasterPlan TAHAL, irriżulta li l-użu ta’mini li jkunu mkabbra biex iservu għal ħażna tal-ilma tax-xita kif ukoll biex jieħdu l-ilma tal-għargħar mhix soluzzjoni ekonomikament viabbli. Dan meta wieħed jikkumpara din l-option ma’ soluzzjonijiet oħra bħal tisfija tal-ilma tad-drenaġġ biex ikollna ilma second class għall-użu tal-industrija jew għat-tisqijja.
Bħala soluzzjoni għal problema tal-għargħar ser jitwettaq il-proġett ta’ mini ta’ daqs li jservu biex jakkomodaw maltempati li jistgħu jseħħu fuq
return period
ta
’
darba kull ħames snin. Dawn il-mini ser ikunu jippermettu li jiġi ppumpjati minnhom madwar 680,000 m3 kull sena ta’ ilma tax-xita biex ikun jista’ jiġi ttrattat u jintuża għat-tisqijja. Dan il-progett fil-fatt qiegħed fl-istadju għal permessi tal-MEPA.
Tajjeb ninforma l-Onor Interpellant li l-gvern għaddej b’miżuri oħra ħalli jipprovdi sorsi alternattivi ta’ ilma għat-tisqija bħalma hi għajnuna fuq ġwiebi għall-użu agrikolu, proġett pilota għat-tisfija tal-ilma tad-drenaġġ għall-użu agrikolu kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex.
Diviżjoni tax-Xogħlijiet — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan id-diversi dipartimenti tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet skont l-iskala li jokkupaw? Kemm minnhom huma bil-light duty?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija jiġifieri kemm hemm impjegati.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet ġiet ristrutturata bħala t-Taqsima tad-Disinn u Implimentazzjoni tal-Proġetti. F’din it-Taqsima wieħed isib dawn id-Direttorati: Implimentazzjoni tal-Proġetti, Restawr u dak għad-Disinn u l-Inġinerija tal-Proġetti.
In-numru ta’ impjegati fi ħdan id-diversi Direttorati tat-Taqsima tad-Disinn u Implimentazzjoni tal-Proġetti, kif ukoll informazzjoni dwar l-iskala li jokkupaw huma kif jidhru fuq il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Iċ-Ċirkulari tal-MPO (
Management and Personnel Office
) Numru 70 tal-1997 li ġġib id-data tal-4 ta’ Diċembru 1997, kienet waqqfet il-proċedura ta’
Light Duties
, u għalhekk, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ma baqax jilqa’ talbiet għal
Light Duties
. Dan ma jeskludix imma, li skont normi stabbiliti mill-istess Ċirkulari, “każijiet ġenwini” jiġu kkunsidrati fuq livell individwali u jistgħu jintlaqgħu għal raġunijiet umanitarji. Tali arranġamenti imma isiru fuq kundizzjonijiet temporanji li ma jiġux elenkati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-età medja tal-ħaddiema fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet? X'inhi l-età medja tal-ħaddiema industrijali fid-diversi dipartimenti tal-istess diviżjoni, kull dipartiment għalih?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet ġiet ristrutturata bħala t-Taqsima tad-Disinn u Implimentazzjoni tal-Proġetti. F’din it-Taqsima wieħed isib dawn id-Direttorati: Implimentazzjoni tal-Proġetti, Restawr u dak għad-Disinn u l-Inġinerija tal-Proġetti.
L-eta’ medja tal-ħaddiema industrijali f’din it-Taqsima hija dik ta’ 51.9 sena. Fid-Direttorati tal-Implimentazzjoni tal-Proġetti u Restawr, l-età medja hija ta’ 51.9 sena, filwaqt li l-età medja fid-Direttorat tad-Disinn u l-Inġinerija tal-Proġetti hija ta’ 52.3 sena.