Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir pedestrian crossing fi Triq San Tumas f'Ħal Luqa filwaqt li jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlesta x-xogħol fuqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dħul minn Triq Marsamxett għal Triq San Mark fil-Belt hix suppost one way'l ġewwa biss? Jekk fl-affermattiv, jista' jara li jitwaħħlu tabelli tal-one way għax bħalissa qiegħed isir ħruġ minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-arranġamenti tat-traffiku fi Triq Marsaxett huma li vetturi jistgħu jinżlu lejn Triq Marsamxett minn Triq San Mark. Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali ta’ Transport Malta rriżulta li hemm it-tabelli kollha meħtieġa li juru li din il-parti ta’ Triq Marsamxett hija f’direzzjoni waħda.
Jista' l-Ministru jikkonferma li meta tibda titħaddem is-sistema l-ġdida ta' trasport pubbliku permezz tal-Arriva f'każ ta' festa t-toroq minn fejn jgħaddi t-trasport pubbliku ma jistgħux jagħlqu kif normalment isir, jew inkella irid jitħallas kumpens lill-Arriva?
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-triq li permezz tagħha toħroġ mill-kumpless PAVI f'Ħal Qormi u li tiġi mal-ġenb tal-wied, hijiex triq privata (parti mill-kumpless) jew pubblika?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Imsida u Ta' Xbiex marinas — Manutenzjoni tas-sistema tat-tifi tan-nar
Question
Billi l-Imsida u Ta' Xbiex Marinas ġew privatizzati, jista' l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni tas-sistema tat-tifi tan-nar kenitx issir mid-Dipartiment tal-Manutenzjoni, (ex MMA) illum Transport Malta? Jista' l-Ministru jgħid f'liema kundizzjoni ġiet mogħtija din is-sistema lill-Greek Development Ltd., u f'liema kundizzjoni tinsab illum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tat-tifi tan-nar ma baqgħetx tintuża’ wara s-sena 2005 fejn minflok ġew installati fire extinguishers. Creek Developments Plc, l-operaturi il-ġodda tal- marinas tal-Imsida u Ta' Xbiex, huma obbligati li jqegħdu fil-post sistema tat-tifi tan-nar fi żmien stabbilit skont il-Concession Agreement.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se jkunu jistgħu jagħmlu użu mit-toilets u showers it-turisti u l-owners tal-jottijiet li jkunu qegħdin jużaw il-Marina tal-Imsida peress li dawn jinsabu magħluqin? Jista' jikkonferma fejn jinsabu ċ-ċwievet?
Transport Malta — Dipartiment tal-Manutenzjoni - crane
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26108, jista' l-Ministru jgħid min għamel użu mill-crane imsemmi matul din l-aħħar sena peress li l-impjegat li kien isuqu fi ħdan id-Dipartiment tal-Manutenzjoni ta' Transport Malta ma baqax jifforma parti mill-istess dipartiment? Jista' jgħid min qed itella' dan il-crane għall-VRT?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan il-crane ma ġiex użat iżjed minn meta l-impjegat ġie trasferit f’dipartiment ieħor. Il-crane imsemmi ġie meħud għall-VRT minn xufier kwalifikat li ġie sub-contracted għal din il-biċċa xogħol.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26106, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-impjegat kienx kapaċi jagħmel xogħol ieħor fl-istess dipartiment? Jista' jgħid jekk qabel ma ġie affettwat dan it-trasferiment, min kien qed jagħmel ix-xogħol li llum qed isir minn dan l-istess impjegat? Jista' jgħid dan l-impjegat f'liema sengħa huwa speċjalizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jagħmel l-impjegat konċernat hija fil-kompetenza u l-grad tiegħu kif ukoll skont l-eżiġenzi ta’ Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-Tlieta 28 ta' Ġunju 2011 se jiġu mibgħuta tlieta minflok erba' examiners biex jagħmlu d-driving tests f'Għawdex bil-konsegwenza li applikanti Għawdxin li ġew imsejħa għat-28 ta' Ġunju 2011 għat-test se jkollhom l-appuntament tagħhom imħassar? Ma jistgħux dawn it-tliet examiners li se jitilgħu Għawdex jingħataw overtime biex jiġu moqdija l-applikanti kollha li ġew avżati? X'inhi r-raġuni li motoring school minn Malta se tingħata prijorità fis-sens li l-applikanti f'din l-iskola tas-sewqan kollha se jiġu eżaminati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sabiex iż-żmien li kandidat jistenna biex jiġi msejjaħ għat-test ikun l-iqsar possibli, Transport Malta timla kull slot li jkun hemm sabiex isiru l-akbar numru ta' testijiet possibli. Għalhekk jiġri, li meta xi eżaminatur ifalli ħesrem milli jirraporta għax-xogħol, jista jkun hemm il-bżonn li tiċċaqlaq id-data ta' xi test. Dan it-tibdil fid-dati jsir biss meta wara li Transport Malta tkun ikkunsidrat kull soluzzjoni oħra. Fit-28 ta' Ġunju, ġara li żewġ eżaminaturi rrapurtaw ma jifilħux. Ġie deċiż li jiġu posposti 6 testijiet ta' eżaminatur wieħed f’Għawdex, filwaqt li senior driving examiner, flimkien max-xogħol maniġerjali fdat lilu, għamel t-testijiet l-Furjana. It-testijiet li ma sarux ser isiru mill-aktar fis possibli.
Infurmat ukoll li skola tas-sewqan b’indirizz f’Malta resqet għat-test ta mini van 4 kandidati li joqgħodu Għawdex u fl-aħħar ġimgħat in-numri ta' eżaminaturi f’Għawdex żdied għal 4.
Ħal Qormi — Triq Fontanier - traffic calming measures
Question
Jista' l-Ministru jordna li fi Triq Fontanier ġo Ħal Qormi jsiru xi traffic calming measures peress li t-triq hija traffikuża ħafna u tikkostitwixxi periklu għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-talba ġiet mgħoddija għall-kunsiderazzjoni tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta.
Ajruport Internazzjonali ta' Malta — charges fuq dawk li jagħmlu użu mill-ajruport
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif ikunu regolati ċ-charges li jimponi l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fuq dawk li jagħmlu użu mill-ajruport, peress li dawn jinsabu fi stat ta' monopolju fis-suq? Peress li qed isiru ħafna allegazzjonjiet fil-pubbliku minn entitajiet li l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ċċargja rati għolja lill-Air Malta biex topera mill-ajruport, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm abbuż mill-qagħda monopolistika li jgawdi l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta f'dan is-settur? Jista' jgħid jekk qattx ġie mitlub li regolatur għall-kompetizzjoni ġusta, jew dipartiment responsabbli mill-konsumatur jagħmel xi evalwazzjoni tar-rati imposti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ic-Charges li tista' tagħmel l-MIA huma regolati mir-Regolatur stabbilit skond Avviż Legali 299 tal-2011. Il-Bord relattiv hu kompost mis Sur Winston Zahra, bħala Chairman u mis-sinjuri Joanna Piccinino, Austin Calleja, Julien Jaeger, Tina Lombardi, Tonio Farrugia u Joseph Vassallo. Ic-Charges preżenti huma dawk illi ġew stabbiliti f’Dicembru 2005.
Jista' l-Ministru jara li jinżebgħu s-sinjali tat-traffiku u l-parkeġġ mill-ġdid, quddiem ħanut fi Triq is-Sebħ Ħal Qormi, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fil-parti li tagħti għall-bridge ta' Triq il-Mitħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li se ssir spezzjoni fuq il-post biex jiġi vverifikat jekk hemmx il-ħtieġa li l-linji tat-triq jerġgħu jinżebgħu.
Belt Valletta — direzzjoni ta' kif jimxi t-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jispjega kif inhi l-proċedura sħiħa, jekk hemm, sabiex triq tinbidel id-direzzjoni ta' kif jimxi t-traffiku, speċifikament fi Triq Melita l-Belt Valletta bejn Triq San Pawl u Triq Sant Ursula u jgħid kif din it-triq saret għar-residenti biss u għal min jagħti servizz f'din it-triq? Jista' jelenka d-dati ta' kull bidla skont il-proċedura ta' meta ġiet approvata din il-bidla/bidliet? X'ifisser tidħol biex tagħti servizz? Japprezza l-fatt li meta jingħad bil-kliem li s-sistema tat-traffiku l-Belt saret kif inhi biex jonqos it-tniġġis, fil-fatt għallinqas din in-naħa tal-Belt, din is-sistema qiegħda toħloq ħafna iktar tniġġis minħabba l-fatt li min jidħol minn Triq San Pawl, l-unika ħaġa li jrid jagħmel hi li jibqa' nieżel u joħroġ barra mill-Belt minn Victoria Gate, filwaqt li kieku m'hemmx din ir-restrizzjoni ta' Melita Street, wieħed jista' jdur għal triq Sant Ursula u joħroġ 'l barra mill-Belt ħdejn Kastilja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-arranġamenti tat-traffiku fi Triq Melita bejn kantuniera ma’ Triq San Pawl u kantuniera ma’ Triq Sant' Ursola huma parti mill-istrateġija ħolistika għall-Belt Valletta u dawn l-arranġamenti ġew implimentati fis-sena 2008 meta tnediet is-sistema tal-Controlled Vehicle Access (CVA).
'Tidħol biex tagħti servizz' tfisser li tali triq tista’ tintuża minn vetturi li jridu jaqdu lill-entitajiet jew residenti tat-triq.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27141, biex inneħħu kull dubju dwar id-domanda kif tqiegħdet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif, bus stop, bus stop miżjud jew imneħħi li se jiġu affettwati mir-rotot il-ġodda u dan fejn jikkonċerna l-11 u 12-il distrett elettorali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindaga x'qiegħed jiġri fi Triq ir-Rużell Ħ'Attard fejn Transport Malta kienet għamlet din it-triq one-way 'il barra lejn Imdina Road u issa xi ħadd għatta n-no entry signs bil-konsegwenza li għal dawn l-aħħar ġimgħat reġgħet bdiet tintuża two-way?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi Triq ir-Ruzell fit-18 ta' Frar, 2011, inħareġ permess sabiex din tiġi one way bi prova għal perjodu ta' tliet xhur. Matul dawn it-tliet xhur kien hemm diversi ilmenti mir-residenti tal-madwar u sussegwentament, wara konsultazzjoni mal-Awtorità tat-Trasport, il-kunsill lokali deherlu li kien aħjar jekk din it-triq terġa tiġi two way. Fil-fatt, sal-lum il-ġurnata l-kunsill lokali ma reġax applika sabiex din it-triq terġa' tigi one way.
Arranġament fit-toroq minħabba s-sistema l-ġdida tat-trasport
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu jiswew lill-poplu Malti l-arranġamenti li qed isiru fit-toroq u bankini minħabba s-sistema ġdida tat-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet infrastrutturali li qed isiru sal-bidu ta’ Lulju b’rabta mar-riforma tat-trasport pubbliku huma stmati li se jammontaw għal ftit iktar minn 7 miljun Ewro.
Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Lhudija f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir xi rimedju peress li numri ta' residenti fi Triq San Ċiru l-Gudja ilmentaw li minn fejn se tibda tgħaddi tal-linja tal-Arriva, t-triq hija dejqa u hemm ħajt ta' kostruzzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta se tindaga iżjed fid-dettal rigward dan il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kif iqabbel is-servizz li qed jingħata fil-preżent lir-residenti tal-Fgura ma' dak li qed jiġi propost mill-kumpanija l-ġdida tat-trasport pubbliku? Jista' jgħid jekk hemmx xi rotta li mill-Fgura tmur direttament għall-isptar u lura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab ifurmat li r-residenti tal-Fgura se jibqgħu bl-istess frekwenza ta’ servizz li għandhom preżentament fir-rigward ta’ rotot li jmorru direzzjoni lejn il-Belt Valletta.
Infurmat ukoll li r-residenti tal-Fgura ser ikollhom rotta ċirkulari bin-numru 121 li tmur ġewwa l-
interchange
ta’ Raħal Ġdid u minn hemm l-passiġġieri jistgħu jirkbu diversi rotot li jeħduhom f’lokalitajiet differenti, fosthom lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Tas-Sliema u San Ġiljan. Minn dan l-
interchange
, il-passiġġieri jistgħu jmorru lejn l-isptar Mater Dei permezz tar-Rotta X2.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet permezz tal-ispeed cameras tat-traffiku minħabba sewqan eċċessiv matul is-sena 2010? Jista' jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet minn kull camera tat-traffiku fl-istess żmien? Jista' jgħid ukoll kemm inġabru flus minn dawn iċ-ċitazzjonijiet u kemm għad hemm pendenti għall-istess perjodu?