Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Programmi tar-radju - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar tas-sena 2024 s’issa, ma ntefqux flus fuq programmi tar-radju la mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet tad-dekasteru li jien responsabbli minnu.
Alternative Learning Programme – Rwol ta’ Individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol u xi kwalifiki għandu bħala għalliem l-individwu li qiegħed jaħdem fi skola Alternative Learning Programme (ALP) u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi huwa ngaġġat bħala għalliem supplimentari u għal tali pożizzjoni għandu r-rekwiżiti neċessarji kollha.
SportMalta u l-Kuntrattur tax-Shooting Range — Ftehim
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim milħuq bonarjament bejn SportMalta u l-kuntrattur tax-Shooting Range u jekk kienx hemm ftehim jew dokument ulterjuri li rriżulta mill-medjazzjoni li seħħet bejniethom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt u l-addendum qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18234 u jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Mellieħa u li jinkludi wkoll in-numru b’mod separat ta’ dawk li qed jattendu fil-bini tal-faċilità sportiva li tinsab biswit l-istess skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 569 student li jattendu fl-iskola msemmija.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra u Naxxar — Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18235 u jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Mellieħa, ta’ San Pawl il-Baħar, tal-Qawra u tan-Naxxar (Primarja u Medja) (b’mod separat) u ta’ liema nazzjonalità huma dawn l-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Mellieħa Primary
Naxxar Middle School
Naxxar Primary
Qawra Primary
St Paul's Bay Primary
569
801
555
920
682
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Malti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17813 u 18185 u jagħti separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Malti u
b. visiting lecturer tal-Malti
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għall-permess numru PA/00317/24, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-Iskola Primarja tan-Naxxar u kemm huwa ppjanat li jdum?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq l-iskola msemmijja mistennija jibdew matul l-2025, filwaqt li l-iskola mistennija tiftaħ il-bibien tagħha matul l-2027.
B’referenza għall-permess numru PA/00317/24, jista’ l-Ministru jgħid fejn se jmorru skola t-tfal li jattendu l-Iskola Primarja tan-Naxxar sakemm jitlesta x-xogħol fuq il-bini tal-imsemmija skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru l-arranġamenti kollha sabiex l-istudenti u l-istaff kollu tal-iskola msemmija jiġu rilokati fin-Naxxar stess.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W94.
Skola Guardian Angel — Tfal li twaqqfu milli jkomplu jattendu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm tfal li twaqqfu milli jkomplu jattendu l-Iskola Guardian Angel? Jekk iva, kemm kien hemm tfal, x'kienet ir-raġuni għaliex twaqqfu milli jkomplu jattendu din l-iskola u jekk dawn it-tfal ingħatawx alternattiva sabiex ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda student li l-istudenti ma ġewx imkeċċija imma ngħataw programm alternattiv li hu iktar addattat għall-bżonnijiet tagħhom.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL3563 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 234 nhar it-Tlieta, 23 ta' April 2024)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-passi dixxiplinarji li ttieħdu fil-konfront tal-istudent li ftit ġimgħat ilu aggredixxa lettur fl-MCAST u li minħabba f'hekk sar rapport lill-pulizija? Jista' jgħid ukoll jekk l-MCAST waqqgħetx il-passi fil-konfront tal-istudent inkwistjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-MCAST qed joffri kull għajnuna kemm lill-istudent kif ukoll lill-għalliem sabiex tinstab soluzzjoni fl-aħjar interess taż-żewg partijiet.
Infurmat ukoll li l-Kulleġġ ħa passi dixxiplinari u qed jara kif jindirizza s-sitwazzjoni fl-ambitu edukkativ.
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar statistika relatata mal-użu tat-tablets li jintużaw fl-iskejjel primarji tal-Istat tar-raba', il-ħames u s-sitt sena, għal dawn l-aħħar sentejn skolastiċi, jiġifieri 2022-2023 u 2021-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq l-Iskola tal-Imsida u jekk huwiex mistenni li din l-iskola, tiftaħ għas-sena skolastika li jmiss?
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-kwartieri tal-Iscouts tal-Imsida li qabel kienu alloġġjati fi ħdan l-Iskola tal-Imsida u li fid-dawl tax-xogħlijiet li qed isiru f’din l-iskola qegħdin bħalissa joperaw minn uffiċċju fi ħdan il-Kunsill Lokali tal-Imsida? Meta titlesta l-iskola, il-kwartieri tal-Iscouts tal-Imsida se jerġgħu jiġu trasferiti fi ħdan din l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti mill-binja tal-iskola msemijja maħsuba biex isservi bħala kwartieri tal-iscouts tal-istess lokalita. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-iscouts diġà huma nfurmati u kien hemm ukoll diskussjonijiet magħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18231 u jgħid kemm-il laqgħa saret mal-Kap u / jew mal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u li fihom ġie trattat il-proġett tal-bini / estensjoni tal-istess skola bejn Jannar 2014 u Marzu 2024? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Minuti ta’ dawn il-laqgħat fejn issemma biss dan il-proġett?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li saru numru ta’ laqgħat rigward il-proġett imsemmi, u ser jibqgħu isiru l-laqgħat skont in-neċessità.
Mellieħa – Skola Primarja – Allokazzjoni tal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18233 u ċjoè: Ġaladarba jibda x-xogħol fuq l-estensjoni jew bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid fejn ser ikunu qed jiġu allokati l-istudenti li llum qed jattendu l-istess skola? Jekk l-istudenti ser jinżammu fl-istess lokalità, jista’ jgħid ukoll f’liema żona tal-Mellieħa se ssir din l-allokazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej l-istħarriġ neċessarju u kif ukoll diskussjonijiet mal-istakeholders sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni possibbli għall-allokazzjoni tal-istudenti. Id-diskussjonijiet eventwalment se jinkludu wkoll anki lill-edukaturi u l-ġenituri.