Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #17804 Sitting 415 2021-01-13 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni maħtura minħabba miżuri ta’ sigurtà fil-Qasam tal-Kostruzzjoni

Question

B'referenza għall-inċident ta' Marzu 2020 fejn iġġarrfet residenza u sfortunatament tilfet ħajjitha persuna, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-ħidma tal-kummissjoni maħtura mill-Gvern biex teżamina, u tipproponi miżuri kwantu s-sigurtà fil-qasam tal-kostruzzjoni? Jista' jgħid ukoll x'ser tkun it-triq ’il quddiem?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 14221, li għamel hu stess, inżid li fl-aħħar xhur il-Gvern ħadem fuq strateġija inti¿a biex tkompli ssaħħaħ l-istrutturi regolatorji fis-settur. Għall-aħħar aġġornamenti, nitolbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #17359 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pandemija – Direttiva 13

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16901, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għala ma jridx idaħħal id-Direttiva 13?

Response (ABELA, ROBERT)

Kif spjegajna kemm il darba pubblikament u anke kif diga’ weġibna fil-Mistoqsija Parlamentari numru 16901, id-direzzjoni hija diga ċara li fiċ-ċirkostanzi kurrenti, talbiet għal teleworking jiġu milqugħa sakemm il-livell tas-servizz mogħti ma jigix mittiefes. La darba hemm din id-direzzjoni dwar xogħol lil hinn mill-uffiċċju u wkoll li jkunu osservati d-direzzjonijiet dwar sahha pubblika fil-postijiet tax-xogħol, f’dal-mument Direttiva numru 13 mhix meħtieġa..
Leg 13 PQ #17781 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema maċ-Ċivil jew fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li b'xi mod jaqgħu taħt iċ-Ċivil u s-settur pubbliku fl-aħħar ta' Novembru 2020? Kemm kien hemm ħaddiema li b'xi mod jaqgħu taħt iċ-Ċivil, inkluż awtoritajiet u units, fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #17923 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fis-servizz pubbliku minn skala 1 sa 5

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku minn skala 1 sa 5 u kemm kienu ta' sess femminili mill-2010 ’l hawn, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #17924 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord ta’ entitajiet pubbliċi – persuni appuntati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew appuntati persuni ta' sess femminili fuq il-bord ta' entitatijiet pubbliċi sena b'sena mill-2010 ’l hawn u kemm kien il-perċentwali ta' nisa min-numru totali ta' appuntati?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #17929 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PBS – ħlas għall-footage ta’ programmi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka kemm tħallsu flus mill-Ministri jew MPs fuq in-naħa tal-Gvern għal footage ta' programmi li xxandru minn fuq l-istazzjonijiet televiżivi tal-PBS?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #17208 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li huma minn skala 6 'l fuq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16865, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu fi skala 6 jew aktar 'il fuq skond Appendix 'N' tal-Estimi finanzjarji 2021 (Pg 407)? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li hemm 138 persuna fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li huma fi skala 6 jew aktar.Minn dawn 75 huma nisa u 63 irġiel.
Leg 13 PQ #17815 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Entitajiet uffiċjalment maħtura mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista tal-entitajiet uffiċjalment maħtura mill-Gvern u l-membri tagħhom, dan għax l-istess informazzjoni ilha ma tidher fuq is-sit gov.mt għal diversi xhur?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema membri qed jirreferi.
Leg 13 PQ #17824 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – rapport dwar il-qasam tas-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #17883 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bdiewa li applikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-xiri ta’ inġenji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara x’inhi r-raġuni għaliex bdiewa li applikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea biex jagħmlu tajjeb għax-xiri ta’ inġenji tar-raba’, taħt miżura 4.1 li l-applikazzjonijiet ilhom magħluqa minn Ġunju tal-2020?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li s-sejħa li qed issir referenza għaliha taħt il-Miżura 4.1 tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali għalqet fl-24 ta’ Lulju 2020. Din kienet l-ahhar sejħa minħabba li l-Programm wasal lejn it-tmiem tiegħu. Ninsab nfurmat ukoll li l-Awtorità ta’ Ġestjoni avżat lill-applikanti kollha bl-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet rispettivi tagħhom.
Leg 13 PQ #17719 Sitting 412 2020-12-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet - Attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17510 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #17735 Sitting 412 2020-12-16 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC) mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet li ngħataw deċiżjonijiet mill-PSC mill-2017 sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija entita Kostituzzjonali indipendenti. Ninfurma ukoll lill-Onor Interpellant li kull sena din l-Kummissjoni tippubblika rapport annwali li jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #17564 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku tul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bejn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020, 310 rriżenjaw, 346 irtiraw u 7 tkeċċew mis-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #17105 Sitting 409 2020-12-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16847, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minnhom kienu ħaddiema mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru?

Response (ABELA, ROBERT)

B’referenza għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 16847, ninsab nfurmat li l-ħaddiema msemmija kienu mill-entitajiet li jagħmlu parti mis-settur pubbliku fid-dekasteru tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #17562 Sitting 409 2020-12-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku tul is-sena 2019?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 15342 li kienet saret minnu stess, ninsab nfurmat ukoll li kien hemm 468 persuna li rtiraw mis-Servizz Pubbliku fl-2019.
Leg 13 PQ #17586 Sitting 409 2020-12-09 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq komunikazzjoni lill-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17075, 15759, 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #17580 Sitting 408 2020-12-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15729 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15141, jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn kull kumpanija/individwu msemmi u jpoġġi rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, ROBERT)

Minħabba li t-tagħrif mitlub hu impossibbli li jinġabar f’ħin raġjonevoli, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika dak li jeħtieġ.
Leg 13 PQ #17510 Sitting 407 2020-12-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #17454 Sitting 406 2020-12-01 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Chairmen ta’ Bordijiet — spejjeż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu minn mindu ġew maħtura?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15317.
Leg 13 PQ #17264 Sitting 404 2020-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nomina ta' persuni għal karigi elenkati fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap. 595

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-2018 s’issa, kemm-il nomina ta’ persuni għal karigi kif elenkati fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap. 595 tressqu għal kunsiderazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi skont l-artikolu 38 tal-Kap. 595? F’kull każ x’kienet l-kariga li għaliha l-persuna kienet nominata u x’kien l-eżitu? Jista’ jgħid jekk hux qed tiġi kkunsidrata li l-lista tal-karigi msemmija fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap. 595 tiġix estiża wkoll għall-membri tal-bordijiet tat-tmexxija tal-entitajiet pubbliċi elenkati fl-istess skeda?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-ebda kariga milli tinsab imsemija fit-tieni taqsima tal-Ħames Skeda ta’ Kap 595 ma taqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Għad-diskussjoni dwar jekk din il-ligi tistax tigi estiża wkoll għal karigi oħra, l-Interpellant għandu jirreferi għad-diskussjoni ta’ meta tressaq l-abbozz ta’ liġi.