Legislature:
Category:
Reset
Active:

Homes, SVPR u Mount Carmel Hospital — Health technology Assessments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt sarux xi health technology assessments jew pharmaco-economic evaluations biex jara kemm jiffranka l-gvern mill-kura mill-homes, Residenza San Vinċenz de Paul, Mt.Carmel u istituzzjonijiet oħra tal-gvern li kieku kellu iżjed l-Alzheimer fix-Schedule V u jagħti l-mediċina għalija, partikolarment fil-forma ta' patches, li huma aktar cost-effective? Jekk iva, jista' jqiegħed dawn ir-riżultati fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, għaliex qatt ma saru studji bħal dawn? Hemm il-ħsieb li dawn l-istudji jsiru? Jekk iva meta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Bħalissa ‘health technology assessments’ jew ‘pharmaco-economic evaluations’ isiru għal applikazzjonijiet validi għal mediċini biex jikkuraw mard kroniku li jaqa taħt il-ħames skeda tal-liġi tas-Sigurta’ Soċjali. Dan skont l-avviż legali 58/2009. Il-Ministeru ser jibda eżerċizzju ta’ evalwazzjoni finanzjarja sabiex tiġi ffinaliżżata l-istrateġija tad-Dementia li jista jinkludi id-dħul ta’ mediċini ġodda għall-kura tad-Dementia fil-ħames skeda tal-liġi tas-Sigurtà Soċjali.

Trasport pubbliku — privileġġi tal-karta anzjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-privileġġi li għandhom l-anzjani minħabba l-karta anzjan humiex se jispiċċaw jinżammu jew jissaħħu wara li tiġi implimentata r-riforma fit-trasport pubbliku u t-trasport jgħaddi f'idejn il-kumpanija ġdida?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Tifla ta' tliet xhur li marret l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' tifla ta' tliet xhur li ommha hija Maltija u missierha barrani li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li meta marru l-isptar bit-tifla ma riedux jarawha, minkejja li l-missier ilu 20 sena Malta? Jista' jagħti spjegazzjoni u jara jekk hemmx xi rimedju?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li din it-tarbija mhix irreġistrata fuq il-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei. Apparti minn hekk, ma hemmx dettalji biżżejjed fil-mistoqsija biex wieħed jista’ jifhem x’kien il-każ. Il-ġenituri tat-tarbija huma mitluba biex jikkuntattjaw lid-Dipartiment tal-Customer Care tal-Isptar Mater Dei biex jispjegaw il-każ tagħhom u jingħataw l-assistenza meħtieġa.

persuni u households bil-karta r-roża

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22173 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni/households b'karta roża bħalissa? Kontemporanjament kemm minnhom mhumiex intitolati għal Għajnuna Supplimentari? Jista' din l-informazzjoni tingħata lokalità b'lokalità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fit-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22173 din il-Mistoqsija ma ġietx riferuta lill-Ministeru tieghi, nitolbu jerġa’ jaħmel l-istess Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Influwenza AH1N1 — mediċina Tamiflu b'xejn

Question

Rigward il-mediċina Tamiflu, jista' l-Ministru jgħid minn meta m'għadhiex tingħata b'xejn meta tkun preskritta minn tabib? Japprezza l-fatt li filwaqt li s-sena li għaddiet kienet qed tingħata b'xejn b'mod universali, issa lanqas qed tingħata b'xejn lil min għandu l-karta r-roża u dan fi żmien meta hemm tant admissions l-isptar b'kumplikazzjonijiet tal-Influwenza AH1N1?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tfal li jbatu minn Cerebral Palsy

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22251, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba peress li fid-dawl ta' leġislazzjoni pendenti dwar l-IVF, din l-informazzjoni hi kruċjali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paule — talba biex persuna tidħol fid-dimentia ward

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tbati mid-dimentia u li applikat għar-Residenza San Vinċenz de Paule u minkejja li applikat fl-2007 xorta ma kellhiex risposta peress li bħalissa hija tinsab f home privata għax mhix tajba biex toqgħod id-dar u minkejja kollox f din il-home m'hemmx kura għal min ibati bid-dimentia u x-xewqa tal-familjari hija li tidħol f'San Vincenz de Paule Dimentia Ward?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — persuni li jirċievu servizz ta' psychiatric outpatients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni minn Wied il-Għajn li qed jirċievu servizz bħala psychiatric outpatients?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' persuni minn Wied il-Għajn li qed jirċievu servizz bħala psychiatric outpatients huwa ta’ 26.

Lista ta' mediċina li kienet out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22535 u jagħti lista ta' kull okkażjoni li mediċina kienet out of stock minn xi sptar tal-gvern, spiżerija tal-gvern, jew mis-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, b'breakdown ukoll ta' liema kienu tort tal-aġent u liema tal-gvern fis-sena 2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

National Dementia Strategy Group — rakkmandazzjoni għall-mediċina b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22533 u jgħid meta se tiġi inkluża r-rakkmandazzjoni tan-National Dementia Strategy Group, hekk kif ġew irrapportati fit-Times tas-17 ta' Marzu 2010, li niġu bħall-bqija tal-Ewropa u nibdew nagħtu l-mediċina għaliha b'xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Named patients request — mediċina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22531 u jgħid kemm saru named patient requests fl-2010? Kemm minnhom ġew approvati? Minn dawn li ġew approvati, kemm minnhom inxtratilhom il-mediċina, bi spjega, għal dawk li għadha ma nxtratilhomx? Għalfejn ma nxtratilhomx u meta se tinxtralhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Inkluzjoni ta' mediċina fil-formularji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22530 u jipprovdi tabella li tinkludi kull talba li saret għall-inklużjoni ta' mediċina fil-formularji li ġiet approvata, bid-data tal-approval, u bid-data ta' meta saret l-ewwel ordni? Fejn ma saritx ordni, jista' l-Ministru jispjega għalfejn u meta se tinxtara?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Mediċina tal-Osteoporsis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22537 u jgħid id-data meta Malta, wara diversi snin se tiġi bħall-bqija tal-Ewropa u tibda tagħti l-mediċina tal-Osteoporosis b'xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li f’Malta tingħata mediċina b’xejn għall-Osteoporosis biss meta din tirriżulta bħala komplikazzjoni minn kundizzjoni (jew kura) li taqa’ taħt il-ħames skeda. Osteoporosis mhiex waħda mill-kundizzjonijiet tal-ħames skeda fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318).

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22176 u ċioe: Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 20340 u jgħid jekk jikkonsidrax li wasal iż-żmien li tinbidel il-policy biex il-gvern ma jibqax jabbuża minn min hu l-iktar vulnerabbli u kulmin hu intitolat għal xi mediċina li tkun out of stock din għandha jew tinxtralu mill-gvern jew inkella jingħata l-flus li jkun nefaq, peress li għadda xahar u l-informazzjoni għadha ma ngħatatx?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Osteoporosis — injection

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat biex jieħu l-injection mill-awtoritajiet tas-saħħa li għandhom problema ta' Osteoporosis?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-osteoporożi mhux waħda mill-kundizzjonijiet ta’ Skeda V fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Il-pazjenti huma ntitolati biex jieħdu mediċina f’forma ta’ injection għall-Osteoporożi meta din tirriżulta bħala komplikazzjoni minn kundizzjoni (jew kura) li taqa’ taħt Skeda V.

Diossina fil-bajd tat-tiġieġ u prodotti anċillari

Question

Fid-dawl tal-każ ta' diossina fil-bajd tat-tiġieġ u prodotti anċillari li nstab fil-Ġermanja, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prekawzjonjiet li ttieħdu mill-Gvern biex jitħares il-konsumatur Malti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Informat li l-Gvern, Malti permezz tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, ilu jsegwi din is-sitwazzjoni minn mindu nħarġet fuq is-sistema magħrufa bħala Rapid Alert System for Food and Feed. Ta’ min ifakkar illi din hija sistema ta’ kommunikazjoni rapida bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja, li taħdem fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Bl-użu ta’ din is-sistema, Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropeja, għandha aċċess għal kull ma jkun qed jiġri f’pajjiżi membri. Fuq din il-kwestjoni, sal-lum intbagħtu tnejn u għoxrin aġġornament. Skont l-aħħar informazzjoni li hemm fuq l-istess sistema, ma tqassam l-ebda ikel jew għalf ikkontaminat lil Malta.

Ta' Xbiex Housing Estate — ilmenti fuq nemus u ġrieden

Question

Billi għadd ta' residenti fil-Housing Estate ta' Ta Xbiex ilhom snin jilmentaw dwar l-għadd kbir ta' nemus u insetti oħrajn kif ukoll ġrieden li spiss jkun hemm qrib l-appartamenti tagħhom minħabba plot kbira tal-privat abbandunata li hemm quddiem Blokk C1 u qrib Blokk B2 ta' Ta Xbiex Housing Estate, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex jiġi indirizzat dan l-ilment li jmur lura żmien twil?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva tliet ilmenti rigward akkumulu ta’ ilma fil-plot imsemmija. Tnejn minn dawn l-ilmenti daħlu fl-2009 u wara investigazzjonijiet li saru fiż-żewġ ilmenti l-ilma tneħħa minn sid il-plot u dan ġie kkonfermat minn uffiċċjali ta’ dan id-Direttorat fis-27 ta’ Mejju, 2009. Fl-14 t’Ottubru ta’ din is-sena dan id-Direttorat irċieva ilment wieħed rigward akkumulu ta’ ilma fl-istess plot , wara spezzjoni li saret minn uffiċċjali ta’ dan id-Direttorat, is-sid reġa' ingħata ordni sabiex ineħħi l-ilma u dan l-ilma ġie kkonfermat li tneħħa minn uffiċċjali ta’ dan id-Direttorat fil-15 ta’ Novembru, 2010. Rigward ir-referenza li l-Onor. Interpellant qiegħed jagħmel dwar il-problema tal-ġrieden fl-inħawi tal-istess plot , nixtieq ninformaħ li matul din is-sena daħal ilment wieħed fl-10 ta’ Settembru rigward infestazzjoni ta’ ġrieden fit-triq il-Watar u wkoll fil- housing estate tal-istess inħawi. Trattament għal kontra l-ġrieden sar mill-ħaddiema tal-Pest Control Unit fi ħdan l-istess Direttorat fil-15 ta’ Settembru. L-istess trattament ġie repetut fit-2 ta’ Diċembru, 2010.

intervista dwar il-kundizzjoni Alzheimer

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20369, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet dwar dan is-suġġett? Jista' jgħid kemm minn dawk ir-rakkmandazzjonijiet twettqu? Kemm minnhom għadhom ma twettqux? Meta hu ppjanat li jitwettqu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ir-rapport li kien imħejji mid-Dementia Strategy Group ġie ppreżentat lil Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità. Il-Ministru se jwaqqaf grupp fi ħdan il-Ministeru biex jitkompla x-xogħol u jsiru costings dwar l-azzjonijiet proposti sabiex fuq din l-informazzjoni il-gvern ikun f’pożizzjoni li jiddeċiedi dwar il-proġetti li għandhom jiġu indirizzati, dejjem fir-realtà tar-riżorsi disponibbli.

Pilloli qabel l-operazzjoni tal-hip replacement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi prassi li qabel hip replacement operations, il-pazjenti jiġu mitluba jixtru xi pilloli pre-ops biex ma jinstaddulhomx il-vini? X'inhuma dawn il-pilloli u kemm jiswew?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-operazzjoni tal-hip replacement hija waħda maġġuri u komplessa, għalhekk hemm numru ta’ kumplikazzjonijiet assoċjati magħha. Waħda mill-iktar kumplikazzjoniet komuni hija deep vein thrombosis, li tista’ twassal għal pulmonary embolism li tista’ tkun fatali. Biex il-pazjenti jiġu protetti minn din u kumplikazzjonijiet oħra, jingħata thrombo prophylaxis lill-pazjent fil-perjodu ta’ qabel u wara l-operazzjoni. Hemm diversi mediċini għal dan il-għan u it-tip ta’ mediċina li tintuża tiddependi ħafna mill-eżiġenzi tal-każ partikolari, skont kif determinat mill-konsulent tal-pazjent. Per eżempju, sub-cutaneous heparins u low molecular weight heparins reċentement saru disponibbli b’xejn għal każi ta’ thrombo prophylaxis fl-Isptar Mater Dei. Hemm ukoll oral factor 10 inhibitors , li iżda ma jingħatawx b’xejn fis-servizz tas-saħħa tal-gvern. Għalhekk huwa probabbli li l-mistoqsija parlamentari qed tirreferi għal oral factor 10 inhibitors li ġew preskritti bħala thrombo prophylaxis . Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma jkollux il-prezzijiet ta’ mediċini li jinxtraw minn spiżeriji privati.

persuni li jbatu minn keratoconus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li jbatu minn keratoconus jingħatawx trattament permezz ta’ intervent fl-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.