Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — infiq f'ċelebrazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sena b'sena, fis-snin li għaddew 2011, 2010, 2009 u 2008 f'ċelebrazzjonijiet, parties, ikliet, ikliet ta' ospitalità u festini oħrajn mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment? Min kien responsabbli għal dawn l-attivitajiet u kemm ġiet tiswa kull attività?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf loll-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw kanna tal-ilma, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilu joħroġ l-ilma minnha 24 siegħa u minkejja li rrapportaw lil tal-emerġenza, xorta baqgħu bla kuntatt?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta illi kien hemm żewġ problemi qrib l-indirizz immsemmi.
Waħda illi xi ħadd mhux magħruf għalaq l-istopcock tal-bankina, sabiex jieqaf ħiereġ ilma minn ħsara fuq is-servizz li jitma l-istess propjreta.
It-tieni jirriżulta li kien hemm ħsara oħra f’servizz ta’ propjreta fil-qrib, li l-ewwel tentattiv sabiex tissewwa falla għax ma nstabitx l-origini minn fejn ġej l-ilma.
Għalhekk il-każ għadda għand is-sezzjoni tad-‘detection’ sabiex tiġi lokalizzata l-ħsara. Il-ħsara instabet u ġiet imsewwija.
Fabbriki u kumpaniji li ma baqgħux joperaw f'pajjiżna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf loll-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ faċilità ta’ open-air studio għall-produzzjoni tal-films f'Għawdex? X’kienet l-ispiża magħmula s'issa fuq dan il-proġett sena b’sena b’mod separat, fl-2008, 2009 u 2010? Hemm data ta’ meta dan il-proġett se jkun lest?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-settur tal-films illum identifika modi aktar effettivi ta’ kif isiru produzzjonijiet, anke permezz ta’ grafika kompjuterizzata. Ilum, wieħed jista joħloq dak li jrid b’aktar opportunitajiet minn dak li joffri studio barra. Il-gvern se jkompli jinċentiva produzzjonijiet lejn Malta u Għawdex, filwaqt li jsaħħaħ is-settur lokali permezz ta’ investiment fl-edukazzjoni bħal Film Fund u korsijiet relatati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-iskejjel indipendenti li bbenefikaw mir-rifużjoni ta' 15.2% tal-ispejjeż marbuta mal-bini ġdid li jkunu għamlu dawn l-iskejjel?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn meta ġew ippubblikati l-linji gwida għal din l-iskema fil-Gazzetta tal-Gvern nru 453 tas-17 ta’Mejju 2011 , għadha ma daħlet l-ebda applikazzjoni ma’ din l-iskema.
Imsida — Triq Giorgio Mitrovich - katusi tad-drenaġġ mifqugħa
Question
Billi ġewwa Triq Giorgio Mitrovich, Msida hemm katusi tad-drenaġġ mifqugħin b’tali mod li qed jolqtu lir-residenti kollha ta’ din it-triq bl-overflowing drainage, jista' l-Ministru jgħid x’passi beħsiebha tieħu l-korporazzjoni/dipartiment konċernat, speċjalment wara r-rapporti li saru xi xahar ilu, billi l-problema kompliet taggrava u billi ġejt infurmat li s-sistema hija mqabbda mal-mains prinċipali tad-drenaġġ li hemm fi Triq Testaferrata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf loll-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28774 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tat-tjur (broilers) friski matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-produzzjoni lokali tal-laħam tat-tjur (broilers) friski matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kienet tammonta għal 2,214,762 kilogrammi. L-informazzjoni bejn Lulju u Settembru għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28778 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-qabda tal-ħut frisk reġistrat matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-qabda tal-ħut frisk reġistrat matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kienet tammonta għal 591,270 kilogrammi. L-informazzjoni bejn Lulju u Settembru għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28776 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga friska matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab informat li l-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga friska matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kienet tammonta għal 588,976 kilogrammi. L-informazzjoni bejn Lulju u Settembru għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28786 li oriġinarament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-ħxejjex friski matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-produzzjoni lokali tal-ħxejjex friski li għadda minn swieq uffiċjali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kienet tammonta għal 21,542,270 kilogrammi. L-informazzjoni bejn Lulju u Settembru għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-main tad-drenaġġ li għaddej minn Wied ta' Għeriexem (Rabat) għal taħt l-Imdina u Ta' Qali qiegħed ifur kull darba li tagħmel ix-xita meta xi snin ilu kien sar relief main fil-bypass tal-Imtarfa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-main li għaddej minn Wied ta’ Għeriexem (Rabat) irid jiġi eliminat meta s-sistema tad-drenaġġ tar-Rabat u Ħad-Dingli tiġi mqabbda mar-relief main fil-bypass tal-Imtarfa liema xogħol huwa nkluż fil-Masterplan tal-Infrastruttura tad-Drenaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Corporate Village fl-Imrieħel?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa, il-Malta Enterprise qeda taħdem biex jiġi ippublikat ir-Request for Proposals (RFP) finali. Dan il-proċess mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li qiegħda tgħix f'post mikri mingħand terzi u liema post ġie meħud minn terzi mingħand l-Uffiċċju Konġunt b'titolu ta' ċens jagħlaq, jekk il-persuna li qiegħda tgħix fil-post għandhiex id-dritt tifdi ċ-ċens hi biex tipproteġi lilha nnifisha wara li jagħlaq iċ-ċens?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li persuna li qegħda tgħix f’ post mikri mingħand terzi, liema post qiegħed għand dawn it-terzi b’titlu ta’ ċens temporanju mingħand l-Uffiċċju Kongunt m’għandha l-ebda dritt li tifdi ċ-ċens mal-Uffiċċju Konġunt. Meta jagħlaq iċ-ċens, ai termini tal-Artiklu 1530 tal-Kodiċi Ċivili, l-Uffiċċju Konġunt ikollu d-dmir legali illi jirrispetta dik il-kirja li tkun saret mill-predeċessur tiegħu skont il-Liġi.
B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 20555, jista’ l-Ministru jaġġorna l-qagħda ta’ investiment barrani u jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Settembru ta’din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Standard Item of Expenditure — vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena? Jista’ jgħid x’hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Minstru responsabbli għal Ghawdex.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena sarux xi investigazzjonijiet dwar l-użu u l-possibilità ta' abbuż mill-Gold Credit Card taċ-Chief Executive Officer tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet? Jista' jghid jekk itteħdux xi passi u fil-każ x'kienu dawn il-passi? Jista' jgħid jekk inġabrux l-invoices kollha relatati mal-użu ta' din il-Gold Credit Card? Jista' jgħid jekk iċ-Chief Executive Officer tax lura xi flus li kien ġibed minn din il-credit card u jekk iva, kemm kien dan l-ammont?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li ma saret l-ebda investigazzjoni fir-rigward ta’ dak li qed jallega l-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li hija proċedura tal-Korporazzjoni li tiġbor l-invoices kollha relatati ma’ kull spiża li l-istess korporazzjoni tidħol fihom, u li tirrikonċilja dawn l-ispejjeż. Din il-proċedura tapplika wkoll għall-credit cards.
Il-Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni rrifonda €1,722.63 li kienu ngħataw lilu bħala
per diem
għal konferenzi u laqgħat barra mill-pajjiż, u għal ħlas tal-akkomodazzjoni.
Raħal Ġdid — Triq Nazzarenu u Triq Sant' Ubaldeska - tappiera tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jara li tissolva l-problema tad-drenaġġ li joħroġ hekk kif tagħmel ftit xita minn tappiera li tinsab bejn Triq Nazzarenu u Triq Sant' Ubaldeska Raħal Ġdid għax minkejja li saru numru ta' rapporti baqa' ma sar xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret fuq il-post, jirriżulta li ma hemm xejn ħażin fl-imsemmija manhole.
Probabilment, hemm numru ta btieħi u bjut ta’ djar privati illi huma illegalment imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ. Għalhekk, is-sistema, li mhiex maħsuba sabiex tirċievi ilma tax-xita, ma tlaħħaqx waqt xita.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż kollha relatati (venue, stampar, reklamar, receptions eċċ.) mal-attività Intrapriża Malta? Għal kull spiża, jista' l-Ministru jispeċifika s-supplier, jekk inħarġitx offerta jew ingħatax direct order? Għal kull spiża, jista' l-Ministru jispeċifika d-data meta ħarġet l-offerta jew ordni? Minn liema line item specifika tal-budget ittieħdu l-fondi għal din l-attività? Meta ttieħdet id-deċiżjoni li tittella' din l-attività? Kemm kien hemm esibituri li ħadu sehem f'din l-attività? Kemm ġew mistiedna persuni għar-riċeviment li għalih attenda l-Prim Ministru? Kemm attendew persuni għal dan ir-riċeviment? Kemm attendew persuni għal kull seminar li ġie organizzat minn Enterprise Malta u entitajiet oħra matul din l-attività? Kemm attendew membri tal-pubbliku għal din l-attività?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kontijiet tal-attività INTRAPRIZA MALTA għadhom qegħdin jinġabru. Id-dettalji ta’ l-istima tan-nefqa għal din l-attività huma kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-attivitajiet marbuta mal-SME Week jiġu ppjanati minn sena għal sena, u dawn jinkludu numru ta’ laqgħat regolari sabiex jiġi fformulat il-programm ta’ attivitajiet.
Fl-attività INTRAPRIZA MALTA kien hemm madwar 60 stand, filwaqt li għar-riċeviment li attenda għalih il-Prim Ministru kien hemm madwar 700 persuna. L-attendenza għas-seminars u laqgħat oħra varjat minn madwar 80 persuna għal ‘il fuq minn 400 persuna. L-attendenza tal-mistednin kienet waħda numeruża, però billi li d-dħul kien b’xejn ma kienx hemm mezz kif wieħed jgħodd il-vizitaturi bil-preċiż.
Jista' l-Ministru jgħid min jagħmel użu mill-karozza tal-Korporazzjoni Enemalta ENE-229?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vettura ENE 229 hija assenjata d-distrett tal-Qawra u tintuża mill-principal district technical officer (PDTO) ta’ dan id-distrett.
Economist Intelligence Unit — esportazzjoni u importazzjoni ta' żejt
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-gvern għall-fatt li Malta kif indikat l-Economist Intelligence Unit tidher li esportat żejt aktar milli importat meta pajjiżna mhuwiex produttur taż-żejt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.