Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Compliance Report, iċ-Ċertifikazzjoni, Emergency Plan u Fire Audit Report għall-faċilitajiet li saru taħt iż-żona tal-kunċerti ta' Ta' Qali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali rapporti jinsabu għand l-entitajiet rispettivi u kienu jagħmlu parti mill-kundizzjonijiet tal-permess kif approvat u maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jara li jsir xogħol fi Triq Frans Grech Wied il-Għajn sabiex din tiġi mwessa’ ftit biex meta jkun hemm karozzi pparkjati, il-karozzi jkunu jistgħu joħorġu mill-garaxxijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħadna nota ta’ dan is-suġġeriment.
Jista’ l-Ministru permezz tal-Awtorità konċernata jara li jittieħdu l-passi meħtieġa minħabba li minn wara l-ħamsa ta’ wara nofsinhar fi Vjal 25 ta’ Novembru fiż-Żejtun qed ikun hemm traffiku fid-direzzjoni lejn iċ-ċentru taż-Żejtun?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota u ser tiġi evalwata s-sitwazzjoni fi Vjal 25 ta’ Novembru, fiż-Żejtun.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx safety audit fuq il-proġett ta' restawr tal-Għadira? Jista' jgħid ukoll jekk ir-ritratti ta' strutturi tal-ħadid mehmuża kinux ikkonfermati sikuri u minn min saru u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-awditjar jew rapporti ta' sigurtà li saru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak minnu indikat ma jikkwalifikax bħala struttura u għalhekk ma jeżistux structural certifications. Il-ħadid indikat huwa kurduna li tagħmel parti mid-disinn ħolistiku tal-proġett tal-Għadira.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17821, jista' l-Ministru jagħti update dwar Triq San Ġiljan, f'Birkirkara?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq it-tiġdid tas-sistema tad-drenaġġ fl-imsemmija triq tlesta mill-Water Services Corporation. Ix-xogħlijiet fuq it-triq ser jissukktaw minn IM fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet imminenti li Triq Olaf Gollcher, f’Birkirkara ssir mill-ġdid minħabba li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet imminenti li Triq il-Kbira f;Ħal Balzan issir mill-ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Kbira, f’Ħal Balzan hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħolijiet jikkonsistu f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Birkirkara — Triq P.P. Castagna u Triq B. Bontadini - Traffic management
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx jew hux qed isir studju ta' traffic management li jikkonċerna Triq P.P. Castagna u Triq B. Bontadini f’Birkirkara minħabba li din tal-ewwel qed tkun iġġamjata bit-traffiku b'mod kostanti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward ta’ Triq B. Bontadini f’Birkirkara, l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għamlet studju ta’ traffic management, analizzat l-informazzjoni li nġabret, u ħejjiet proposti sabiex jiġu diskussi mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7753 u jgħid x'kien id-dħul tal-operatur tas-CVA mill-2013 sal-lum? Kemm kien id-dħul tal-Gvern minn dan l-ammont?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dħul tal-opertur tas-CVA minn Jannar 2013 sal-aħħar pagament li sar f’Diċembru 2023 kien ta’ €24,317,912.51. Filwaqt li d-dħul tal-Gvern minn Jannar 2013 sa April 2024 kien ta’ €10,454,290.64.
Infrastructure Malta – ħlas għal bollards fi Triq il-Kbira fil-Mosta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10792 u jgħid kemm kienet l-ispiża li ħallset Infrastructure Malta għall-bollards tal-irħam li tqiegħdu fil-Mosta f’partijiet differenti ta’ Triq il-Kbira?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min jista’ jagħti ċitazzjoni lil taxis li jkunu pparkjati fit-triq għal tul ta’ ħin? Jista’ jgħid ukoll x'għandu jagħmel resident sabiex jirraporta tali abbuż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Pulizija flimkien mal-Awtoritajiet tal-infurzar jistgħu jagħtu ċitazzjonijiet meta jkun hemm ksur tar-regolamenti, inkluż parkeġġ minn sidien jew xufiera ta’ vetturi żgħar għal ġarr ta’ passiġġieri u ta’ Taxis bojod. Ir-resident jista’ jċempel, jibgħat email jew juża’ l-mezzi soċjali sabiex jirrapporta kull abbuż.
Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16388, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward tal-ħatra tal-membri tal-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet, tenut kont li diġà saru diversi mistoqsijiet matul is-snin, proprju dwar dan is-suġġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13187, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19054 u jagħti l-informazzjoni u jinkludi l-għamla, il-mudell u s-sena tal-manifattura tal-vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates elenkati fl-istess tweġiba?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, tinqabeż l-advisory cost limit.
Fid-dawl li seħħew diversi inċidenti f’parti minn Triq San Bastjan, inkluż inċident li seħħ fil-jiem li għaddew (ritratti annessi), jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun qed isir biex din il-parti tat-triq ma tibqax tiżloq u għaldaqstant tkun ta’ inqas periklu għas-sewwieqa u r-residenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa lill-Gvern Malti biex it-trasport publiku jiġi operat minn Autobuses de Leon f'termini ta' konċessjonijiet, sussidji, ħlas għal trasport b'xejn, eċċ, sena b'sena u konsegwentament kemm kien il-patrunaġġ kull sena mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15889.
L-informazzjoni dwar il-patrunaġġ mill-2015 qiegħda tiġi provduta fit-tabella segwenti:
Sena
Patrunaġġ
2015
42,160,228
2016
43,253,238
2017
48,053,045
2018
53,467,404
2019
57,409,385
2020
33,776,664
2021
35,207,174
2022
49,222,424
2023
67,241,760
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn karozzi tal-linja disponibbli biex jipprovdu t-trasport pubbliku, sena b'sena, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux bil-ħsieb li jintroduċi l-Metro bħala trasport tal-massa f'pajjiżna? Jekk fl-affermattiv, hemm indikazzjoni meta jista’ jibda x-xogħol relatat u meta dan is-servizz ikun jista’ jibda jidħol fis-seħħ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’ dan l istadju il-Gvern għadu qed jevalwa l’aħjar sistema għal trasport tal-massa.