Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali — Pitkalija - investiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' investiment hu mistenni li jsir fil-pitkalijia f'Ta' Qali matul din is-sena finanzjarja? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx xi applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar min-naħa tal-gvern, f'dan il-post?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi bħalissa t-tmexxija tal-pitkalija qiegħda tiffinaliżża id-diskussjonijiet mal-għaqdiet tal-bdiewa u stakeholders oħra biex jiġi finaliżżat pjan t’azzjoni.

Producers organizations fil-qasam agrikolu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' producers organizations li ġew imwaqqfa fil-qasam agrikolu sal-lum? Fejn huma reġistrati dawn il-producers organizations? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk dawn jispeċjalizzawx fil-produzzjoni/tkabbir ta' xi prodott partikolari?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi in-numru ta’ Producers Organizations li ġew imwaqqfa fil-qasam agrikolu sal-lum jammonta għal ħmistax. L-organizzazzjonijiet kollha qegħdin reġistrati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura. L-organizzazzjonijiet li huma rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti jispeċjalizzaw : Waħda (1) frott u ħaxix frisk u għall-ipproċċessar. Waħda (1) frott u ħaxix għall-konsum frisk. Tlieta (3) għall-iproċċessar. Waħda (1) tal-Vitikultura. Tnejn (2) fil-laħam tal-fniek lokali. Tnejn (2) fil-patata. Waħda (1) fil-majjali. Tnejn (2) fil-ġbejniet. Tnejn (2) fit-tiġieġ.

Ħal Far — Żona Industrijali - siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li f’żoni industrijali bħal ta’ Ħal Far jinżergħu siġar biex isebbħu l-ambjent? Jaħseb li għandu jħajjar lill-industriji biex b’mod volontarju jgħinu fi proġett bħal dan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-Gvern għandu l-ħsieb li jinżergħu siġar u diġà hemm xi kumpaniji minn din iż-żona industrijali li huma interessati biex iħawwlu s-siġar imħallsa minnhom taħt l-iskema 34U .

Xogħol ta' tindif fiż-żoni industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif isir ix-xogħol ta’ tindif fiż-żoni industrjali? Kif jitneħħa l-materjal ta’ bini li jinstab mitluq hemm? Meta l-aħħar li sar ġbir ta’ dan it-tip ta’ skart?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi t-tindif taż-żoni industrijali ma jaqax taħt ir-responsabilta tal-Ministeru tiegħi iżda tal-Malta Industrial Parks u għaldaqstant nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Stallazzjoni tal-cable connection bejn Malta u l-grid tal-enerġija Ewropew

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17120 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma l-erba' kumpaniji li tefgħu formalment il-bid tagħhom s'issa għall-kuntratt tal-istallazzjoni tal-cable connection bejn Malta u l-grid tal-enerġija Ewropew? Jekk huma konsorzja, minn min huma komposti? Minn min huwa kompost il-bord tal-membri tal-aġġudikazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi s-sejħa li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant saret mill-Enemalta. Għaldaqstant nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi.

Pixkerija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-Pixkerija se tmur il-Marsa? X'konsultazzjonijiet saru mal-Kunsill tal-Marsa ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li saret applikazzjoni mal-MEPA għal sit fil-Marsa fejn tista' tmur il-pixkerija. Il-proċess ta’ konsultazzjoni inkluż mal-kunsill lokali jsir waqt l-ipproċessar tal-applikazzjoni mill-MEPA.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali — laptops u notebooks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops u notebooks minn kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? X'kienet l-ispiża minfuqa? Mingħand min inxtraw? Kif ġie deċiż mingħand min jinxtraw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul l-2009 inxtraw għaxar laptop/notebooks mill-kumpannija Wasteserv, żewġ laptops/notebooks mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi u laptop wieħed mill-BICC. Dawn inxtraw wara sejħiet għall-offerti skont il-proċeduri stabbiliti, minn dawn il-kumpanniji/ħwienet; PC Options, Scan, Klikk Computer Store, Comprod Computer Centre, Smart Technologies u Link. L-ispiża totali kienet ta' € 10,654.49.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ċifra globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus li ntnefqet fil-hospitality mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm tħallsu minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.

wind farm fil-viċinanżi tat-Torri l-Aħmar fil-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid apparti l-proġett prospettiv tas-Sikka l-Bajda li fuqu jinsabu għaddejjin studji mill-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta, jista' jgħid jekk il-gvern għandux xi pjanijiet jew studji għaddejjin dwar wind farm prospettiv fil-viċinanzi tat-Torri l-Aħmar fit-telgħa tal-Mellieħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi mhux għaddejin studji fuq dan is-sit minn naħa ta’dan il-Ministeru.

tindif ta' siti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li fihom hu mistenni li jsir tindif matul ix-xhur li ġejjin, bħala parti mill-kampanja kontinwa ta' tindif li għandu l-Ministeru? F'liema inħawi ta' Malta u Għawdex hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul ix-xhur li ġejjin, se jitkompla t-tindif tat-toroq li jaqgħu fir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali fuq programm li jsir regolarment u li jikkonċentra iktar fuq l-aċċessi għaż- żoni turistiċi kollha. Hemm programm ukoll ta' tindif regolari tal-bajjiet u xtajtiet Maltin.

Bdiewa tal-Qammieħ — Prodotti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4486 u jagħti tagħrif dwar jekk hux minnu li uffiċjali tal-Ministeru ordnaw lill-bdiewa tal-Qammieħ fl-inħawi tal-Mellieħa biex jeqirdu l-prodotti tagħhom? Jekk iva, x'wassal għal dan il-fatt? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar x'tip ta' kumpens ingħataw dawn il-bdiewa bħala rizultat ta' din id-deċiżjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi uffiċjali tal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali ma taw l-ebda struzzjoni lill bdiewa, li għandhom ir-raba fil-post mgħaruf bħala ‘Tal-Mejjieli’ fil-limiti tal-Mellieħa, biex jeqirdu l-prodotti tagħhom. Dawn l-ordnijiet inħarġu bejn l-aħħar t’Ottubru u Novembru tal-2008 mid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali wara li kien hemm evidenza ta’ kontaminazzjoni bid-drenaġġ tal-ispejjeż t’uħud mill-bdiewa. Għaldaqstant, il-bdiewa ġew ordnati biex ma jużawx l-ilma ta’ dawn l-ispejjeż u lanqas jbiegħu l-ħaxix li ssaqqa b’dak l-ilma. L-intervent tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura kien li jestima il-ħsara li saret lill uċuħ tar-raba affettwati u li jgħaddi din l-informazjoni lil WSC li huma responsabbli mill-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ. Il-kumpens mill-WSC lill bdiewa inghata f’forma finanzjarja abbazi ta’ l-istima li saret mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, għal wiċċ tar-raba affetwat. Barra minn hekk ingħata wkoll lill-bdiewa ilma b’xejn għat-tisqija u sar ukoll tindif fuq l-ispieri kkontaminati bil-ħaddiema tal-Korporazzjoni.

patata esportata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tipi differenti ta' patata ġiet esportata fl-2008 u l-2009, u x'tip ta' patata hu mistenni li tiġi esportata din is-sena? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi problemi partikolari għal dik li hi kwalità tal-patata li ġiet hekk esportata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li normalment il-patata li tiġi esportatat hi tat-tip ta’ qatgħa safra u qatgħa bajda. Il-patata li tiġi esportata tgħaddi minn proċess ta’ grading biex patata li ma tkunx ta' kwalità tiġi mwarrba. Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi ukoll għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 17290.

Abbuż mill-emblemi Maltin — patata esportata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk f'dawn l-aħħar tliet snin il-Ministeru rċeviex xi rapporti partikolari għal dak li hu abbuż mill-emblemi Maltin għal dak li jirrigwarda l-patata li ġiet esportata (mibgħuta barra minn Malta, ukoll fl-Unjoni Ewropea)? X'passi ttieħdu minħabba dawn ir-rapporti u x'kienu r-riżultati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi dan l-aħħar deher rtiklu f’ġurnal lokali fejn ġie allegat li kien hemm xi irregolaritajiet fuq patata li ġiet esportata. Il-Ministeru ħa l-passi immedjati u ma sab l-ebda irregolarità. Madankollu l-Ministeru hu kommess li jassigura l-awtentiċità tal-industrija tal-patata billi jkun hemm spezzjonijiet matul l-esportazzjoni.

qatla tal-majjal, ċanga u laħam ieħor fil-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal, ċanga u laħam ta' kwalità oħra li nqatlu fil-biċċerija tal-Marsa fl-ewwel tliet xhur ta' l-2008, 2009 u 2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

siġar mħawla

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar li tħawlu matul din is-sena, sa Marzu, mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru jew li għandhom kuntratti mal-gvern? Kemm minn dawn is-siġar kienu sponspored mill-privat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur ta’din is-sena tħawwlu 8116-il siġra li minnhom 3796 kienu sponsorjati minn individwi u kumpanniji taħt l-iskema 34U. Il-kumplament tħawwel mill-E.L.C.

Refuse Derived Fuel — Impjant ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux jevalwa l-possibilità li minflok li r-refuse derived fuel li jiġi prodott fl-impjant ta' Sant Antnin jiġi esportat, jiġi użat f'Malta għall-produzzjoni tal-elettriku?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-abbozz tal-ewwel reviżjoni tal-istrateġija dwar l-immaniġjar tal-iskart, li huwa pubbliku jindika b’mod ċar kif l-aħjar isir użu minn din ir-riżorsa għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

Boreholes u spieri — twaħħil ta' meters fuq spieri qodma

Question

B'referenza għat-twaħħil ta' meters fuq boreholes u spieri, jista' l-Ministru jgħid hux se jitwaħħlu meters ukoll fuq spieri qodma li s-sors tal-ilma tagħhom hu l-perched acquifer?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi skond l-Avviż Legali 241/2010 spieri fil-perched aquifer (ta’ fuq it-tafal) jkunu eżentati mill-metering jekk: a) ma hemm l-ebda pompa fuqhom li itella' l-ilma. b) jkun proprjetà kulturali taħt l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. c) I-astrazzjoni li jittellà minn dak is-sors ma jkunx jeċċedi metru kubu kull jum

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16958 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

monument għall-persuni tas-servizzi tal-Awstralja u New Zealand

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed joffri l-gvern rigward il-proġett ta' twaqqif ta' monument li jikkommemora l-madwar 300 persuna tas-servizzi tal-Awstralja u ta' New Zealand li jinsabu midfunin f'ċimiterji differenti f'pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-Ministeru tiegħi se jipprovdi l-ħaddiema biex isir ix-xogħol indikat waqt li l-materjal se jiġi provdut mill-ANZAC Memorial Committee-Malta.