Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Saħħa u tal-Anzjani — infermiera Maltin u barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5632 u jgħid kemm hemm infermiera Maltin u barranin f'kull taqsima tad-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Anzjani? Kemm hu numru ta' infermiera meħtieġa f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #6034 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Residenza San Vinċenz de Paule — applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' anzjan li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament li applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule u li dan iddaħal l-isptar, minkejja li għamel l-applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule aktar min ħames snin ilu, bil-mara li għandha 'l fuq minn 80 sena u hija marida tant li l-anqas tiflaħ tqandlu, dawn xorta bagħtuh l-isptar? Jista' jara x'jista' jsir sabiex dan jiddaħal fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien applika biex jidħol fir-Residenza San Vincenz de Paule fit-3 ta' Lulju 2003. Il-każ konċernat ġie diskuss mill-Admissions Board ta' San Vincenz de Paul fil-15 ta' Ġunju 2006 u l-Bord kien talab li jsir medical u social update tal-applikazzjoni. Għalhekk intbagħtet applikazzjoni oħra lill-applikant fejn ġie mitlub biex jagħmel medical update. Informat ukoll li l-Bord ma rċieva l-ebda risposta mingħand l-applikant.
Leg 11 PQ #6037 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Miżura tal-aħħar baġit — taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-miżura tal-aħħar baġit li min ikollu t-tfal mill-2007 s'issa mhux se jħallas taxxa għal sena, bdietx tiġi attwata?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6038 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħlas ta' ċens

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5363, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun jiswa iċ-ċens tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Informat illi kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija parlamentari numru 5363 iċ-ċens preżenti ta’ Lm 19 (€ 44.26) ser jiżdied bi 15% fil-15 ta’ Jannar 2010 għal Lm 21.85 (€ 50.90). Dan iċ-ċens ta’ € 50.90 ikun jista’ jinfeda’ bir-rata ta’ ħamsa fil-mija (i.e.) għall-prezz ta’ € 1,018 bejn il-perjodu tal-15 ta’ Jannar 2010 sa’ l-14 ta’ Jnnar 2011.
Leg 11 PQ #6042 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sussidju fuq karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna b'diżabilità barra li taqta' d-dazju u l-VAT meta tixtri karozza, hemm xi skema oħra ta' sussidju li persuna b'diżabilità tista' tieħu? Id-dettalji tal-persuna qed jintbagħtu separatament.

Response (DALLI, JOHN)

Il-kategoriji differenti ta' persuni b'diżabilita jistgħu jibbenefikaw minn żewg skemi relatati mal-trasport personali tagħhom. L-ewwel skema hi eżenzjoni, ħafna drabi parzjali mid-dazju u l-VAT meta jiġu biex jixtru vettura li fuqha ma jkunux tħallsu dawn it-taxxi. It-tieni skema hi l-eżenzjoni parzjali mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq. Ninsab informat li l-persuna konċernata applikat biss għat-tieni skema u kkwalifikat.
Leg 11 PQ #6170 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assistants and Monitoring Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-applikazzjoni Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ Ref No HR/37/08 għal Administrative Assistants and Monitoring Officers mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kenitx sejħa interna jew esterna? Jista' jgħid jekk din is-sejħa kenitx għal postijiet permanenti jew għal pożizzjonijiet b'kuntratt għal żmien definit? Jekk kienu għal pożizzjonijiet b'kuntratt kemm hu ż-żmien definit?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-applikazzjoni ETC Ref No HR/37/08 għal Administrative Assistants u Monitoring Officers mall-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienet sejħa esterna, li għaliha seta’ japplika kull min kellu l-kwalifiki rekwiżiti. Is-sejħa esterna saret wara li ma’ nstab ħadd fuq il-partijiet 1, 2 u 3 tar-reġistru. Din is-sejħa kienet għal pożizzjoni b’kuntratt għal żmien definit. Informat li ż-żmien definit huwa ta’ bejn Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-pilloli u l-mediċini li kienu out of stock fl-ispiżeriji pubbliċi matul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 2008? X'kienet l-lista ta' mediċini out of stock matul is-sena 2008 kollha? Kemm damet out of stock kull mediċina? Għaliex dawn il-mediċini kienu out of stock?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qasam tas-saħħa — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-fatt li fil-qasam tas-saħħa ma jeżistu l-ebda waiting lists għajr fl-oftalmoloġija u fil-kardjoloġija? Jista' jgħid kif is-sistema attwali se tiġi mtejba sabiex inkunu nafu eżatt kemm hemm stennija ta' operazzjonijiet f'kull qasam? Din l-istennija tiġi ġġudikata fuq il-mertu ta' kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ma nafx kif l-Onorevoli Interpellant wasal għall-konkluzjoni li ma jeżistux waiting lists għajr fl-oftalmoloġija u fil-kardjoloġija. Nirreferih għall-Mistoqsijiet Parlamentari kollha precedenti dwar dan is-suġġett fejn ingħataw dettalji dwar waiting lists f’diversi oqsma. Informat ukoll li bħalissa għaddej eżercizzju ta’ tindif ta’ waiting lists ta’ xi konsulenti permezz ta’ telefonati lil pazjenti li isimhom jidher fuq dawn il-listi. Dan l-eżercizzju huwa mmirat biex jiġu identifikati dawk il-pazjenti li jkun diġa sarilhom l-intervent u / jew li jkunu imniżżlin fuq il-lista ta’ aktar minn konsulent wieħed. Qed jiġu wkoll skrutinizzati diversi waiting lists biex jiġu prijoritizzati il-każijiet l-aktar urġenti.

Sptar Mater Dei — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jiġi jiswa kull pazjent/kull sodda kuljum fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Id-drittijiet li jistgħu jintalbu lil inpatient sabiex ikopru l-ispejjż huma stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tal-Avviż Legali 201 tal-2004 - Ordinanza Dwar id-Drittijiet (Kap.35) (Regolamenti ta’ l-2004 dwar Drittijiet għal Kura tas-Saħħa). Id-dritt li jista’ jintalab għall-kura u fejqan ta’ pazjenti huwa: (a) għal sodda f’ ward ġenerali - 256 Ewro kuljum (b) għal sodda high dependency - 489 Ewro kuljum (ċ) għal sodda fil-kura intensiva - 932 Ewro kuljum.
Leg 11 PQ #5849 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

karta anzjan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5654 u jara li ssir il-karta anzjan ta' persuna li detallji tagħha qed jintbagħtu separatament, li illha li tilfet il-karta anzjana erba' xhur u rrapportat dan lill-kunsill lokali? Cempilna ħafna drabi u din għada ma waslitx. Jista' jara li jitmexxa l-każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħal Far — Qasam Industrijali - Child Care Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fil-Qasam Industrijali ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sptar Mater Dei — tilqim tal-influwenza

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'rekords ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Informazzjoni fuq waiting list — surgical u gynaecology operations

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' l-Ministru jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ċentru tas-Saħħa — tobba - Visti id-djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jiġu aċċettati żjajjar fid-djar minn tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa? Kemm saru żjajjar, ċentru b'ċentru, jum b'jum f'Jannar 2009? Kemm hemm tobba f'kull shift f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każijiet ġodda ta' kanċer fil-prostate gland

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-prostate gland matul l-2008? Kemm saru talbiet għat-test PSA minn tobba mhux speċjalisti fiċ-Ċentri tas-Saħħa matul Diċembru 2008? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għax-xiri tal-kits għal dan it-test matul l-2008?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-informazzjoni dwar każijiet ġodda ta’ kanċer fil-prostata matul is-sena 2008 għadha qed tinġabar. Matul is-sena 2007 kien hemm 124 każijiet ġodda ta’ kanċer fil-prostata. Matul Dicembru 2008 kien hemm 57 talba għat-test PSA minn tobba mhux specjalisti fic-Centri tas-Saħħa. In-nefqa tal-kits li ntużaw għat-testijiet li saru matul l-2008 kienet US$34,076. Dan ma jfissirx li dawn il-kits inxtraw kollha matul l-2008.

Spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati: a) tobba? b) infermiera? ċ) paramediċi? Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #5985 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għabex — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża kuljum ta' kull residenta li qegħda fl-Għabex li huwa shelter għall-vittmi tal-vjolenza domestika?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-ispiża kuljum ta' kull persuna li tirrisjedi f'Għabex li tinkludi l-adulti u t-tfal tagħhom hija ta' €22.39 (Tifel/Tifla ta' klijent huwa meqjus bħala resident ukoll).
Leg 11 PQ #5997 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar Mater Dei — Crayo Surgery/Thearapy

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk huwiex fil-pjan tal-Gvern li jdaħħal is-servizz ta' Crayo Surgery/Therapy fl-Isptar Mater Dei? Jekk huwa l-każ, meta hu ppjanat li jidħol dan is-servizz? Kemm huma l-istudenti tobba, professuri eċċ. li fil-mument qed jistudjaw jew jagħmlu riċerka prattika ta' dan il-Crayo Surgery/Therapy?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5998 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — Crayo Surgery Thearapy

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli fid-Dipartiment tas-Saħħa fuq ir-riċerka ta' Crayo Surgery/Therapy? Jeżisti xi ftehim ta' koperazzjoni bejn id-Dipartiment tas-Saħħa ta' Malta u ta' xi stat ieħor tal-Unjoni Ewropea dwar ir-riċerka ta' Crayo Surgery/Therapy?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.