proġett ta' Smart City — Tecom Investment - pagamenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet 27177 u 26401 u jgħid jekk Tecom Investment humiex qegħdin jonoraw fil-ħin il-pagamenti relatati mal-proġett ta' Smart City?
Mosta — Triq il-Biedja - talba biex titwessa' t-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex issa li t-trasport pubbliku li jwassal it-tfal fil-kulleġġ il-ġdid ġewwa l-Mosta u li dan it-trasport jgħaddi miż-żona taż-Żokrija minn Triq il-Biedja jara li din it-triq titwessa' ftit minħabba l-fatt li fil-parti ta' fejn hemm il-blokk tal-flats, karozza tal-linja jew trakk kbir jgħaddu nkaxxati minn mal-karozzi li jkun hemm ipparkjati fl-istess triq man-naħa tal-flats?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-proposta tiegħu lil Transport Malta li qed tevalwa l-każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk in vista tar-riforma fit-trasport pubbliku, hemmx il-ħsieb li toroq f'Għawdex li s'issa kienu arterjali ma jibqgħux? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma u meta ser issir il-bidla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda triq arterjali f'Għawdex li se tinbidel il-ġerarkija tagħha minħabba r-riforma fit-trasport pubbliku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi forma ta' shelter fl-interchange ta' Buġibba/Qawra fejn preżentement hemm il-bus terminus? Jekk iva, meta hu mistenni li dan ix-shelter jitqiegħed f'postu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ser isir canopy li għalih ħareġ tender, u liema tender ġie aġġudikat. Dan il-canopy mistenni li jitlesta fi żmien sitt ġimgħat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li fis-sistema ġdida tat-trasport pubbliku jibda jkun hemm xi forma ta' tluq regolari ta' karozzi tal-linja minn ħdejn il-Knisja tal-Kapuċċini fix-Xemxija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-sistema l-ġdida tat-trasport pubbliku mhux se jkun hemm tluq ta’ karozzi tal-linja aktar mix-Xemxija.
Madankollu, ir-residenti tax-Xemxija xorta se jkunu moqdija b’servizzi fuq bażi regolari hekk kif ġej:
· Rotot 41 jew 11 miċ-Ċirkewwa via Xemxija / San Pawl lejn tas-Sliema u l-Belt Valletta
· Rotta X1 miċ-Ċirkewwa via Xemxija / San Pawl u Mater Dei fid-direzzjoni lejn l-Ajruport
· Rotta 129 minn San Pawl u li tmur Buġibba. Minn Buġibba jistgħu jieħdu rotta 12 jew 31 lejn il-Belt Valletta
proġett ta' Smart City — Tecom Investment - pagamenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 26401 u jgħid jekk Tecom Investment humiex qegħdin jonoraw fil-ħin il-pagamenti relatati mal-proġett ta' Smart City?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27072, la l-Ministru eskluda li se jkun hemm ħlas ta’ multa, jista’ jgħid jekk hux se jkun hemm ħlas ta’ kumpens lill-Arriva minħabba dan it-tibdil fir-rotta oriġinali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond il-kuntratt iffirmat bejn Transport Malta u Arriva hemm dritt ta’ kumpens meta rotot jitbiddlu kemm-il darba ċerti kundizzjonijiet stipulati jinkissru.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett sabiex isir tibdil fit-Triq ta' Tignè li tagħti għat-tunnel mibni mill-Konsorzju MIDI, liema proġett kien jinkorpora riklamazzjoni ta' art sabiex jiżdied il-parking fiż-żona ta' Tignè u l-Ferries ta' Tas-Sliema, u li l-pjanti tiegħu kienu tlestew fil-bidu tal-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-bus stop li hemm ħdejn il-Knisja tal-Karmnu, fi Triq San Pawl, (it-triq prinċipali), fid-direzzjoni tal-Mellieħa, u l-bus stop l-ieħor faċċata tiegħu (fid-direzzjoni tal-Belt), hux ser jitneħħew? Jekk iva, jista' jassigura li dan ma jiġrix, billi jekk dan iseħħ ir-residenti li joqogħdu fl-inħawi jkollhom problemi biex jużaw il-karozza tal-linja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jinħarġu iktar tenders għall-bejgh ta' liċenzji tat-taxis? Jekk iva, meta hu mistenni li jiġri dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skont il-provedimenti tar-Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi (Avviż Legali 369 tal-2010, kif emendat), jonqos tinħareġ sejħa għall-offerti għal għaxar liċenzji ta' taxis ġodda fl-2012, wara li digà nħarġu s-sejħiet li kienu ppjanati għas-snin 2010 u 2011. Dawn iż-żewġ sejħiet kienu għal għoxrin liċenzja kull waħda.
Is-sejħa li jonqos hi ppjanata li tinħareġ fl-ewwel xhur tas-sena 2012.
Sliema — Triq Markiżi Zimmerman Barbaro - parking mir-residenti biss
Question
Jista' l-Ministru jara jekk Transport Malta tistax tikkonsidra li fi Triq Markiżi Zimmerman Barbaro, Tas-Sliema li hija cul de sac, isir parking mir-residenti biss, minħabba li karozzi minn kullimkien qegħdin jimblukkaw il-ħruġ/dħul ta' karozzi tar-residenti u l-garaxxijiet tagħhom minħabba li hemm nuqqas kbir ta' parking spaces?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija diġà hija approvata bħala parti minn skema ta' parkeġġ kkontrollat hekk kif huwa indikat fl-Avviż Legali 200 tal-2009.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25706 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta tlesta n-national contingency plan ta’ pajjiżna dwar it-tniġġiż marittimu? Minn min sar u/jew ġie kordinat? Kemm ilu li nbeda x-xogħol fuqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-national contingency plan ta’ pajjiżna dwar it-tniġġiż marittimu kien parti minn proġett b’fondi mill-mekkaniżmu tal-EEA Norwegian Grants. It-tender għal dan il-proġett ġie mogħti lil Alpha Briggs Mediterranean wara sejħa pubblika Ewropea, liema proġett kien jinkludi studji neċessarji sabiex jitfassal in-National Marine Pollution Contingency Plan kif ukoll xiri ta’ apparat għal kontra t-tniġġiż.
Il-proġett beda fis-27 ta’ Mejju 2008 u tlesta fit-8 ta’ Lulju 2010. Dan il-proġett ġie koordinat mid-Direttorat għall-Portijiet u
Yachting
fi ħdan Transport Malta, u qabel is-sena 2010, mid-Direttorat tal-Portijiet tal-Awtorità Marittima ta’ Malta.
Jirriżultalu l-Ministru li ħafna ċittadini Maltin qed isibu diffikultà burokratika kbira minħabba l-karti tal-identità li jinsabu skaduti meta jiġu biex jidħlu f'taħditiet ma' awtoritajiet barranin bħall-Awstralja u postijiet oħrajn fuq materji varji u serji bħalma huma drittijiet ta' pensjoni jew ċittadinanza? X'qed iżomm lill-gvern, sakemm ikollna l-karti tal-identità biometriċi f'xi żmien is-sena d-dieħla, ikun hemm il-ħruġ ta' karti tal-identità ġodda u aġġornati b'mod immedjat? Jaqbel il-Ministru li hi vergognagħall-isem ta' pajjiżna li ċ-ċittadini Maltin ikollhom juru u jesebixxu karti tal-identità li huma skaduti ma' awtoritajiet esteri anke f'affarijiet sempliċi u ta' kuljum bħal safar? X'wassal lill-gvern biex b'mod xejn professjonali jippreferi li joħroġ avviż legali biex jestendi l-validità tal-karti tal-identità minflok ma jbiddel l-karti tal-identità mill-ewwel?
Response (GATT, AUSTIN)
Kull persuna b’karta tal-identità skaduta tista' tmur l-uffiċċju appositu u tingħata karta tal-identità ġdida u aġġornata. Ovvjament la l-fatt allegat ma jeżistiex, il-vergogna allegata hi fuq min jallega dak li ma jipprovax.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex bis-servizzi l-ġodda tal-Arriva għaliex se jkun hemm tnaqqis fir-rotot fil-każ tal-Fgura, fis-sens li d-diretta bejn l-isptar u il-Fgura se tkun sospiża? Addizzjonalment għaliex in-numru ta' rotot ġew imnaqqsa minn ħames rotot għal rotta waħda biss minn u sa Putirjal (no. 91)? Tista' ssir reviżjoni fir-rotot biex jiġu akkomodati dawn l-ħteġijiet għan-nies tal-Fgura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għas-servizz lejn l-isptar, ir-residenti tal-Fgura se jkunu jistgħu jaqbdu karrozza tal-linja bin-numru 91 mill-Fgura għal Raħal Ġdid u min hemm jieħdu ir-rotta numru X2 għal Mater Dei. Barraminhekk, ir-rotot lejn l-isptar ser ikunu aktar spissi minn dak tal-lum peress li minnflok kull siegħa s-servizz ser ikun kull nofs siegħa.
Infurmat ukoll li l-ħames rotot illi preżentament jgħaddu mill-Fgura, joperaw kull kwarta fis-siegħa. Ir-rotta 20 topera kull siegħa; jiġifieri f`siegħa jgħaddu 5 xarabanks mill-Fgura lejn il-Belt Valletta.
Bis-sistema l-ġdida tat-trasport pubbliku ir-rotot mhumiex se jonqsu minn ħames rotot għal rotta waħda biss, iżda ser ikun hemm karozza waħda kull 10 minuti, jiġifieri f`siegħa se jkunu qed jgħaddu 6 xarabanks b`kapaċità li jġorru aktar passiġġieri minn dak li hemm illum.
Barra minhekk, ir-residenti tal-Fgura ser ikollhom servizz ġdid bin-numru 121 għal Bormla liema servizz kienu illhom jitolbu għalih żmien.
Transport Malta qiegħda tieħu nota tas-suġġerimenti kollha u dawn se jiġu evalwati wara l-ewwel sitt xhur mill-introduzzjoni tas-servizz.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26401 u jgħid jekk Tecom Investment humiex qegħdin jonoraw fil-ħin il-pagamenti relatati mal-proġett ta' Smart City?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa każ ta’ anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għamel applikazzjoni għal reserved parking u skont hu minkejja li ilu żmien li applika għadu ma rċieva xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid il-gabbani li hemm f'Putirjal il-Belt fejn sejrin? Kulmin kien Putirjal, kollha se jerġa' jkollhom post dawk il-gabbani li se jsiru ġodda? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' dawn il-gabbani, id-daqs u l-materjal fejn se jitpoġġew? L-Arriva se jkollha l-gabbani tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir pedestrian crossing fi Triq Ħal Luqa f'Ħal Qormi biswit it-triq li tinfed għal ġo Wied il-Kbir f'Ħal Qormi? Jista' l-Minsitru jgħid meta se titlesta din il-pedestrian crossing?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm ippjanat li ssir pedestrian crossing fit-triq imsemmija.