Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-użu ppjanat tal-Brexit Adjustment Reserve allokat għal Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Nigbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-leġislazzjoni Ewropea dwar il-Brexit Adjustment Reserve għadha qed tiġi diskussa f’livell Ewropej u għalhekk il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ fondi għadu ma ġiex konkluż b’mod definittiv. Madankollu, f’Malta għaddejin b’eżerċizzju sabiex jiġu identifikati spejjeż u finanzjament ieħor li l-pajjiż għamel jew ser ikun qed jagħmel minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Port Ħieles – Shore to ship power supply – fondi mill-EU
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx approvati fondi tal-EU biex jiġi stallat shore to ship power supply fil-Port Ħieles? Jista’ jgħid kemm huma l-fondi approvati?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-unika entita fid-dekasteru tal-Prim Minsitru li għandha bħalissa ftehim kollettiv li skada hija l-EUPA.Dan skada fil-31 ta’ Dicembru 2020. In¿id ukoll li hi prassi li kull fejn hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesigu li dan jibda jgħodd propju minn meta jieqaf ta’ qablu.
Advisory Cost Limit għal tweġibiet ta’ mistoqsijiet parlamentari
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-limitu massimu ta' infiq fuq spejjeż (advisory cost limit) biex jiġu mwieġba mistoqsijiet parlamentari? Kif u meta ġie stabbilit u ppubblikat dan il-limitu u minn min u meta l-aħħar li ġie rivedut?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rulings li ngħataw mis-Sedja fis-Seduti 365 tas-7 ta’ Marzu 2016 u 419 tal-25 ta’Jannar 2021.
Jista’ l-Prim Ministru jikkunsidra jgħin lil tal-coaches, trains u tal-passenger boats għaliex dawn ma ngħataw l-ebda għajnuna u ilhom fuq sena weqfin? Jista’ l-gvern jgħin ukoll lil dan is-settur kif għen lill-bars u setturi oħrajn? Minbarra loans u spejjeż ta’ manteniment u pagi li dawn qed joħorġu l-flus għalihom mingħajr ebda dħul, dawn issa qed jintalbu jħallsu l-liċenzja in full minn Transport Malta, meta dawn ma ħadmux u ma ngħataw ebda għajnuna? Jaħsibx li qed issir diskirminazzjoni kontra dan is-settur?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex jiġu użati r-Recovery Funds li tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' Malta mill-Unjoni Ewropea? Meta qed jippjana li jibda juża dawn il-fondi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li bdew l il-preparamenti meħtieġa sabiex jintu¿aw l-għotjiet ta’ fondi taħt ir-Recovery and Resilience Programme.
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mall-Kummissjoni Ewropeja dwar dan. Hu mistenni li bħal pajji¿i oħra, Malta se tkun qed tibda tibbenifika minn dawn il-fondi aktar tard din is-sena.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16459 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li la l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-ebda entita jew agenzija fid-dekasteru tal-Prim Ministru, ma ta l-ebda kuntratt, direct order, donazzjonijiet jew benefikati lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Kummissarju Speċjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Kummerċ mar-Renju Unit
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma t-termini ta' referenza tal-Kummissarju Speċcjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Kummerċ mar-Renju Unit li nħatar dan l-aħħar u x'rimunerazzjoni ser igawdi l-persuna maħtura? Kemm ser ikollu impjegati dan l-uffiċċju u fejn ser ikun ibbażat?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lill-Kamra lista tal-kumpaniji kummerċjali (limited liability companies) li ġew imwaqqfa mill-Gvern jew entitajiet tal-gvern, u/jew f'liema kumpaniji il-Gvern u/jew entitajiet tal-Gvern għandhom ishma u/jew kontroll?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Prim Ministru huma tnejn l-kumpaniji kummerċjali (limited liability companies) li ġew imwaqqfa mill-Gvern .
Dawn huma l-PBS li twaqqfet fl-1991 u l-RSSL li twaqqfet fl- 2003.
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bl-ismijiet tal-membri u ċ-Chairperson tal-Grievances Board/unit imħabbar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fit-30 ta’ Novembru 2017, kif ukoll jipprovdi kopja tat-termini ta’ referenza ta’ dan il-bord, kopja tal-proċedura li segwew, u kopja tad-deċiżjonijiet li ngħataw mill-istess bord mid-data tat-twaqqif tagħha sal-ġurnata tal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li għall-ismijiet tal-membri u ċ-Chairperson nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8672, qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tat-termini ta’ referenza ta’ dan l-bord. Qed inpoġġi wkoll kopja taċ-ċirkolari li ħarġet fit-28 ta’Novembru 2017 u mhux fit-30 ta’ Novembru 2017 kif semma l-Onor. Interpellant. Bħalissa s-Servizz Pubbliku qed iħares lura lejn l-esperjenza li tana dan il bord u maż-żmien se nkunu qed nirrevedu, jekk ikun hemm il-ħtieġa.
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bl-ismijiet tal-membri kollha u taċ-Chairperson tal-Grievances Unit imwaqqaf permezz taċ-Ċirkulari tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Nru 4/2014 maħruġa fil-5 ta’ Frar 2014, sabiex jilqgħu u jistħarrġu talbiet li jiġu mressqa quddiemhom minn uffiċjali jew impjegati pubbliċi li jħossu li saret xi inġustizzja magħhom, kif ukoll kopja tat-termini ta’ referenza ta' dan il-Unit, kopja tal-proċedura li ġiet segwita, kopja tad-deċiżjonijiet li ngħataw mill-istess unit mid-data tat-twaqqif tagħha sal-ġurnata tal-lum (inkluż it-tieni sejħa għal talbiet biex jiġu mistħarrġa mill-‘Grievances Units’ li saret permezz taċ-Ċirkulari tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Nru 20/2014)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 8890 u 9767.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u entitajiet li jaqgħu taħtu biex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (ABELA, ROBERT)
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17781 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema li b'xi mod jaqgħu taħt iċ-Ċivil u s-settur pubbliku fl-aħħar ta' Novembru 2020? Kemm kien hemm ħaddiema li b'xi mod jaqgħu taħt iċ-Ċivil, inkluż awtoritajiet u units, fl-aħħar ta' Frar 2013?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li għal perjodu ta’Frar 2013, nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 12908, ninsab nfurmat li fl-2020 l-persentaġġ ta’ ħaddiema mas-Settur Pubbliku kien ta ‘21%.
Proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18106 u 16776 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u issa ġiet riferuta lilu u jagħti dettalji dwar il-proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea ġewwa Malta u Għawdex separatament li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom jew għadhom għaddejjin? Jista' jagħti l-valur totali, għal kull proġett jew programm/inizjattiva, ta’ kemm se jiġi jiswa u kemm minnu hu kofinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jispiċċa kull proġett jew programm/inizjattiva?
Korrispondenza bejn il-Gvern Malti u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar nomina
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza u d-dokumenti kollha li għaddew bejn il-Gvern Malti u l-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) dwar in-nomina tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull korrispondenza mal-Bank Ċentrali Ewropew hi strettament kunfidenzjali. Minkejja dan, nista’ nserraħ ras l-interpellant li l-Bank Ċentrali Ewropew jirrikonoxxi li n-nomina tal-Gvern Malti saret fuq il-bażi tal-kwalifiċi li tħaddan l-istess persuna nnominata.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet - Attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17719 u 17510 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-bordijiet li huma fid-dekasteru tal-Prim Minsitru fil-perjodu msemmi ltaqgħu kif ġej:
Education Board for the Institute for Public Service - 32 laqgħa
Institute for Public Services -13 laqgħa
Medical Board (Uffiċċju Elettorali) -19 laqgħa
Street Naming Committee Malta (Uffiċċju Elettorali) - 44 laqgħa
RSSL - 17 laqgħa
Board of Governors (NDSF)- 49 laqgħa
Advisory Board (NDSF) -15 laqgħa
State Aid Monitoring Board – 27 laqgħa
Project Selection Appeals Board – 24 laqgħa
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li fil-laqgħat kollha dejjem kien hemm kworum.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17586, 17075, 15759, 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15755, 16332 u 12264 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12089, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?