Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies li ta' kuljum jidħlu fl-Isptar Mater Dei fl-outpatients departments differenti u kemm-il outpatients department differenti hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22628 u 22535 u jagħti lista ta' kull okkażjoni li mediċina kienet out of stock minn xi sptar tal-gvern, spiżerija tal-gvern, jew mis-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, b'breakdown ukoll ta' liema kienu tort tal-aġent u liema tal-gvern fis-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nirreferi wkoll lill-Onor Interpellant għat-Tweġibiet Parlamentari kollha li ngħataw fuq dan is-suggett matul is-sena 2010.
National Dementia Strategy Group — rakkmandazzjoni għall-mediċina b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22629 u 22533 u jgħid meta se tiġi inkluża r-rakkmandazzjoni tan-National Dementia Strategy Group, hekk kif ġew irrapportati fit-Times tas-17 ta' Marzu 2010, li niġu bħall-bqija tal-Ewropa u nibdew nagħtu l-mediċina għaliha b'xejn?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22630 u 22531 u jgħid kemm saru named patient requests fl-2010? Kemm minnhom ġew approvati? Minn dawn li ġew approvati, kemm minnhom inxtratilhom il-mediċina, bi spjega, għal dawk li għadha ma nxtratilhomx? Għalfejn ma nxtratilhomx u meta se tinxtralhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22631 u 22530 u jipprovdi tabella li tinkludi kull talba li saret għall-inklużjoni ta' mediċina fil-formularji li ġiet approvata, bid-data tal-approval, u bid-data ta' meta saret l-ewwel ordni? Fejn ma saritx ordni, jista' l-Ministru jispjega għalfejn u meta se tinxtara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22657 u 22536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-out of stock lists li tqassmu lill-ispiżjara tal-gvern kollha fis-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-Tweġibiet Parlamentari kollha li ingħataw fuq dan is-suggett matul is-sena 2010 u għat-Tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 22981
Sptar Mater Dei — survey fuq kwalità tal-ikel tal-canteen
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21423 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tas-survey li sar fost l-impjegati tal-Isptar Mater Dei dwar il-kwalità tal-ikel fil-canteen tal-istaff tal-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdiet topera s-sistema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek? Jista’ jgħid liema huma l-lokalitajiet li bħalissa fihom qed jopera l- Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek u jgħid ukoll f’liema xahar u sena beda jopera l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista’ jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom għadha ma bdietx topera l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek u jista’ jagħti data meta huwa maħsub li jibda jopera l- Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista’ jagħti data meta huwa maħsub li l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek jkun infirex mal-pajjiż kollu? Jista’ jgħid kemm kien hemm pazjenti li kienu koperti mill-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek f’Diċembru 2008, f’Diċembru 2009 u f’Diċembru 2010 b’mod separat? Jista jgħid kemm kienet l-ispiża biex titħaddem l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek fis-sena 2008, 2009 u 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Ara dokument numru 6388 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta Nru. 307 tal-31 ta’ Jannar, 2011)
Jista l-Ministru jikkonferma jekk jeżistix xi tip ta’ ftehim biex il-kumpanija privata G4S tipprovdi lill-Isptar Mater Dei servizzi klerikali jew xi ħaġa simili? Meta ġie ffirmat dan il-ftehim u għal kemm żmien sar? Kemm sewa s'issa dan il-ftehim? Skont dan l-istess ftehim, kemm kien in-numru ta' impjegati li din il-kumpanija pprovdiet lill-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-aħħar ta’ Awwissu tal-2009, ġie ffirmat kuntratt bejn il-gvern u l-kumpanija G4S għal perjodu ta’ tliet snin, biex din il-kumpanija tipprovdi servizzi klerikali fl-isptar Mater Dei. Sal-aħħar ta’ Ottubru 2010, dan il-kuntratt sewa €2,135,532 inkluż il-VAT. F’dan il-perjodu, il-kumpanija pprovdit 103 impjegat b’ekwivalenza ta’ impjieg sħiħ (WTE – Whole Time Equivalent).
Mount Carmel Hospital — skema ta' rehabitational working
Question
Jista' l-Ministru jara jekk il-ħaddiema li kienu fuq skema ta' rehabiltation working f'Mount Carmel Hospital u kienu jieħdu minn din l-iskema €189 u kienu jieħdu flus anke tar-relief, kellhomx dritt li jieħdu tar-relief u tal-iskema? Dettalji ta' min qed jistaqsi qed jintbagħtu separatament.
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dawk il-ħaddiema li jipparteċipaw fir-rehabilitaton work scheme tal-Isptar Monte Karmeli jitħallsu għall-parteċipazzjoni tagħhom fuq l-iskema kif ukoll jibbenefikaw mill-assistenza soċjali skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sakemm:
1.l-ammont totali bejn assistenza soċjali u l-ammont ta’ dħul mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema ma jaqbiżx il-paga minima nazzjonali.
2. l-ebda persuna li qegħda tirċievi l-għajnuna għal mard (SKA) ma tista’ tipparteċipa f’din l-iskema.
Jista' l-Ministru jindaga fuq każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema anzjana tieħu madwar 12-il pillola kuljum, għandha ukoll mard relatat mal-artrite u minħabba f'hekk ma tistax timxi u tagħmel faċendi tad-dar, liema anzjana applikat għas-servizz tal-home help f'Lulju tas-sena 2010, f'Settembru li għadda rċeviet il-karti kollha u saħansitra ġew tal-board, iżda minn dak iż-żmien 'l hawn baqgħet bla risposta? Jista' jara x'inhi r-raġuni li din l-anzjana għadha tistenna dan is-servizz li tant għandha bżonn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni għas-Servizz tal-Home Help tal-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant saret fil-5 ta’ Ottubru 2010 u mhux f’Lulju 2010. Ir-rapport tas-Social Worker wasal fl-uffiċċju fil-11 ta’ Novembru 2010. Dan il-każ ġie diskuss mill-Bord tal-Allokazzjoni fit-13 ta’ Jannar 2011. Il-każ ma ġiex approvat mill-bord.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22196 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li hija x-xewqa tal-famlija tiegħu li dan imur f'sala ferm aħjar milli qiegħed f'San Vinċenz de Paule għax qiegħed ibati psikoloġikament sew hu u sew il-famlija tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-applikant imsemmi kien ammess ġewwa r-Residenza San Vinċenz fit-22 ta’ Novembru 2010. Fl-4 ta’ Diċembru saret it-talba għal trasferiment mis-sala preżenti tal-applikant għal sala oħra. Sa llum hemm disa’ talbiet oħra li ġew reġistrati qabel din it-talba għal trasferiment minn anzjani residenti ġewwa San Vinċenz.
B'referenza għar-rapport tal-US Food and Drug Administration u ċioe fejn nikwota eżatt "is notifying health care professionals that both conventional and a typical antipsychotics are associated with an increased risk of mortality in elderly patients treated for dimentia - related psychosis" li ħareġ fis-16 ta' Ġunju 2008, jista l-Ministru jinforma x'passi ħa l-gvern biex jindirizza din ir-rakkmandazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Awtorita' dwar il-Medicini Maltija kienet diġa informata b'dawn ir-reazzjonijiet avversi msemmija fir-rapport tal-US Food and Drug Administration u kienet ħarġet ċirkulari fuq dan ir-riskju lit-tobba fis-17 ta’ Mejju 2005. (Ċircular Nru. P12/2005 aċċessibili fuq is-sit ta' l-internet http://www.medicinesauthority.gov.mt/pub/ma_circular-p12-2005.pdf).
Il-liċenzji ta’ prodotti mediċinali li fihom it-tip Olanzapine jew Risperidone ġew amendati fl-2005/2006 mill-Awtorità dwar il-Mediċini biex ma jiġux preskritti mit-tobba lil pazjenti anzjani bid-
dimentia.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-out of stock lists li tqassmu lill-ispiżjara tal-gvern kollha fis-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għal dak li ġie kkonfermat mill-European Medicines Agency u ċioe nikwota "In 2005 an analysis of 17 placebo - controlled trails performed with olanzapine, aripiprazole, risperidone or guetiapine in elderly demented patients with behavioural disorders was published 15 of the 17 trials showed numerical increases in mortality in the drug-treated group compared to the placebo - treated group. An approximately 1.6-1.7 fold increase in moratality was demonstrated in these studies (total study population 5106 patients). The causes of these deaths were mostly due to cardiac events (heart failure and sudden deaths) or indetions ( mostly pneumonia)" jista' l-Ministru jinforma għaliex ma approvax li jittieħdu l-passi sabiex tinbidel il-mediċina li fl-isptarijiet sal-lum qed nagħtu lill-pazjenti/ċittadini lokali li jbatu mid-dimentia?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Awtorita' Maltija dwar il-Mediċini, kienet ġa nformata b'dawn ir-reazzjonijiet avversi msemmijin fir-rapport tal-US Food and Drug Administration u kienet harġet ċirkulari fuq-dan ir-riskju lit-tobba fis-17 ta’ Mejju 2005 (Ċirkulari Nru. P12/2005 aċċessibbli fuq is-sit ta' l-internet (http://www.medicinesauthority.gov.mt/pub/ma_circular-p12-2005.pdf).
Il-liċenzji ta’ prodotti mediċinali li fihom it-tip Olanzapine jew Risperidone ġew emendati fit-2005/2006 mill-Awtorità dwar il-Mediċini biex ma jiġux preskritti lil pazjenti anzjani bid-dimenzja mit-tobba. Huwa mportanti li wieħed jifhem li fid-dinja kollha kull tabib jew speċjalista jista juża mediċina "
off label
" (mhux għall-użu li normalment tintuża għalihom) u dan għaliex ħafna mediċini għandhom użu differenti għall-kundizzjonijiet diversi.
Fil-Formularju tal-gvern hemm numru ta’ mediċini li jistgħu jintużaw għall-problemi psikjatriċi li komuni jaffettwaw lill-pazjenti li jbatu bid-dimenzja. Konsulenti u tobba fil-qasam tal-kura mentali għandhom dejjem jirreferu għall-karatteristiċi tal-prodott awtoriżżat f’Malta u jirreferu għas-sezzjonijiet ‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijet għall-użu’ u ‘Effetti mhux mixtieqa’ qabel ma jinkitbu r-riċetti, biex jitnaqqas kemm jista’ jkun xi riskju li jaffettwa s-saħħa tal-pazjent.
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li pajjiżna flimkien mal-Latvja huma l-uniċi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li mhux jagħtu l-mediċini b'xejn għal dawk li għandhom il-marda tal-alzheimer u d-dimentia?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-mediċini fuq il-Formularju tal-Gvern jingħataw biss minġħajr ħlas lill-persuni intitolati għalihom skont il-lista ta’ kundizzjonijiet ta’ l-Iskeda Ħamsa (Schedule V) Kap. 318. L-alzheimer u d-dimentia m’ humiex inkluzi f’din il-lista.
kwestjoni dwar mediċina li tagħmel ħsara lill-pazjenti
Question
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li filwaqt li kien huwa stess li permezz ta' mistoqsija parlamentari 12074 seduta 261 fit-2 ta' Mejju 2005, li talab aġġornament biex tingħata mediċina differenti għal dawk li jbatu bl-alzheimer/dimentia, jirriżulta li kemm ilu Ministru baqa' jippermetti li tibqa' tingħata mediċina li skont huwa stess toħloq problemi fuq dawn il-pazjenti li għandhom bżonn din il-kura?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Awtorità dwar il-Mediċini Maltija, kienet ġa infurmata b'dawn ir-reazzjonijiet avversi imsemmijin fir-rapport tal-US Food and Drug Administration u kienet ħarġet ċirkulari fuq dan ir-riskju lit-tobba fis-17 ta’ Mejju 2005 (Ċirkulari Nru. P12/2005 aċċessibbli fuq is-sit ta' l-internet (http://www.medicinesauthority.gov.mt/pub/ma_circular-p12-2005.pdf).
Il-liċenzji ta’ prodotti mediċinali li fihom it-tip Olanzapine jew Risperidone ġew emendati fl-2005/2006 mill-Awtorità dwar il-Mediċini biex ma jiġux preskritti mit-tobba lil pazjenti anzjani bid-dimenzja. Huwa mportanti li wieħed jifhem li fid-dinja kollha kull tabib jew speċjalista jista juża mediċina "
off label
" (mhux għall-użu li normalment tintuża għalihom) u dan għaliex ħafna mediċini għandhom użu differenti għall-kundizzjonijiet diversi.
Fil-Formularju tal-Gvern hemm numru ta’ mediċini li jistgħu jintużaw għall-problemi psikjatriċi li komuni jaffettwaw lill-pazjenti li jbatu bid-dimenzja. Konsulenti u tobba fil-qasam tal-kura mentali għandhom dejjem jirreferu għall-karatteristiċi tal-prodott awtoriżżat f’Malta u jirreferu għas-sezzjonijiet ‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijet għall-użu’ u ‘Effetti mhux mixtieqa’ qabel ma jinkitbu r-riċetti, biex jitnaqqas kemm jista’ jkun xi riskju li jaffettwa s-saħħa tal-pazjent.
Strateġija biex ma jkunx hemm pilloli out of stock
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema strategija se japplika sabiex jassigura li fis-sena 2011 ma jkunx hemm pilloli out of stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-2010 il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità għamel studju tal-proċess kollu f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u d-distribuzzjoni tal-mediċini.
Wara li sar analiżi ta’ dan l-istudju, il-Ministeru addotta din l-istrateġija:
1. Beda jħejji biex jintroduċi kull entita’ pubblika fil-qasam tas-saħħa fuq sistema ta’ informatika komuni għall-immaniġjar tal-inventarju tal-medicini. Permezz t’hekk il-Ministeru sa jkun jista janaliżża l-istat tal-inventarju għall-kull prodott, biex b’hekk ikun jaf kemm għandu
stock
mifrux mal-Ministeru, kif ukoll l-ammont ta’
stock
ta’ kull prodott f’ kull entita’ oħra.
2. Sa jibdew jintużaw metodi ta’ xiri innovattivi fl-ispirtu tar-Regolamenti stabbiliti. Dawn jinkludu sistemi bħal
e-Auction
,
Framework Agreement
u
Dynamic Market Mechanisms
. L-użu ta’ dawn il-metodi sa jkun wieħed immirat lejn prodotti farmaċewtiċi varji, u mediċinali oħra li jkun ta’ benefiċċju jekk jinxtraw b’dan il-metodu.
3. Sa jinbeda proċess ta’ kontroll fuq is-sistemi nterni tal-Ministeru fejn jidħlu xiri u tqassim ta’ mediċina bil-għan li jkun hemm iktar effiċjenza u koordinazzjoni.
F-Ottubru tal-2010 twaqqaf kumitat taħt it-tmexxija tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru biex jimplementa dawn il-miżuri.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20699, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jibda joffri l-kura msemmija għall-kundizzjoni C3-R fl-Isptar Mater Dei ? Jekk iva, minn meta? Jekk le, għaliex din il-kura mhux qed tiġi offruta lill-pazjenti Maltin bħall-kura l-oħra li tingħata minn dan l-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s’ issa ma saret l-ebda proposta biex tiġi kkunsidratha li l-gvern jibda joffri l-kura msemmija għall-kundizzjoni C3 R. Jekk issir talba formali mid-Dipartiment ikkonċernat, din it-talba tiġi evalwata skont il-proċess stabbilit għad-dħul ta’ servizzi ġodda fil-pakkett ta’ kura offrut mill-gvern. Aktar informazzjoni dwar dan il-proċess jinstab fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/strategy_policy/strategy_sustainability.aspx