Il-Birgu — Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu huwa parti mill-pjan tal-Gvern li jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċċjat bi pressjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq San Filippu, il-Birgu u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq San Filippu, il-Birgu huwa parti mill-pjan tal-Gvern li jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm eks impjegati tal-Air Malta li huma dettaljati mal-RSSL u li qed jirċievu salarju mill-RSSL? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-iskala tagħhom u x’inhi l-pay package ta’ dawn il-ħaddiema?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jiġu jiswew u meta ser ikunu konklużi x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq il-Kbira Ħaż-Żabbar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira Ħaż-Żabbar huma previsti li jiġu konklużi fil-ġimgħat li ġejjin. Ix-xogħol hu stmat li ser jiġi jiswa madwar €400,000.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19070 dwar rotot tat-trasport pubbliku minn/lejn Mater Dei, jista’ l-Ministru jara li l-frekwenza tar-rotta 250 tiżdied, b'mod partikolari fix-xhur tas-sajf meta l-popolazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar tiżdied sostanzjalment?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Qamħ, Ħ’Attard u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq il-Qamħ, Ħ’Attard huwa parti mill-pjan tal-Gvern li jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni.
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jgħid għaliex il-latrina li qiegħda max-xatt ta’ Baħar iċ-Ċagħaq ilha snin ma tinfetaħ u tinsab fi stat tant diżastruż? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuqha?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reserved parking ġdid inħareġ għal persuni b'diżabilità kull xahar minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni lokalità lokalità? Jista' jgħid ukoll jekk dawn humiex communal reserved parking bays jew personalised parking bays u liema minn dawn ir-reserved parkings huma biss għall-perijodu speċifikat, pereżempju għas-sajf?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar parkeġġi riservati għall-persuni b’diżabilità fl-2023 bejn Jannar u Diċembru u fl-2024 minn Jannar sal-aħħar ta’ Mejju.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W168.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W168.
L-Iklin — Triq Geronimo Abos - Trakkijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li minn Triq Geronimo Abos, fl-Iklin jgħaddu 'l fuq u 'l isfel trakkijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni li jkunu telgħin jew neżlin lejn u min-Naxxar, mingħajr ma jkollhom servizz x'jagħtu fil-lokal?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-records li għandha l-Awtorità huwa projbit li jgħaddu vetturi kbar minn Triq Geronimo Abos, l-Ikin, sakemm mhux biex jagħtu servizz. It-tabelli ta’ restrizzjoni li hemm fuq il-post jirriflettu dan u għandhom jiġu rrispettati mis-sewwieqa.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Reklami fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Isem tal- Gazzetta
Data\i tar-reklam
Spiza VAT Inkl.
The Malta Independent
23/11/2023
€271.40
The Malta Independent
26/11/2023
€382.32
The Malta Independent
26/11/2023
€336.30
Il-Mument
24/12/2023
€1,439.60
Times of Malta
07/01/2024
€1,801.15
MaltaToday
07/01/2024
€1,460
Illum
07/01/2024
€1,460
It-Torċa
04/02/2024
€236
It-Torċa
11/02/2024
€236
It-Torċa
18/02/2024
€236
It-Torċa
25/02/2024
€236
It-Torċa
10/03/2024
€236
It-Torċa
17/03/2024
€236
It-Torċa
24/03/2024
€236
It-Torċa
31/03/2024
€236
It-Torċa
07/04/2024
€236
It-Torċa
14/04/2024
€236
Times of Malta
14/04/2024
€281.43
It-Torċa
21/04/2024
€236
Times of Malta
24/04/2024
€281.43
It-Torċa
28/04/2024
€236
It-Torca
4th, 11th, 18th u 25th ta’ Frar 2024
€800
It-Torċa
10th, 17th, 24th u 31st Marzu 2024
€800
It-Torċa
7th, 14th, 21st u 28th of April 2024
€800
It-Torċa
21/04/2024
€200
Sunday Times of Malta
10/03/2024
€1,557
Malta Today
10/03/2024
€1,575
Illum
10/03/2024
€1,295
Malta Independent
10/03/2024
€1,276.50
Kulhadd
10/03/2024
€947,20
It-Torċa
10/03/2024
€1,228
Mument
10/03/2024
€1,221
Times of Malta
07/04/2024
€738
Malta Today
07/04/2024
€765
Illum
07/04/2024
€630
Malta Independent
07/04/2024
€320
Kulhadd
07/04/2024
€465
It-Torċa
07/04/2024
€597,60
Il-Mument
07/04/2024
€594
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12041 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq servizzi, culverts u bankini huwa prattikament lest u bħalissa qed issir il-koordinazzjoni biex issir l-aħħar fażi tal-base course u jingħata l-wiċċ tal-asfalt fil-proġett kollu. Kif sar fil-fażijiet kollha tal-proġett, qed ikun assigurat li l-għeluq ta' din it-triq isir f'koordinazzjoni ma' proġetti oħra li qed isiru fl-inħawi.
Ix-xogħol kollu huwa ppjanat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 3834 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 11 ta' Ġunju 2024 f'Seduta 244)
Ħ'Attard — Triq Victor Vassallo – Twessigħ ta’ bankina
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12776 u jgħid x’kienet ir-raġuni li twessgħat il-bankina fi Triq il-Linja kantuniera ma' Triq Victor Vassallo, f'Ħ'Attard, u kemm ġiet tiswa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bankina li tinsab ġewwa Triq il-Linja kantuniera ma’ Triq Victor Vassallo hija parti minn titjib fil-profil tal-junction li tgħaqqad l-istess żewġ toroq u hija wkoll intenzjonata biex tnaqqas il-veloċità tas-sewwieqa meta jaslu fl-istess junction. Il-pjanti ġew diskussi u maqbula mal-Kunsill Lokali ta’ H’Attard u kienu approvati minn Transport Malta.
Il-proġett, sa applikazzjoni ta’ asfalt, ġie jammonta għal €928,000, liema ammont ikopri x-xogħol tal-bankina.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Entitajiet li għandhom CEO
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14445 u jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Entitajiet
CEO
Bidu tal-impjieg
Impjieg ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament
Infrastructure Malta
Mr Ivan Falzon
25 ta’ Lulju 2022
Le
Transport Malta
Kurunell Mark Mallia
16 ta’ Frar 2024
Le
MATS
Perit Claude Mallia
1 ta’ Jannar 2022
Iva
Yachting Malta
Mr Michael Mifsud
13 ta’ Mejju 2019
Le
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16718 u jagħti time frame meta Triq Toni Camilleri, f’Burmarrad ser tkun lesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq servizzi, culverts u bankini huwa prattikament lest u bħalissa qed issir il-koordinazzjoni biex issir l-aħħar fażi tal-base course u jingħata l-wiċċ tal-asfalt fil-proġett kollu. Kif sar fil-fażijiet kollha tal-proġett, qed ikun assigurat li l-għeluq ta' din it-triq isir f'koordinazzjoni ma' proġetti oħra li qed isiru fl-inħawi.
Ix-xogħol kollu huwa ppjanat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'differenzi ser ikun hemm fis-swimming zones din is-sena meta imqabbla maż-żoni li kien hemm is-sena l-oħra? Jista’ jgħid x'wassal għal dan it-tibdil?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2023 u 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) 2024/1309?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ir-Regolament li ġie addottat fit-8 ta’ Mejju, bħalissa ghaddejjin il-konsultazzjonijiet neċessarji sabiex jiġi implimentat dan ir-regolament.
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm nies hija ddisinjata ż-żona tal-kunċerti ta' Ta' Qali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikazzjoni tal-istruttura/i illi juru li tiflaħ/jifilħu għall-ammont ta' nies li hija/huma ddisinjata/i għalihom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma jinħareġ permess għal kwalunkwe attività tal-massa, jitħejja Risk Assessment Report dettaljat li jagħti indikazzjoni ċara tan-numru tan-nies li jistgħu jattendu għal dik l-attività.
Rigward l-istruttura, dan il-proġett ġie ddisinjat skont l-istandards ta’ loadings strutturali. Id-disinn u l-kalkoli huwa responsabbli għalihom il-perit tal-proġett.
Ta’ Qali — Żona tal-kunċerti - Risk Assessment Report
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Risk Assessment Report għaż-żona tal-kunċerti ta' Ta' Qali għal kemm hi l-kapaċità massima taż-żona meta din ikollha attività ppjanata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Risk Assessment Report jiġi mħejji għal kull attività tal-massa li tkun ser tiġi organizzata. Kull organizzatur hu obbligat bil-liġi li jqabbad espert fuq is-Saħħa u s-Sigurtà li jagħmel rapport skont is-set-up ta’ dik l-attività partikolari.