Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bus lanes

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li jindikaw il-bus lanes kollha li hawn f'Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-bus / priority lanes f’Malta jinstabu hekk kif ġej: · Floriana Triq Sant Anna u Triq Sarria · Msida Misrah il-Menqa u Misrah Guze Ellul Mercer · Pieta Triq Marina · Sliema Triq ix-Xatt · Gzira Triq ix-Xatt · Marsa Marsa Park & Ride u Triq il-Labour

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (BORG, IAN)

It-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Public Service Agreement – trasport bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser toħroġ is-sejħa għall-Public Service Agreement għat-trasport ta' passiġġieri, karozzi u merkanzija bejn Malta u Għawdex? X'qed iżomm il-Gvern milli joħroġ din is-sejħa peress li dan il-ftehim issa ilu bosta snin li skada?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru qiegħed fil-proċess li jipprepara sejħa għall-offerti kif ukoll jikseb l-approvazzjoni neċessarji tal-iState Aid u tal-Kummissjoni Ewropeja biex ikun jista’ joħrog is-sejħa għall-offerti permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti.

Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini

Question

Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Bħal toroq oħrajn, it-toroq indikati jinsabu fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex jinbnew mill-ġdid ukoll fiż-żmien li ġej. L-aġenzija hija f’kuntatt dirett mal-Kunsilli Lokali biex fejn verament hemm b¿onn, bħalma diġà għamlet f’ċerti lokalitajiet, tappoġġjahom fil-manutenzjoni tat-toroq liema ħidma hija fir-responsabbiltà tagħhom sakemm it-toroq residenzjali jinbnew mill-ġdid. Sadanittant, mistoqsijiet dwar tiswijiet tat-toroq sakemm jasal iż-żmien tagħhom biex jinbnew mill-ġdid għandhom isiru lill-ministeru konċernat miż-żamma ta’ toroq lokali.

Warranting Board tal-Inġiniera — minuti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-Warranting Board tal-Inġiniera tal-aħħar ħames snin minn meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba n-natura u s-sensitiva ta’ l-informazzjoni li fihom id-dokument msemmija.

Operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku – multi għal diversi nuqqasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19880 u jgħid, xahar b’xahar, kemm weħel multi l-operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku għal diversi nuqqasijiet fil-provvista tas-servizz, minn Jannar 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari bin-numru 9950 ta’ Seduta 225 fis-7 ta’ Mejju 2019 rigward multi li ħarġu lill-Operatur tat-trasport pubbliku fis-sena 2018. Infurmat ukoll li fl-2019 inħarġu €120,775 f’multi u li l-ammonti dovuti ġew imħallsa mill-Operatur. Il-figuri li jirrigwardjaw is-sena 2020 qedgħin jiġu miġbura.

Ħal Farruġ — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19868 jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati f’Ħal Farruġ mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Ħal Luqa (żona ta’ Ħal Farruġ inkluża) hemm tnejn li qatt ma kienu asfaltati li huma Triq ir-Rixtellu (50 metru) u Triq Gorg Zahra (110 metri) bi spiża totali ta’ €260,469.

Birżebbuġa — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19867 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Birżebbuġa mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Birżebbuġa hemm seba’ li qatt ma kienu asfaltati li huma Triq Mons Penza (89 metru), Sqaq il-Girghien u Triq Ferdinand Stuflesser (270 metru), Triq ta’ Gilligejla (108 metri), Triq Żaren Dalli (260 metru), parti minn Triq tal-Ġebel u Triq Tal-Papa (350 metru) u parti minn Triq it-Tankijiet (50 metru) bi spiża totali ta’ €1,265,044.

Ħal Safi — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19866 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Ħal Safi mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Ħal Safi hemm Triq Puniċi (53 metru) li qatt ma kienet asfaltata u l-ispiża ammontat għal €25,160.

Servizz ta’ Fast Ferry

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19756 u jispega għalfejn il-Gvern iddeċieda li jillimita s-servizz ta' fast ferry għall-passiġġieri biss? Jista' l-Ministru jikkonferma li din l-għażla ma saritx minħabba li kien hemm xi pressjoni f'dan ir-rigward minn xi operatur partikolari? Ma jidhirlux il-Ministru illi n-nefqa ta' €3.2 m għall-floating pontoon fil-Port il-Kbir kienet tkun ta' ħafna aktar utilità kieku dan il-pontoon jakkomoda wkoll karozzi u trakkijiet u jippermetti vjaġġi mill-Gozo Channel (Operations) Ltd. għas-servizz tagħha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-fast ferry bejn Mġarr u l-Belt għal passiġġieri huwa kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali. Il-Proġett tal- floating pontoon hi proposta li kienet qed tiġi kkunsidrata. Saru pjanijiet oħra u bħalissa qed isir moll fiss fiż-żona ta’ Barriera Wharf li jista’ jaqdi l-istess skop.

Siġġiewi – passaġġ mill-Faqqanija għas-Salib tal-Għolja — inġenji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex bħalissa hemm inġenji kbar biex iwessgħu passaġġ li jagħti mill-Faqqanija għas-Salib tal-Għolja Siġġiewi, peress li numru ta’ residenti mis-Siġġiewi wrew it-tħassib tagħhom? Jista’ jagħti d-dettalji dawn dan ix-xogħol inkluż l-iskop u l-ispiża?

Response (BORG, IAN)

Bħala parti mill-investiment kontinwu tagħha biex ittejjeb il-kwalità u s-sigurezza fit-toroq f’Malta, Infrastructure Malta qed twettaq ukoll programm estensiv ta’ manutenzjoni u bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq rurali f’lokalitajiet differenti. Ħafna minn dawn it-toroq qalb il-kampanja tħallew fi stat ta’ telqa għal għexieren ta’ snin. Illum il-ġurnata dawn it-toroq ma jintu¿awx biss mill-bdiewa li jkollhom l-għelieqi fl-inħawi, imma huma wkoll imfittxijin ħafna minn minn bosta dilettanti tal-ġiri, tal-mixi u miċ-ċiklisti. Uħud minn dawn it-toroq ma kienux sarulhom pedamenti adegwati u Infrastructure Malta qed terġa’ tibnihom b’materjali aktar b’saħħithom u li jservu aktar fit-tul. Nifhem li l-“passaġġ” li qed jirreferi għalih l-Onorevoli interpellant hija t-triq bla isem li tinfed ma’ Triq San Lawrenz tal-Għolja u li Infrastructure Malta għadha kemm għamlitilha wiċċ ġdid bħala parti minn dan il-programm b’investiment ta’ madwar €92,000. Ix-xogħol tlesta fil-jiem li għaddew mingħajr ebda impatt fuq l-ambjent rurali mal-ġenb tat-triq u għalhekk mhux minnu li sar twessiegħ kif ġie allegat. Mill-2019, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet ta’ titjib f’aktar minn 230 triq rurali f’iżjed minn 30 lokalità differenti. Dan l-investiment biex tittejjeb l-infrastruttura għas-settur agrikolu se jissokta matul din is-sena u fis-snin li ġejjin, bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq rurali u xogħlijet oħrajn simili.

Ħal Qormi — Triq San Bastjan - pavimentar

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15097, 15391, 15392, 15702, jista’ l-Ministru jgħid meta sar ix-xogħol ta’ pavimentar imsemmi quddiem il-Knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità aċċettatx ir-rapport ta’ konformità mitlub minnha stess mingħajr verifikazzjonijiet ulterjuri jew jekk għamlitx spezzjonijiet qabel iċċertifikat dan ix-xogħol? X’irriżulta minn dawk l-ispezzjonijiet? Jista’ jqiegħed ir-rapport taċ-ċertifikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid x’nuqqasijiet kellu dan il-pavimentar li kienu qed iwasslu għal tant inċidenti ta’ skiddjar f’din it-triq? Jista’ jgħid kif qed jiġu rrimedjati dawk in-nuqqasijiet? X’inhu x-xogħol li qed isir u x’garanziji qed jingħataw li l-iskiddjar jieqaf?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa’ ġie mwieġeb fil-mistoqsija PQ18192 ta’ Seduta 419 ix-xogħol msemmi ġie ikkumisjonat mill-Kunsil Lokali. Għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi mwieġba mill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi – flyover — proposti

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 17873, 17874, 20136 u 20137 dwar il-flyover li trid tibni Infrastructure Malta fil-bypass tal-Imrieħel, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tiegħu u ta’ Infrastructure Malta għall-proposta alternattiva li ppreżenta l-Kunsill Lokali Qormi għall-proposta tal-gvern għall-flyover? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti bil-proposta tal-periti tal-kunsill u l-proposta ta’ Infrastructure Malta? Jista’ jgħid kemm se teqred raba’ l-proposta tiegħu u x’se ssalva dik tal-kunsill?

Response (BORG, IAN)

Kif diġa spjegajna fit-tweġibiet għal mistoqsijiet Parlamentari oħra, Infrastructure Malta qed taħdem sabiex issib soluzzjonijiet sostenibbli għal aktar sigurezza f’s-salib it-toroq bejn il-Bypass tal-Imrieħel (Vjal ir-Royal Malta Artillery) u Triq in-Negozju, kisra perikoluża li ilha biex titneħħa snin twal peress li fiha ta’ spiss iseħħu aċċidenti serji. Il-ħtieġa ta’ dan l-investiment għal aktar sigurezza għal mezzi differenti ta’ vvjaġġar f’din it-triq ewlenija hija speċifikata fil-Pjan Nazzjonali għat-Trasport ta’ Malta tal-2025. Fil-fatt, it-titjib tal-Bypass tal-Imrieħel huwa mniżżel bħala t-tmien l-aktar proġett importanti li Malta teħtieġ twettaq fix-xibka tat-toroq ewlenin li tifforma parti min-netwerk Ewropea, magħrufa bħala TEN-T (Trans-European Transport Network), hekk kif stipulat fil-liġi Ewropea (EU) 1315/2013. Il-bżonn ta’ titjib tas-sigurezza ta’ din it-triq huwa wkoll speċifikat b’mod ċar bħala diffikultà inkwetanti anke fil-Pjan Lokali taċ-Ċentru ta’ Malta mfassal fl-2006. Dan il-pjan jidentifika t-titjib fis-sigurezza tal-Bypass tal-Imrieħel bħala waħda mill-prioritajiet ewlenin: “Il-MEPA tappoġġja u tħeġġeġ lil ADT u lil entitajiet oħra biex iwettqu xogħlijiet u miżuri biex jikkontrollaw il-parkeġġ, ineħħu l-perikli u jirregolaw il-movimenti fil-Bypass tal-Imrieħel.” Biex issir il-flyover ġdida b’roundabout taħtha, hekk kif qed tipproponi l-aġenzija biex tiġi eliminata żona fejn spiss iseħħu aċċidenti fil-junction ma’ Triq in-Negozju, se jkun hemm bżonn 5,657 metru kwadru ta’ art, 75% inqas minn kif ġie allegat (20 tomna) b’mod falz minn uħud fix-xhur li għaddew. Kif spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija 17873, filwaqt li telimina l-periklu f’salib it-toroq ma’ Triq in-Negozju, Infrastructure Malta qed taħseb ukoll li f’din it-triq tintroduċi faċilitajiet ġodda għall-ivvjaġġar b’mezzi alternattivi, fosthom il-mixi u r-roti. Biex issir din il-korsija ġdida għal modi ta’ vjaġġar aktar sostenibbli, ikunu meħtieġa madwar 8,800 metru kwadru ieħor t’art maġenb it-triq eżistenti. Infrastructure Malta rċeviet mingħand il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi disinn artistiku b’diversi stampi li jipproponu li l-Bypass tal-Imrieħel, li bħalissa għandha erba’ korsiji, titħaffer kollha kemm hi sabiex taħtha ssir mina b’ħames korsiji għall-karozzi u fuqha ssir triq b’żewġ korsiji għall-karozzi u korsija għar-roti. Naturalment, huwa diffiċli li din il-proposta tiġi evalwata biss fuq il-bażi ta’ disinn artistiku. Għalhekk, Infrastructure Malta nediet diversi studji sabiex tevalwa din il-proposta b’mod tekniku, ħalli jsiru magħrufa eżattament l-impatti u l-benefiċċji tagħha, bħal ma jsir għal kull proposta oħra fl-istadju ta’ ppjanar ta’ proġetti infrastrutturali kbar. Dawn l-istudji se jqisu wkoll l-ammont t’art maġenb it-triq eżistenti li jeħtieġ tittieħed sabiex titħaffer mina ta’ ħames korsiji, il-ġeoloġija tal-inħawi, studji arkeoloġiċi u anke studji dwar fejn jista’ jintrema l-ammont kbir ta’ materjal li se jiġi ġġenerat jekk il-Bypass tal-Imrieħel titħaffer f’fond biżżejjed biex taħtha tinbena din il-mina twila aktar minn kilometru. Fl-istess waqt, jeħtieġ li jsiru wkoll road safety audit u traffic impact assessment, biex din il-proposta tkun evalwata b’mod sħiħ. Meta Infrastructure Malta tlesti dawn l-istudji, tkun tista’ tevalwa liema mill-proposti li għandha quddiemha huma l-aktar sostenibbli bħala parti mill-proċess tal-ippjanar ta’ dan l-investiment, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. L-aġenzija ttenni l-impenn tagħha li tkompli taħdem sabiex tistabbilixxi l-aktar soluzzjonijiet sostenibbli u fattibbli, fl-aħjar interess ta’ dawk kollha konċernati, għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Kopja tad-disinji sottomessi mill-Kunsill Lokali Ħal Qormi u tal-pjanta tal-proposta ta’ Infrastructure Malta qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korsa tal-Marsa – stat ħażin tat-toroq – manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx ħsieb li jsir manutenzjoni jew xogħol mill-ġdid minħabba l-istat ħażin tat-toroq, b’ħofor fondi, ta’ madwar il-Korsa tal-Marsa minħabba wkoll li żwiemel iridu jgħaddu minnhom għall-korsa? Jaf il-Ministru li l-istat ta’ dawn it-toroq, fosthom Triq il-Ġerrejja u Triq in-Nagħal, huwa ta’ periklu għaż-żwiemel speċjalment filgħodu kmieni fid-dlam meta jitħaddmu ż-żwiemel? Jista’ jgħid min suppost iwettaq xogħol fuq dawn it-toroq minħabba li dilettanti qed jgħidu li lill-Kunsill Lokali tal-Marsa jgħid li dawn it-toroq jaqgħu taħt Infrastructure Malta u Infrastructure Malta tgħid li dawn it-toroq responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tal-Marsa? Jistgħu ż-żewġ ministeri kkonċernati jiftehmu bejniethom u jsolvu din il-problema speċjalment meta nafu li ħafna kunsilli lokali ġew ixxottati mill-fondi neċessarji biex jaħdmu kif xieraq fuq il-manutenzjoni tat-toroq?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit ¿mien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Infrastructure Malta hija f’kuntatt dirett mal-Kunsilli Lokali biex fejn verament hemm bżonn, bħalma diġà għamlet f’ċerti lokalitajiet, tappoġġjahom fil-manutenzjoni tat-toroq liema ħidma hija fir-responsabbiltà tagħhom sakemm it-toroq jinbnew mill-ġdid. Fil-każ tat-toroq indikati, l-aġenzija diġà kellha ppjanati li jsiru xogħlijiet simili ta’ manutenzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.

Sidien ta’ white taxis – wage supplement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ white taxis qegħdin jirċievu €498 bħala wage supplement u mhux €800 bħal sidien tal-karozzini, gwidi u kull min hu affetwat ħażin fl-industrija tat-turiżmu?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Mosta – Triq Ta’ Żejfa – sinjali tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-inizjattiva sabiex jara li jsir ix-xogħol meħtieġ u jsiru sinjali ġodda tat-traffiku fi Triq Ta’ Żejfa fil-Mosta, fejn hemm l-entratura lejn Triq Patri Ġuże Delia, sabiex id-dħul u l-ħruġ ta’ vetturi f’dawn it-toroq isir b’mod aktar sigur u bl-inqas periklu possibbli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li ttieħdet nota ta’ din it-talba, liema talba sa tkun qegħda tiġi evaluata fil-jiem li ġejjin.

Att dwar il-Professjoni tal-Inġinerija — korrispondenza

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li rċieva mill-Kummisjoni Ewropea u mill-entitajiet kollha tagħha marbuta mal-Abbozz 205 - L-Att li jemenda l-Att dwar il-Professjoni tal-Inġinerija, Kap. 321 hekk kif impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fit-30 ta' Marzu 2021, partikolarment il-korrispondenza li turi l-approvazzjoni tal-istess Kummissjoni ta' dan l-abbozz?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korrispondenza imsemmija bejn il-Gvern Malti u l-Kummisjoni Ewropea marbuta mal-Att li jemenda l-Att dwar il-Professjoni tal-Inġinerija hija ta’ natura kunfidenzjali u għaldaqstant ma tistax titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni miġbura ninsab infurmat li l-ebda entita’ ma ħarġet direct orders jew simili , lill-kumpanija lid-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Paola Hub – soluzzjoni għar-residenti minħabba l-parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni għar-residenti li jgħixu ħdejn il-Paola Hub li qed isibu diffikultajiet kbar sabiex jipparkjaw il-vetturi tagħhom u dan b’inkonvenjent kbir għalihom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali rispettiv rigward problemi ta’ parkeġġ. Temporanjament f’din iż-żona qed isiru xogħolijiet fuq il-Paola Medical Hub, li huwa proġett tal-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tas-servizzi taħt l-art minn Infrastructure Malta bħala parti mit-tħejjijiet għall-istess proġett. Minħabba li saru trinek fondi madwar żewġ sulari kien hemm bżonn li jittieħdu spazji ta’ xi parkeġġi biex ix-xogħol ikun jista’ jsir b’mod sigur mingħajr ma t-triq tingħalaq kompletament. Malli jitlestew dawn ix-xogħlijiet, l-aġenzija se terġa’ tibni l-bankini u tiksi l-wiċċ tat-triq b’diversi saffi t’asfalt biex l-ispazju fit-triq jerġa’ lura għal li kien. Infurmat li fil-viċinanzi ta’ din iż-żona jinsab parkeġġ li huwa amministrat mill- Kunsill Lokali.

Dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn dgħajjes reġistrati lil sajjieda, pleasure boats u dgħajjes reġistrati għal raġunijiet kummerċjali bħal ġarr ta’ turisti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Dgħajjes Reġistarti Ammont Pleasure yachts 17,557 Fishing vessels 3,451 Passenger Vessels 729 Vessels such as Pilot Boats, Conveyance boats, Work Boats, Bunker Barges, etc 149 Jet Skis 108 Non Mechanically Operated Crafts 656