Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta — Renewable Energy Incentive Scheme
Question
B'referenza għas-sospensjoni min-naħa tal-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tar-Renewable Energy Incentive Scheme, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern setax minflok issospenda l-iskema kollha, ħa passi biss fil-konfront ta’ dawk il-kazi fejn allegatament kien hemm irregolaritajiet? Kien ikkunsidrat xi forma ta’ kumpens temporanju lil dawk l-applikanti ġenwini li kienu diġà daħlu f’irbit finanzjarju għax-xiri ta’ solar panels ? Meta huwa maħsub li se terġa' tinfetaħ din l-iskema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-iskema ingħalqet għaliex l-inkonsistenzi fl-applikazzjonijiet kienu mifruxa fil-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet. Għar-rigward tal-bqija tal-mistoqsijiet nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 17544.
Jista' l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Gvern Malti milli jagħti tweġibiet sħaħ u konkreti dwar follow ups meħuda u ppjanati lill-Unjoni Ewropea dwar ir-rapport li ħejjew dwar il-Biċċerija Maltija, il-Food and Veterinary Office tal-Unjoni Ewropea (FVO)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li follow ups qed isiru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17038 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 2162, jista' l-Ministru jgħid x'rakkmandazzjonijiet saru fir-rigward tat-twaqqif ta' impjanti tad-diversi forom ta' wind energy plants fl-aħħar sentejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-kumitat imsemmi fil-mistoqsija 2162 fir-rigward tat-twaqqif ta' impjanti tad-diversi forom ta' wind energy plants ġew ippublikati bħala rapport li jinstab fuq l-internet fuq is-sit:
http://www.mrra.gov.mt/htdocs/docs/offshorewindfarmsikkabajda.pdf. Kopja ta' dan ir-rapport qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa li huma reġistrati bħala li qed jaħdmu r-raba u li għandhom iktar minn 65 sena? Minn liema lokalitajiet huma reġistrati dawn il-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ lokalitajiet fejn hemm bdiewa 'l fuq minn 65 sena kif mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sajjieda li huma reġistrati bħala li għadhom jistadu b'mod kummerċjali u li għandhom iktar minn 65 sena? Minn liema lokalitajiet huma reġistrati dawn is-sajjieda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-Direttorat responsabbli jżomm records ta' bastimenti reġistrati u mhux ta’sajjieda. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ lokalitajiet fejn hemm bastimenti tas-sajd li għandhom sidien ta’ età 'l fuq minn 65 sena.
Wara t-tweġiba parlamentari li ta l-Ministru fis-seduta parlamentari tal-22 ta' Marzu , 2010 dwar irdieden tar-riħ u l-permessi relatati magħhom, fejn huwa stess qal li kien hemm applikazzjoni waħda biss li ma ngħatatx permess biex titwaħħal u tibda topera fl-aħħar sena, jista' l-Ministru jgħid għaliex u x'kienu r-raġunijiet li ġabet l-awtorità konċernata biex dan il-permess ma joħroġx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor Interpellant qed jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 12964 u għalhekk nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — safar uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar safar minn uffiċjali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? Min kien li siefer? X'kienet ir-raġuni wara s-safra u fejn kienet? X'kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Tajjeb li jingħad li mill-ammont imħallas kien hemm € 2,025 li kienu refunded minn barra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet esportata patata din is-sena? Lejn liema pajjiżi? Għaliex il-bdiewa sal-lum għadhom ma jafux kemm se jieħdu tagħha? Għaliex ma jsirx ftehim minn qabel? Min hu responsabbli mill-esportazzjoni tal-patata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din l-istatistika u informazzjoni ma tinġabarx mid-Direttorat tal-Agrikoltura peress illi din hi attività purament kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-smina matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jirrispondi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-produzzjoni tat-tjur tas-simna (broilers) matul l-ewwel erba' xhur ta' l-aħħar ħames snin hija:
Jan – April 2010 630,208 heads 1,563,458 kgs
Jan – April 2009 926,272 heads 2,751,094 kgs
Jan – April 2008 1,058,758 heads 2,624,582 kgs
Jan – April 2007 961,011 heads 2,172,826 kgs
Jan- April 2006 736,043 heads 1,587,245 kgs.
Proġett kontra l-għargħar fl-inħawi ta' Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imsida
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16976 u 16674 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16079, jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proġett li kien tħabbar mill-ex Ministru Ninu Zammit biex jinġabar l-ilma tax-xita biex ma jintilifx u ma jkomplix jikkawża għargħar fl-inħawi ta' Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imsida, fejn kellhom jinbnew ġibjuni kbar taħt l-art?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 17163.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — segretarjat privat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies impjegati fis-segretarjat privat tad-dekasteru tiegħu? Min huma u xi kwalifiki għandhom? Kemm jitħallsu fix-xahar u x'perkaċċi għandhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-Segretarjat Privat tiegħi huwa kompost hekk ;
Bezzina
Ray
Head of Secretariat
Radmilli
Paul
Private Secretary
Spiteri
Yanika
Assistant Private Secretary
Spiteri
Randolph
Ministry Co-Ordinator
Cilia
Mathieu
Office Coordinator
Vella
Melanie Dr.
Policy Co-Ordinator
Lautier
Oliver
Projects Co-ordinator
Cesare
Charles
Secretariat Officer
Coppini
Karen
Secretariat Officer
Galea
Keith Robert
Secretariat Officer
Galea Debono
Elizabeth
Secretariat Officer
Pomroy
William
Secretariat Officer
Desira
Joseph
Secretariat Messenger
Micallef
Noel
Personal Driver/Security Officer
Pirotta
Stefania
Member in the Secretariat Pool
Mifsud
Lawrence
Personal Driver/Security Officer
Debattista
Alfred
Secretariat Messenger
Il-kuntratti ta’ dawn l-impjegati huma konformi mal-
Guidelines for the Engagement of Staff in Ministers’ Private Secretariat
approvat mill-Kabinet u li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’l-4 ta’ Ġunju 2008.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
Fid-dawl ta’ rapport tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power, jista' l-Ministru jgħid :
għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena;
il-gvern għandu ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP;
il-gvern għandu xi pjani li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH;
il-gvern għandu xi pjani għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
;
kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jiċċara għal-liema rapport qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17187 u 16763 u ċioe: b’referenza għar-rapport tal-Awditur Ġenerali 2008, jista’ l-Ministru jagħti dettalji sħaħ dwar dawn l-items speċifikati fir-rapport tal-ftehim bejn Wasteserv u l-gvern biex jiġu ri-imburżati €244,000 fi spejjeż mill-Ministeru flimkien ma’ kopja dettaljata tal-ftehim? X’kien ikopri flimkien mal-fatturi (invoices) relevanti? Jista' jgħid min kienu s-service providers li tħallsu €60,000 fis-sena 2008 mingħajr ma kien hemm riċevuti fiskali jew tax invoices għal dawn is-servizzi? Liema kienet dik il-kumpanija li tħallset €60,000 għal servizzi ta’ konsulenza mingħajr mal-awditur irnexxielu jsib kopja tal-ftehim konċernat jew imqar dokumentazzjoni dwar l-ingaġġ tagħha? X’kien is-servizzi offrut minn din il-kumpanija u liema kumpaniji oħrajn ġew avviċinati għal xogħol simili? Lil min tħallsu €14,000 f’konsulenza għal park tan-natura f’Xrobb l-Għaġin? Lil min tħallsu €10,000 għal konsulenza fuq ir-riabilitazzjoni tas-Salini?
Jista' l-Ministru jagħti kopji tal-ftehim dwar it €18,000 f’konsulenza li tħallsu in konnessjoni ma' Ta’ Qali Animal Welfare Shelter u jgħid liema kienet dik l-NGO privata li skont l-Awditur Ġenerali tħallset €9,300 mingħajr ma jidher li kien hemm ftehim validu? Lil min tħallset is-somma ta’ €477,000 f’
direct orders
f’konsulenzi in konnessjoni mal-inċineratur tal-biċċerija li dettalji dwarha ma instabux traċċi? Lil min tħallset is-somma ta’ €32,000 lill-periti in konnessjoni mar-
refurbishment
tal-istess sit mingħajr evidenza miktuba tal-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi? Lil min tħallset is-somma ta’ €65,000 għal
skips
għall-biċċerija fis-snin 2007 u 2008 meta l-kuntratt mad-ditta konċernata skada fis-sena 2006 mingħajr ma nstabu traċċi ta’ estensjonijiet formali tal-kuntratt? Billi intqal fil-
media
li l-ministeru ma jagħmilx supervizjoni tad-
direct orders
, liema uffiċjal jew entità li taqa’ taħt il-kompetenza tal-Ministeru se terfa' r-responsabbiltà għal dawn l-allegati nuqqasijiet kollha bi ksur tal-
financial regulations
tal-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15090 u għar-risposta relattiva, jaf il-Ministru li ftit żmien wara li tneħħew l-annimali li kienu qegħdin jitrabbew illegalment fis-sit in kwestjoni reġgħu bdew jitrabbew l-annimali illegalment? Jista' l-Ministru jara li ma tibqax tiġi sfidata l-liġi u li ttieħed kull azzjoni opportuna biex min hu responsabbli għal dan l-abbuż jiġi mrazzan definitivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-dipartiment kkonċernat baqa jsegwi l-attività fis-sit li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Id-dipartiment qiegħed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa ma’ awtoritajiet Governattivi oħra biex jiżgura li l-liġi tibqa' tiġi mħarsa.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'vetturi jagħmlu użu minnhom kull awtorità u korporazzjoni li taqa' taħtu? Meta ġiet akkwistata, kemm qamet u minn fejn inxtrat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Irrid jingħad illi €748,905.57 mill-ispiża totali għax-xiri ta' dawn il-vetturi ġew minn fondi tal-Unjoni Ewropeja.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni sal-lum għall-mistoqsija parlamentari 9356 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi hemm 108 vetturi għall-użu tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħi bi spiża totali ta’ €36,563.09 fix-xahar. Din il-lista tinkludi ukoll il-vannijiet u t-trakkijiet.