Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — service contract agreements
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitneħħew minn fejn qegħdin il-bus stops li kienu jintużaw fis-sistema l-qadima tat-trasport peress li dawn qegħdin jikkonfondu lil dawk li mhumiex midħla sew tas-sistema f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex jitneħħew madwar mitejn bus stop li m’humiex ser ikunu fuq in-network il-ġdid. Dan l-eżerċizzju għandu jispiċċa sa l-aħħar tax-xahar.
Passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' passiġġieri li kienu jużaw it-trasport pubbliku (tal-linja) fl-1991 u kemm kien fl-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ passiġġieri li wżaw it-trasport pubbliku (tal-linja) fis-sena 1991 kien ta’ 38,672,301, filwaqt li fl-2010 kien ta’ 31,277,114.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' mini buses li kien hemm fuq is-sistema tat-trasport f'Malta fl-1991 u kemm kien in-numru ta' mini buses fl-aħħar tal-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ mini buses reġistrati fis-sistema ta’ Transport Malta fl-1992 kien jammonta għal 255 u n-numru ta’ mini buses reġistrati fl-aħħar tal-2010 kien jammonta għal 702.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Mikiel Ang Sapiano - sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk żewġ sleeping policeman kbar li saru riċentement fi Triq Mikiel Ang Sapiano f’Ħaż-Żebbuġ sarux minn Transport Malta? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk Transport Malta approvatx dawn iż-żewġ sleeping policeman?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ż-żewġ road humps imsemmija ma sarux minn Transport Malta u skont r-rekords tat-Taqsima tal-Immaniġġjar tat-Traffiku m’hemmx approvazzjoni għalihom. Fil-fatt, Transport Malta ħarġet avviż ta’ infurzar lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Jista' l-Ministru jgħid xi standards hemm (inkluż parametri ta' tul u għoli) sabiex jigu stallati sleeping policeman f’toroq Maltin? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx distanza minima stabbilita bejn sleeping policeman u oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12237. Rigward distanza minima bejn sleeping policeman u oħra, ninsab infurmat li din tiġi stabbilita skont iċ-ċirikustanzi partikulari, sabiex jiġu ndirizzati l-bżonnijiet differenti skont kull każ.
Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji tuża Transport Malta sabiex tapprova jew tirrifjuta talba għal sleeping policeman? Jista' jgħid jekk Transport Malta tagħmilx studju dwar it-talba speċifika u jekk uffiċjali ta' Trasport Malta jżurux il-post qabel ma tingħata deċiżjoni fuq tali talbiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li nirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18714, ninsab infurmat li talbiet għal road humps jiġu analizzati każ b'każ, billi ssir spezzjoni fuq il-post minn uffiċċjal fi ħdan it-Taqsima tal-Immaniġġjar tat-Traffiku tal-Awtorità u jsir rapport tekniku. A bażi tal-istess rapport, tittieħed deċiżjoni dwar it-talba partikolari.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Mikiel Ang Sapiano - ilmenti dwar sleeping policeman
Question
Wara diversi ilmenti min-nies li jużaw Triq Mikiel Ang Sapiano f’Ħaż-Żebbuġ dwar problemi li qed jesperjenzaw minħabba żewġ sleeping policeman li ġew stallati fl-istess triq, jista' l-Minsitru jgħid jekk dawn iż-żewġ sleeping policeman għandhomx il-qisien konformi mal-istandards stabbiliti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 27393 fejn għidt li Transport Malta ħarġet avviż ta’ infurzar lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għax l-imsemmija road humps mhumiex konformi mal-istandards stabbiliti.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Trasprot Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini tar-Rabat Malta? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mis-servizz tas-city cabs fil-Belt?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-servizz tac-City Cabs fil-Belt hu servizz privat li jopera taħt liċenzja minn Transport Malta. Din hi infurmata illi l-operatur li kien iħaddem is-servizz ta’ mini cabs fil-Belt Valletta biegħ il-vetturi tiegħu lil operatur ġdid, li issa qed jipprepara biex jibda joffri l-istess servizz ġewwa l-Belt.
B'referenza għat-tweġiba dwar it-theżżiża li ħakmet Had-Dingli u l-madwar f'Ġunju li għadda, jista' l-Ministru jinforma jekk sarux investigazzjonijiet marittimi fl-ibħra tal-madwar? Jekk fl-affermattiv, min kien responsabbli minn dawn l-investigazzjonijiet u x'kienu l-konklużjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta m’għamlet l-ebda investigazzjoni marittima rigward it-theżżiża li ħakmet Ħad-Dingli u l-madwar f'Ġunju li għadda.
Ajruport Internazzjonali ta' Malta — charges fuq dawk li jagħmlu użu mill-ajruport
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27259, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm-il darba ltaqa' dan ir-regolatur biex jassigura li r-rati/tariffi huma ġustifikati?
Response (GATT, AUSTIN)
Le, t-tariffi ġew stabiliti mir-Regolatur stess fl-2005 u ma jidirlhix li r-Regolatur għandu fuq inizjattiva tiegħu jerġa jiltaqa biex jara humiex ġustifikati.
Issa li s-servizz tat-trasport pubbliku qiegħed jiġi provdut mill-Arriva, jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-bus shelters, jekk humiex Transport Malta, il-kumpanija Faces jew l-Arriva? Hemm xi ftehim bejn dawn il-partijiet dwar il-bus shelters?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bus shelters li jinsabu fis-siti tal-park and ride jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku.
Mill-bqija xejn ma nbidel, fis-sens li Faces Ltd huma l-kuntratturi mqabbda jew mill-kunsilli lokali jew minn Transport Malta, u huma responsabbli għall-manutenzjoni u t-tindif ta’ dawn is-
shelters
.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li issa li Triq San Mark ġiet aċċess prinċipali għal Belt, it-traffiku f'din it-triq jingħata preċedent fuq it-traffiku li jkun niżel minn Triq l-Ifran u dan billi ssir stop sign fi Triq l-Ifran fl-intersection ma' Triq San Mark?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minħabba l-viżibilità ristretta fuq ix-xellug għall-vetturi li ħerġin minn Triq San Mark għal ġewwa Triq l-Ifran, il-preċedenza għandha tibqa’ fuq Triq l-Ifran għal dawn ir-raġunijiet ta' sigurtà. Huwa wkoll konvenzjonali li tagħti il-preċedenza fuq it-triq l-aktar maġġura li, f'dan il-każ, hija Triq l-Ifran.
Jista' l-Ministru jinforma min qed jiffinanzja Triq Princess Margaret fl-Imsida? Kien hemm xi talba mill-kunsill ta' Ta' Xbiex, ġaladarba din it-triq prinċipali tkompli fuq żewġ kunsilli? Jekk fl-affermattiv, għaliex mhux se jkompli ix-xogħol għal ġewwa Ta' Xbiex. biex tkun kompluta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Persuni skwalifikati biex jiksbu liċenzja tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena 2011, kemm-il persuna ġiet skwalifikata milli jkollha jew tikseb liċenzja tas-sewqan wara li nstabet ħatja ta' reat u għal liema perjodi kienu l-iskwalifiki imposti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Sliema — Savoy/ Rue D'Argens - Rotot tat-Trasport Ġdid
Question
Jista' l-Ministru jinforma dwar ir-raġuni li r-rotot lejn is-Savoy/Rue D'Argens ma baqgħux jaqdu r-residenti iżjed, inkluż u mhux biss, biex tmur l-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-residenti ta’ Rue d’Argens se jkunu moqdija permezz tar-rotta ċirkolari numru 116 li tieqaf Sliema Ferry. Minn Sliema Ferry jistgħu jieħdu rotot 11, 12 u 13 kull għaxar minuti fid-direzzjoni lejn il-Belt.
Minn
Sliema Ferry
hemm ukoll jew rotta 116 kull nofs siegħa li twassalhom Mater Dei jew inkella rotta 22 kull għaxar minuti
Transport Malta — project manager fuq xogħlijiet ta' bus lanes, bus depots u park and ride
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-project manager tax-xogħlijiet li saru biex ġew organizzati bus lanes u bus depots u park and ride centres? Kemm nefaq il-gvern jew Transport Malta għas-servizzi ta' dan il-project manager u b'liema mod intgħażel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra