Ċentru ta’ Riżorsi għall-Edukazzjoni ta’ Żgħażagħ – Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-Ċentru ta’ Riżorsi għall-Edukazzjoni ta’ Żgħażagħ, fil-Wardija, hux se jkun qed jilqa’ fih l-istudenti kollha li huma mistennija japplikaw sabiex jibdew jattendu l-istess ċentru fis-sena skolastika 2024-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li dan il-proċess huwa wieħed kontinwu u għaldaqstant għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18761 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18211, jista' l-Ministru jgħid xi programm alternattiv ingħataw l-istudenti tal-Iskola Guardian Angel? Jista' jgħid ukoll jekk dan il-programm hux qiegħed jingħata fl-Iskola Guardian Angel? Jekk le, fejn qed jingħata dan il-programm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm alternattiv qed jingħata mill-Hand in Hand u huwa ffukat fuq terapija lejn mġieba pożittiva bl-għan li jitnaqqas ir-riskju li jiġu affettwati b’mod negattiv kemm l-istudenti u wkoll dawk ta’ madwarhom.
Dan il-programm jinkludi wkoll interazzjoni soċjali, kurrikulu akkademiku, kapaċità ta’ attivitajiet indipendenti, u kif ukoll bżonnijiet sensorjali .
Librerija tal-Università ta’ Malta – computers/laptops għall-viżitaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fil-librerija tal-Università ta’ Malta jkun hemm għad-dispożizzjoni tal-viżitaturi, computers jew laptops sabiex jiġu utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-Librerija tal-Università għandha diversi computers li huma aċċessibbli permezz ta’ username u password assenjati lill-istudenti u akkademiċi rreġistrati mal-Università.
Infurmat ukoll li dawk il-viżitaturi li m’humiex reġistrati mal-Università jistgħu jkollhom aċċess għall-internet minnfuq laptops personali billi jingħataw Guest Account li jiġi provdut mill-Librerija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm siġar taż-żebbuġ fil-kampus tal-Università u kemm minnhom inżabru u jekk ż-żebbuġ kollu ġiex miġbur fis-sena li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-Università hemm mal-263 siġra taż-żebbuġ. Dawn jiġu miżbura skont in-neċessità.
Infurmat li madwar ir-ringroad tal-Università hemm 20 siġra, imma huma propjeta ta' Nature Trust. Filwaqt li fil-Junior College hemm 72 siġra taż-żebbuġ.
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-koordinatur tal-komunikazzjoni tas-Segretarjat tiegħu?
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers fil-Fakultà tal-Liġi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17816, 18188 u 18573 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer fil-Fakultà tal-Liġi u
b. visiting lecturer fil-Fakultà tal-Liġi
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-Università ta’ Malta ma kien hemm l-ebda ingaġġ ta’ lecturers tal-Fakultà tal-Liġi jew ta’ visiting lecturers tal-Fakultà tal-Liġi mingħajr sejħa pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati għalliema kkwalifikati bħala għalliema u kemm għalliema kwalifikati irriżenjaw? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew ingaġġati għalliema supply u kemm għalliema supply irriżenjaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena skolastika ġew ingaġġati 261 f’għalliema kwalifikati jew għalliema supply, filwaqt li rriżenjaw total ta’ 69 f’għalliema kwalifikati jew għalliema supply.
Ċentru ta' Riżorsi Guardian Angel — Persuni li jiffurmaw parti mit-tmexxija
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw parti mit-tmexxija taċ-Ċentru ta' Riżorsi Guardian Angel? Jista' jgħid ukoll x'inhu r-rwol ta' kull persuna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’mod temporanju, l-iskola msemmija qed titmexxa mic-Centre Coordinator bl-assistenza tal-Prinċipali. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li għaddejin il-proċeduri neċessajri sabiex jiġu maħtura l-Kap u l-Assistent Kap għal din l-iskola.
SportMalta u l-Kuntrattur tax-Shooting Range — Ftehim
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18518, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha rilevanti tal-ftehim bejn SportMalta u l-kuntrattur tax-Shooting Range, billi dawn ma kenux kompleti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18495, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-warrant tal-għalliem li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W94.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Malti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17813, 18185 u 18570 u jagħti separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Malti u
b. visiting lecturer tal-Malti
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-Università ta’ Malta ma kien hemm l-ebda ingaġġ ta’ lecturers tal-Malti jew ta’ visiting lecturers tal-Malti mingħajr sejħa pubblika.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ingliż
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17814, 18186 u 18571 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Ingliż u
b. visiting lecturer tal-Ingliż
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-Università ta’ Malta ma kien hemm l-ebda ingaġġ ta’ lecturers tal-Ingliż jew ta’ visiting lecturers tal-Ingliż mingħajr sejħa pubblika.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ekonomija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17815, 18187 u 18572 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Ekonomija u
b. visiting lecturer tal-Ekonomija
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjoniji?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-Università ta’ Malta ma kien hemm l-ebda ingaġġ ta’ lecturers tal-Ekonomija jew ta’ visiting lecturers tal-Ekonomija mingħajr sejħa pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fis-summer catch up classes offruti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni ma jiġix provdut is-servizz ta' LSE?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn il-klassijiet tinżamm medja ta’ 8 studenti u b’hekk l-għalliem jipprovdi attenzjoni individwali lil kull student.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18863 u jgħid jekk matul is-snin 2013 u 2024 tħallsux flus bħala ex gratia mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, lil xi ħaddiem, Kap Eżekuttiv, Chairman, jew persuni oħra ingaġġati minnu? Jekk iva, jista' jgħid lil min, kemm kien l-ammont ta' flus li ngħata u għal liema raġuni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin imsemmija ħlas ta’ flux ex gratia jammonta għal €182,688.32. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li għal fini ta’ sigurta u privatezza, informazzjoni ulterjuri mhux ser tiġi ppubblikata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17832, 18131, 18574 u 18742 u jgħid għalfejn il-pool tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għal dawn l-aħħar xhur mhuwiex jintuża bl-istudenti jkollhom imorru f'faċilitajiet oħra biex jipprattikaw l-għawm, filwaqt li anzjani Siġġiwin qegħdin jiġu mċaħħda minn dan is-servizz li kien jiġi offrut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba numru ta’ raġunijiet il-pixxina eżistenti hi meqjusa outdated, is-servizzi li kienu jiġu offruti qed jingħataw minn Ħal Kirkop.
Barra l-aspett ta’ faċilitajiet wieħed irid ukoll jassigura ħaddiema kwalifikati li jassiguraw il-manutenzjoni kif ukoll is-sigura tal-istess faċilitajiet.